Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35110 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

TOSS

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja kollha kemm hi ta' l-aħħar rapport tat-TOSS?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu li r-rapporti li saru dwar it-TOSS jikkonsistu f’analiżi ta’ l-infiq li jsir mill-operaturi Ingliżi ma’ stabbilimenti Maltin u, għalhekk, peress li l-kontenut tagħhom fih informazzjoni ta’ natura kummerċjali l-Awtorita’ hi tal-fehma li r-rapporti mgħandhomx jiġu pubblikati.
Leg 9 PQ #35156 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Waste Compactor Vehicle

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34899, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu l-kuntratturi li qed jagħmlu xogħol bil-waste compactor vehicle? Jista' jgħid ukoll kemm sar ħlas sa issa minn meta dawn bdew jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-kuntratturi li qed jaghmlu xoghol bil-waste compactor vehicle skond it-tender, qed jithallsu bis-Lm6.48 is-siegha. Ghal dan ix-xoghol, minn meta ntrebah it-tender s'issa, thallsu l-ammont ta' Lm 20,868.56
Leg 9 PQ #35157 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS Restaurant

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34875, jista' jgħid f'din l-aħħar sena kemm kienu jammontaw in-numru ta' ikliet, (snacks, lunches, dinner, etc.) inkluż ix-xorb li ingħataw fuq bażi complimentery f'Pembroke restaurant tal-ITS? Jista' jgħid f'kull okkażjoni min kienu l-persuni li kielu b'complimentary f'dan ir-restaurant u kemm mistiedna kellhom magħhom? Jista' jgħid minn dawn kemm kienu ħaddiema, konsulenti, chairmen, jew diretturi fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li matul is-sena akademika 2001/2002 kien hemm 1211 ikliet, snacks etc. u dawn kienu mqassmin kif gej: 200 ikla lill-istaff Haddiema tal-ITS, bhala rikonoxximent tax-xoghol li jwettqu 254 ikla lill-istaff waqt sessjonijiet ta' tahrig ghall-istudenti 71 ikla (sponsorship) ghas-Social Club tal-MTA 579 ikla lill-membri ta' delegazzjonijiet barranin li zaru l-ITS fuq xoghol u rapprezentanti ta' l-Industrija tat-Turizmu fuq l-iskema ta' Industrial Placements ta' l-istudenti. Ma dawn trid tinkludi ukoll dan li gej: Kunsulenti 13 Direttur (Turizmu) 22 Direttur Generali 45 Segretarju Permanenti 2 Membri tal-Board of Governors 22
Leg 9 PQ #34776 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Atkins Report

Question

B'riferenza għall-Atkins report li qed nibgħat kopja separatament, jista' l-Ministru jinfurmani x'investigazzjoni saret sabiex jitħares u jiġi rimedjata l-periklu fuq iċ-ċittadini u turisti li kkawża ċ-ċaqlieq tal-mini mill-pjanta oriġinali tal-proġett inkwistjoni? Min se jerfa' r-responsabbilta' kemm-il darba ma jiġix rimedjat il-periklu msemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita’ tal-Ippjanar u tal-Ambjent.
Leg 9 PQ #34925 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Twaqqif ta' Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif fil-kuntest tal-policy nforzata mid-dipartiment tat-Turiżmu li mill-1 ta' Lulju ma' jsirx xogħol jew jieqaf xogħol ta' kostruzzjoni f'inħawi u zoni turistiċi, għadu kif inbeda xogħol ta' kostruzzjoni (twaqqiegħ) fi Qui-Si-Sana fuq l-ex-stabiliment Pipers?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy tal-Gvern ma tkoprix il-bini tal-privat.
Leg 9 PQ #34220 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'intlaħaq mill-miri tal-ewwel pjan strateġiku tal-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu, inkluż it-3% żieda fir-rata ta' turisti li kellhom jaslu f'pajjiżna fil-medda ta' snin li għalihom jgħodd l-ewwel pjan strateġiku?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-paġni Nri. 20 – 23 tal-Pjan Strateġiku l-ġdid ta’ l-MTA, li jelenkaw ir-riżultati ġenerali li kisbet l-Awtorita’ matul il-perjodu 2000 / 2. Barra minn hekk, paġni Nri. 24 – 29 jelenkaw ukoll lista dettaljata tal-programmi kollha, li wettqet l-Awtorita’ matul il-ħajja ta’ l-ewwel Pjan Strateġiku.
Leg 9 PQ #34870 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Tour Operators

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34771 u ċioe jista' l-Ministru jgħid għalkemm ninsabu eżentati bħalissa, il-gvern studja l-impatt li sħubija sħiħa fl-UE iġġib magħha minħabba l-fatt li malli nissieħbu it-tour operators jkollhom jibdew japplikaw it-tour operators margin scheme, xi 15-17% VAT fuq il-margin tal-btajjel tagħhom għall-Malta? Ma taħsibx li dan ser jolqot f'mod negattiv il-kompetittivita' tagħna?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadha ma waslitx l-informazzjoni kollha relattiva biex tkun tista’ tingħata tweġiba.
Leg 9 PQ #34903 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34808 u cioe' jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema jew ingaġġati konsulenti fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Ottubru 1998 'l hawn? Jista' f'kull każ jgħid: Min huma l-persuni li ġew impjegati? X'impjieg jew kariga ingħataw? X'salarju qed jirċievu? F'kull każ meta ġew impjegati? F'kull każ humiex b'kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ xi kwalifiki għandhom? Kemm minnhom u min minnhom ġew impjegati wara sejħa pubblika jew interna? Kemm minnhom ġie impjegat mingħajr sejħa pubblika jew interna?

Response (REFALO, MICHAEL)

It-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba dettaljata tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34904 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34810 u cioe jista' l-Ministru jgħid il-persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija taħdimx mall-ministeru jew xi wieħed mid-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'impjieg jew x'kariga jokkupa? Kemm ilu impjegat u x'tip ta' kuntratt għandu? X'tip ta' xogħol jagħmel? Kemm jammonta s-salarju/remunerazzjoni u l-perkaċċi oħra jgawdi minnhom din il-persuna? Jista' jgħid xahar b'xahar, kemm kienet il-paga, overtime u allowances oħra li din il-persuna kienet tieħu kemm ilha mpjegata fil-post imsemmi? Jista' jgħid x'perkaċċi oħra jgawdi minnhom u kemm kienu jammontaw l-ispejjeż tagħhom kemm ilu f'din il-kariga?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija separatament fid-domanda hi mpjegata bħala konsulent fil-Ministeru tiegħi fuq bażi part-time. Din il-persuna tokkupa l-kariga ta’ Konsulent dwar l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS). Din il-persuna ilha mpjegata f’din il-kariga mill-1 ta’ Ottubru 1999 fuq kuntratt ta’ 30 siegħa fil-ġimgħa approvat mill-OPM biex jagħti pariri fuq l-ITS. Is-salarju jammonta għall-Lm6328 fis-sena jiġifieri Lm527.33 fix-xahar. Din il-kariga ma ġġorx magħha ħlas ta’ overtime. Il-perkaċċi ma’ din il-kariga huma mobile telephone u l-użu ta’ karozza li l-konsulent iħallas it-taxxa fuqha skond iċ-ċirkulari dwar il-fringe benefits. Nirreferi lill-Onor. Membru wkoll għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11162.
Leg 9 PQ #34905 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34809 u cioe jista' l-Ministru jgħid il-persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija taħdimx mall-ministeru jew xi wieħed mid-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'impjieg għandu u x'kariga jokkupa? Kemm ilu impjegat u x'tip ta' kuntratt għandu? X'tip ta' xogħol jagħmel? Kemm jammonta s-salarju u l-perkaċċi oħra li din il-persuna jgawdi minnhom? Jista' jgħid xahar b'xahar, kemm kienet il-paga, overtime u allowances oħra ta' din il-persuna kemm ilha mpjegata fil-post imsemmi? Jista' jgħid x'perkaċċi oħra jgawdi minnhom u kemm kienu jammontaw l-ispejjeż tagħhom kemm ilu f'din il-kariga?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata hi mpjegata fil-Ministeru tiegħi bħala Projects Coordinator kif approvat mill-OPM. Il-kuntratt ġie ffirmat b’seħħ mill-5 ta’ Frar 1999. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-aħħar estenzjoni tal-kuntratt, li minnha jirriżultaw id-dettalji mitluba mill-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #34873 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Beach Cleaners

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34740?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 34897.
Leg 9 PQ #34874 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Studju barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34738?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) li fl-aħħar erba’ snin ntbagħtu barra minn Malta fuq taħriġ kien ta’ sbatax (17) il-Lecturers / Asst Lecturers / Instructors. Dawn intbagħtu għall-perjodu ta’ mhux iktar minn tliet ġimgħat. Dik l-iskema ta’ Staff Development fejn l-għalliema ta’ l-ITS wara li jagħmlu kors organizzat mill-Universita’ ta’ Malta jintbagħtu f’istituzzjonijiet simili għall-ITS biex ikunu aġġornati fuq il-metodu ta’ tagħlim. Matul iż-żmien li damu barra minn Malta dawn tħallsu s-salarju dovut lilhom. Wara li ġew lura dawn baqgħu mpjegati ma’ l-ITS fil-grad rispettiv tagħhom. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ ħaddiema li jaħdmu l-ITS u li marru barra minn Malta għall-taħriġ matul l-aħħar erba’ snin. Infurmat li ma kienx hemm ħaddiema mill-MTA li ntbagħtu barra minn Malta biex jistudjaw.
Leg 9 PQ #34875 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS Restaurant

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34799?

Response (REFALO, MICHAEL)

It-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba dettaljata tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34897 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

MPO

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 34740, jista' l-Ministru jgħid jekk biex saru t-trasferimenti, kienx jeħtieġ il-permess u l-approvazzjoni tal-MPO? Jekk fl-affermativ, meta saret it-talba għall-permess u meta ingħataw l-approvazzjoni mill-MPO?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li t-taqsima tat-tindif tax-xtut ilha żmien b’numru ta’ ħaddiema aktar minn meħtieġ. It-talba tal-MPO biex ħaddiema “general hands” jintbagħtu jaħdmu fid-diviżjoni tas-Saħħa ġiet komunikata lill-ħaddiema. Infurmat li ftit inqas minn nofs il-ħaddiema ressqu talba biex jiġu trasferiti. Id-Dipartiment għażel li jżomm dawk li l-aktar jagħtu servizz tajjeb. Id-deċiżjoni ħadha d-Direttur tat-Turiżmu wara konsultazzjoni mas-Segretarju Permanenti.
Leg 9 PQ #34898 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Air Conditioners

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-raġuni li numru ta' air conditioners li kienu għadhom f'kundizzjoni tajba ħafna bil-Ministeru l-ġdid ġew sostitwiti b'air conditioners ġodda? Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew dawn l-air conditioners il-ġodda, minn fejn inxtraw u min kien responsabbli mill-Ministeru biex jieħu ħsieb jikkordina it-tneħħija tal-air conditioners li kien hemm u t-twaħħil ta' dawk ġodda? Jista' jgħid ukoll min ħa d-deċizjoni li jsir it-tibdil tal-air conditioners li kien hemm ta' dawk ġodda? Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-air conditioners li kien hemm u fejn huma?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Air Conditioners installati fil-ministeru l-ġdid huma kollha ġodda peress li fil-post indikat ma kienx hemm installati Air Conditioners.
Leg 9 PQ #34899 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Beach Cleaners

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 34741, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji jew kuntratturi li qed jagħmlu xogħol ta' tindif fil-bajjiet? Jista' jgħid min huma dawn il-kumpanniji jew kuntratturi? Jista' jgħid meta bdew jagħmlu dan ix-xogħol? Jista' jgħid kemm irċevew ħlas s'issa għax-xogħol li għamlu? Jista' jgħid jekk inħarġietx sejħa pubblika biex jintgħażlu l-kuntratturi jew kumpaniji li qed jagħmlu ix-xogħol? Jista' jgħid meta ħarġu dawn it-tenders u kemm kien hemm min issottometta l-offerta tiegħu? Jista' jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet li ngħataw lil kuntratturi/kumpaniji li qed jagħmlu ix-xogħol fosthom il-perjodu fis-sena li fih issir x-xogħol u kemm ġranet fil-ġimgħa huma marbuta li jagħmlu l-istess xogħol?

Response (REFALO, MICHAEL)

Hemm żewġ kuntratturi li qed jagħmlu xogħol ta’ tindif fil-bajjiet. Dawn huma l-Greenlines Environmental Co. Ltd., u l-FTW Ltd. Dan ix-xogħol ingħata b’tender lill-Greenlines Environmental Co. Ltd. Dan it-Tender ġie estiż ukoll lill-FTW Ltd. biex ix-xogħol ta’ tindif tal-bajjiet isir b’aktar effiċjenza. Dan ix-xogħol bdew jagħmluh minn meta ntrebaħ it-tender jiġifieri minn Lulju tas-sena 2001 u minn din id-data sallum ġie jiswa Lm58,674. Inħarġet sejħa pubblika għall-kiri ta’ Waste Compactor Vehicle. Din it-tender ħarġet fit-8 ta’ Ġunju 2001. Issottomettew it-tender żewġ kuntratturi, ċioe’ Greenlines Environmental Co. Ltd., u l-FTW Ltd. Il-kundizzjonijiet li ngħataw lill-kuntratturi huma dawk kif jidhru f’Annex A. Dawn jaħdmu mit-Tnejn sal-Ġimgħa kif ukoll is-Sibt u l-Ħadd skond l-esiġenzi tad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #34986 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il bord hemm maħtura fid-diversi dipartimenti tiegħu u minn min huma komposti dawn?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-ismijiet tal- persuni li jiffurmaw l-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tat-Turiżmu huma kif ġej: Board of Governors ITS Mr Anthony Gatt – Chairman Mr Lino O. Borg Ms Grace Borg Ms Rachel Borg Mr Vincent Camilleri Mr Walter Cassar Mr John Muscat Drago Mr Noel Falzon Mr Carmel Fsadni Mr Joseph Micallef Ms Gloria Mizzi Ms Antoinette Naudi Ms Joyce Pullicino MTA Main Board Members Dr John C. Grech – Chairman Mr Leslie Vella – Deputy Chairman Mr Albert Muscat Inglott Mr George Micallef Mr Joe Preca Mr Victor Borg Mr Jean Depasquale Mr Anthony Chircop Mr Joseph Borg Olivier Mr Joe Cappello Mr Lino Farrugia Mr Victor Gruppetta MTA Marketing and Promotion Directorate Mr Joe Preca – Chairman Mr Louis Tabone Mr Robert Arrigo Mr Sammy Rapa Mr Mario de Celis Mr Michael Camilleri Kamsky Mr Martin Rossignaud MTA Product Planning and Development Directorate Mr George Micallef – Chairman Mr George Arrigo Mr Gianfranco Selvagi Mr Kevin Decesare Mr Derek Mifsud Mr Winston J. Zahra Mr Iain Tonna Mr Aldo Borg Mr Anthony Meli Mr John Sciberras Ms Maria Grech MTA Support Services, Human Resources Utilisation & Training Directorate Mr Albert Muscat Inglott – Chairman Mr Alfred Magrin Mr Joseph Diacono Mr Paul Fenech Mr Lino Cefai Mr George Schembri Mr Hugh von Brockdorff Mr Julian C. Zarb Ms Blanche Leenhouts MTA Enforcement Directorate Mr Anthony Cachia – Chairman Ms Therese Delia Dr Paul Pullicino Tourism Appeals Board Dr Emanuel Mallia – Chairman Dr Clarence Busuttil – Chairman Mr Carm A. Fenech Mr Joseph Messina Mr Charles Sciberras Mr Mark Spiteri Mr Vincent Tabone Ms Veronica Zammit Tabona Inter-Ministerial Committee on Co-Operation in the Field of Tourism Mr Louis P. Naudi – Chairman Mr Alfred Armeni Mr Mario Attard Mr Joseph Borg Mr Josie Brincat Mr Joseph Caruana Mr Tony Ellul Mr Frank Farrugia Mr Saviour Fenech Dr Lucianne Licari Mr Mark Anthony Mifsud Mr Joe Portelli Major Peter Ripard Mr Charles Zammit
Leg 9 PQ #34666 Sitting 778 2002-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Tindif ta' Xtut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema responsabbli mit-tindif ta' xtut f'Malta matul dawn l-aħħar, 5 snin sena b'sena, u x'inhija s-sitwazzjoni llum?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li ilu snin li t-taqsima tal-Beach Cleaning kellha fiha aktar nies minn meħtieġ. F’dawn l-aħħar ħames (5) snin l-għadd ta’ ħaddiema fit-taqsima kienu kif ġej: Sena Nru ta’ ħaddiema 1998 129 1999 128 2000 121 2001 135 Illum hemm 104 ħaddiema responsabbli mit-tindif tax-xtut. Dawn jinkludu gradi Tekniċi, Supervisors, General Hands u Labourers. Infurmat li dan in-numru jeħtieġ jonqos aktar.
Leg 9 PQ #34808 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema jew ingaġġati konsulenti fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Ottubru 1998 'l hawn? Jista' f'kull każ jgħid: Min huma l-persuni li ġew impjegati? X'impjieg jew kariga ingħataw? X'salarju qed jirċievu? F'kull każ meta ġew impjegati? F'kull każ meta ġew impjegati? F'kull każ humiex b'kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ xi kwalifiki għandhom? Kemm minnhom u min minnhom ġew impjegati wara sejħa pubblika jew interna? Kemm minnhom ġie impjegat mingħajr sejħa pubblika jew interna?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba eżawrenti tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34738 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Studju Barra Minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-ħaddiema li jaħdmu f'xi wieħed mid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li ntbagħtu jew marru jistudjaw barra l-pajjiż matul dawn l-aħħar 4 snin? Jista' jgħid kemm minn dawn marru fuq studju konness mat-turiżmu u f'kull każ kemm kien il-perjodu li damu jistudjaw barra? Jista' jgħid kemm minn dawn baqgħu jitħallsu l-paga mill-ministeru fl-istess ħin li kienu fuq dan l-istudju? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn, wara li ġew lura Malta mill-istudju baqgħu jaħdmu fil-ministeru, dipartiment jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv fejn kienu qegħdin jaħdmu preżentement u jekk fin-negativ x'kienet ir-raġuni biex ma jibqgħux jaħdmu mal-ministeru, dipartiment jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba dettaljata tingħata f’xi seduta oħra.