Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gaming shops

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn gaming shops/rooms ġo pajjiżna? X'tip ta' logħob ta' l-azzard jista' jsir ġo dawn il-ħwienet? Kemm nfetħu f'dawn l-aħħar sentejn u f'liema lokalita' separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’inhiex ċert x’eżattament irid ifisser l-Onorevoli Membru Parlamentari meta jirreferi għal “gaming shops/rooms”. Intant nixtieq nikkjarifika li s-Sezzjoni tal-Liċenzji ta’ Trade Services Directorate tad-Diviżjoni għal Kummerċ ma toħroġx liċenzji għal attivitajiet li jikkostitwixxu f’logħob ta’ l-azzard u mħatri. Ukoll qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ statistika ta’ liċenzji li ħarġu taħt Kategorija VI – Servizzi Soċjali u Personali.

Lotterija Super 5

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-lotterija Super 5 qabżet l-Lm200,000 għal min qata l-ħames numri? Kemm-il darba dan ġara fix-xahar ta' Ġunju u dak ta' Diċembru u f'liema sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Liġi tal-Health and Safety

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 29211 u 29287 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Security

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol ta' security fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u kemm hu stmat li jiswa dan il-kuntratt kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Parkeġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-parkeġġ fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv lil min ingħata u kemm inkera għal kull sena? Kemm hemm parking slots f'dan il-parkeġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk x-xogħol ta' maintenance fuq il-bini u l-equipment ta' l-isptar Mater Dei ingħatax lill-kuntratturi privati? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt fis-sena u lil min ngħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Uffiċjali tal-NECC

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk xi membri jew uffiċjali tal-NECC li kienu responsabbli għall-introduzzjoni tal-ewro f'pajjiżna kellhomx xi interessi kummerċjali f'kampaniji li setgħu fl-istess ħin kienu qed jagħmlu monitoraġġ għal UE dwar l-effett inflazzjonarju jew le li seta' kellu dan il-pass mportanti għal pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Forzi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna li tkun irtirat mill-Armata ta' 55 sena tkun mitluba tirreġistra mal-ETC filwaqt li persuna li tkun għamlet mill-inqas 25 sena servizz ma għandhiex obbligu simili, minkejja li ta' l-ewwel ġieli ħallsu NI Contributions akbar minn ta' l-aħħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Programmi ta' taħriġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28742 u għall-fatt li Lm17.7 miljun ġew allokati għall-programmi ta' taħriġ li ġew allokati għalihom l-istess fondi, jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 29207 u 29291 u jgħid kemm inħolqu mpjiegi full time bħala riżultat ta' l-istess taħriġ? Min kienu l-entitajiet jew aġenziji privati u jew pubbliċi li mplimentaw dawn l-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kumitati tal-kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 29247 u 29346 u jgħid jekk l-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea kitbux rapporti evalwattivi u kritiċi tal-proċeduri użati minn kumitati tal-kuntratti f'pajjiżna dwar ħruġ u għoti ta' kuntratti f'pajjiżna din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea bagħtu rapport inizjali fejn esprimew l-ewwel reazzjonijiet mit-tfittix li rriżulta waqt iż-żjara. Fuq dan ir-rapport preliminari l-awdituri stiednu n-naħa Maltija biex tagħmel il-kummenti tagħha qabel ma r-rapport jiġi addottat korrett miż-żewġ naħat. Ir-reazzjoni Maltija ġiet ikkomunikata bl-aħħar kummenti jsiru f’Novembru.

La Vittoria Band Club

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 29226 u 29345 u jgħid kemm ingħataw fondi pubbliċi La Vittoria Band Club, Mellieħa matul din is-sena u minn liema fondi ngħataw dawn il-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fir-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, La Vittoria Band Club, Mellieħa, ingħataw kontribuzzjoni ta’ Lm10,000 min-National Lotteries Good Causes Fund.

Awtoritajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn awtoritajiet? Liema huma u meta twaqqfu? Kemm qed iħaddmu total ta' nies u kemm huwa l-qliegħ, deficit ta' kull awtorita'? Jekk l-impjegati ta' dawn l-awtoritajiet humiex kunsidrati bħala impjegati tac-Ċivil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Boards

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu boards l-Gvern? Liema huma? Kemm jimpjegaw nies dawn il-boards? Kemm huwa l-qliegħ, deficit ta' kull board? Jekk l-impjegati/membri ta' dawn il-boards humiex kunsidrati bħala mpjegati tac-Civil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Fund For Good Causes

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29256 u 29348 u cioe' : B'riferenza għat-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari 27278, jista' jgħid jekk huwiex ċert li t-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 29129 hija sħiħa u li m'hemmx partijiet li tħallew barra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Konslu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala s-senior konslu qiegħed jagħmilha diffiċli sabiex l-argentiera jdaħħlu x-xogħol tagħhom għand il-konslu bħal ma kien isir qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara d-dħul fis-seħħ ta’ l-Att dwar il-Ħaddiema id-Deheb u Ħaddiema il-Fidda (Kapitolu 46) dawk l-arġentiera kollha li qabel kienu jieħdu x-xogħol għand il-konslu setgħu jkomplu jagħmlu dan basta jsir tiġdid tar-reġistrazzjoni tagħhom mal-konslu. Kull talba għal dan it-tiġdid ġiet approvata minnufih. Arġentiera ġodda jeħtieġilhom joqgħdu għall-interview qabel ma jingħataw permess li jieħdu x-xogħol għand il-Konslu. F’dan il-każ ukoll l-ebda persuna ma ġiet irrifjutata permess. Jekk imbagħad l-arġentier jixtieq japprfoitta mill-faċilitajiet ġodda li joffri l-Att u jinbolla hu stess id-deheb li jaħdem jeħtieġ li jkollu ċertifikat ta’ taħriġ fis-sengħa. Dan fl-interess ta’ l-arġentier stess u tal-konsumatur. Ma jirriżultax li l-konslu anzjan għamilha diffiċli biex jingħataw il-permessi ndikati anzi kien dejjem pront li jgħin lill-applikanti kollha dejjem kif hu fid-dmir skond ta’ l-esiġenzi ta’ l-Att.

Sptar Mater Dei — Twaqqigħ ta' bini

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-Isptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid x'volum ta' materjal u blat ġie eskavat għall-proġett kollu, kemm ġie jiswa x-xogħol ta' skavar kemm ġew jiswew x-xogħljiet ta' twaqqigħ ta' bini li kien diġa' sar wara li ried jitwaqqa' minħabba bdil fil-pjanta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skrivani mal-gvern — Eżami

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' persuni li għamlu l-eżami ta' l-iskrivani mal-gvern li sar dan l-aħħar? Kemm minnhom għaddew mill-ewwel parti? Meta se ssir it-tieni parti ta' l-eżami? X'inhu n-numru ta' skrivani li l-gvern beħsiebu jingaġġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ kandidati li għamlu l-eżami għal Skrivan mal-Gvern kien ta’ 970. Minn dawn il-kandidati, 344 għaddew mill-eżami. Ir-riżultat ta’ l-eżami ġie ppubblikat fis-26 ta’ Novembru 2007. Il-ħatriet jingħataw skond l-esiġenzi tas-Servizz.