Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3473 Sitting 87 2004-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Alterazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru alterazzjonijiet fl-istruttura tal-bini jew ta' attrezzament ta' l-isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena? X'kienet ir-raġuni f'kull każ? Kemm kienu l-ispejjeż li daħliet għalihom il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi sabiex tħallas il-flus għal dawn l-alterazzjonijiet fl-istruttura tal-bini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3610 Sitting 86 2004-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Spezzjonijiet f'canteens ta' l-iskejjel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 3200 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u cioe' jista' jgħid matul din is-sena skolastika kemm saru żjajjar fi ħwienet/canteens fi skejjel ta' l-istat, indipendenti u dawk tal-knisja? F'liema skejjel saru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3608 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Impjiegi — Każ dwar shift allowance

Question

Jista' il-Ministru jara għaliex allegat ħlas żejjed ta' shift allowance fil-każ tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ġie deċiż mingħajr ma l-persuna milquta ġiet mogħtija d-dritt li tikkontesta dan il-każ u meta fiż-żmien indikat bejn l-1993 u l-2003 hemm perjodu minnu sew li huwa preskritt bil-liġi u oltre dan diġa' qiegħda tinqatagħlha mill-paga fix-xahar somma biex tiġi miġbura s-somma preteża mill-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li mhux korret li l-persuna msemmija ma ngħatatx id-dritt li tikkontesta l-każ dwar ħlas żejjed, għax fil-fatt għamel dan permezz t'ittra mibgħuta mill-avukat tiegħu stess, liema ittra ġġib id-data ta' l-20 ta' Novembru, 2003. Barra minn hekk, huwa skorret li jingħad li qed isir xi tnaqqis mill-paga biex jagħmel tajjeb għall-ħlas li sar żejjed. Sa llum ma sar l-ebda tnaqqis mill-paga. Kull ma twaqqaf kien il-ħlas tas-Shift Allowance mhux dovut sabiex ma tkomplix tikber is-somma ta' ħlas żejjed.
Leg 10 PQ #3676 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Pazjenti barranin — Kura fi sptarijiet Ingliżi

Question

Wara li l-Gvern Ingliż ħabbar li pazjenti barranin se jkollhom jibdew iħallsu minn qabel biex jiġu kkurati fi sptarijiet Ingliżi, jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk dan hux se jaffettwa l-ftehim reċiproku li hemm fil-qasam tas-saħħa bejn Malta u l-Ingilterra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li s'issa ma jirriżultax li ser ikun hemm xi tibdil dwar il-ftehim reċiproku bejn Malta u l-Ingilterra.
Leg 10 PQ #3458 Sitting 81 2003-12-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3288, jista' il-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija peress li ma ġietx imwieġba lanqas fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3286?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tweġiba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3461 Sitting 80 2003-12-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Inċineratur

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tad-diviżjoni tas-saħħa fuq l-inċineratur ta' l-isptar San Luqa wara li l-kumpannija barranija li kellha tforni s-Sanitec microwave unit informat lill-gvern li ma tistax tonora t-tender li ħadet? Il-kuntratt ingħata lil xi kumpannija oħra li kienet tefgħet it-tender jew se joħorġu tenders ġodda? Meta hu maħsub li ma jibqax jintuża l-inċineratur li hemm bħalissa l-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ser terġa' tinħareġ talba oħra għall-offerta. L-inċineratur li hemm bħalissa fl-Isptar San Luqa ser jitwaqqaf meta jiġi konsenjat l-apparat il-ġdid.
Leg 10 PQ #3203 Sitting 77 2003-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Każi ta' persuni nfettati bl-AIDS

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2003 kemm kien hemm każi rrappurtati ta' AIDS? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm kien hemm persuni ta' nazzjonalita' barranija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika illi mill-ewwel ta' Jannar 2003 s'issa ġew notifikati erba' (4) persuni li għandhom l-AIDS. Minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita' u biex nipproteġu l-individwi kkonċernati, informazzjoni fuq is-sess u nazzjonalita' ma tistax tingħata.
Leg 10 PQ #3409 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Speċjalisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm speċjalisti li jaħdmu mal-gvern li għandhom permess jaħdmu privat ukoll?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ispeċjalisti Maltin kollha għandhom permess jaħdmu privat.
Leg 10 PQ #3411 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Speċjalisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm speċjalisti li jaħdmu mal-gvern u li għandhom permess ta' clinics privati/tagħhom? Dan jikkostitwixxi conflict of interest fix-xogħol tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li hemm sitt speċjalisti li jaħdmu mal-gvern u li għandhom permess ta' klinika privata. Ma naħsibx li hemm kunflitt ta' interess għaliex fil-privat imur min jagħżel li jagħmel hekk.
Leg 10 PQ #3412 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet/kliniċi privati

Question

Peress li pazjent ġeneralment imur għal kura ġewwa sptar jew klinika privata skond fejn jordnalu l-ispeċjalista, jista' il-Ministru jgħid x'salvagwardji għandu l-pazjent sabiex ikun jaf xi kwalita' ta' kura u faċilitajiet jeżistu fit-tali sptarijiet jew kliniċi? Jista' jgħid jekk wasalx iż-żmien li l-isptarijiet u l-kliniċi jiġu graded skond kriterji ċari li jiġu ppubblikati għall-informazzjoni tal-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull sptar jew klinika liċenzjata tfisser li ssodisfat kriterji imposti mid-Diviżjoni. Dan huwa ndikat wkoll fil-liċenzja li tinħareġ kull sena u li kull klinika għandha l-obbligu li tqiegħed f'post prominenti fil-klinika biex ikun jista' jaraha l-pubbliku.
Leg 10 PQ #3414 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet/kliniċi — Apparat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-informazzjoni li nġabret dan l-aħħar mill-bord ta' l-istandards dwar makkinarju li jintuża fl-isptarijiet u kliniċi kemm tal-gvern kif ukoll tal-privat? Minn dan ir-rapport kemm jirriżulta li hemm apparat substandard u jekk hemm, x'mezzi għandu l-pazjent biex ikun jaf b'liema kwalita' ta' apparat qed jiġi nvestigat u jkollu moħħu mistrieħ li kollox huwa skond l-istandards tal-WHO?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.
Leg 10 PQ #3415 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet/polikliniċi — Servizzi offruti mill-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'mezzi għandu d-dipartiment tas-saħħa biex jassigura li konsulenti, speċjalisti u impjegati fl-isptarijiet u fil-polikliniċi ma jabbużawx mis-servizzi li joffri l-gvern billi jużaw testijiet u investigazzjonijiet li bihom jippromwovu x-xogħol privat tagħhom a skapitu tal-finanzi tal-gvern u pazjenti li jkunu ilhom jistennew għax ma jistgħux iħallsu privatament? Jista' jgħid jekk il-gvern għandux ħjiel ta' abbużi bħal dawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull ċittadin Malti għandu dritt għal kura li joffri d-Dipartiment tas-Saħħa mingħajr ma ssir l-ebda diskriminazzjoni. Pazjenti li jagħżlu li jieħdu kura fil-privat, xorta waħda għandhom id-dritt li jagħmlu testijiet u investigazzjonijiet fl-isptarijiet u polikliniċi tal-Gvern, sakemm dawn jagħmlu appuntament biex b'hekk ma jaqbżux il-queue. Id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jintroduċi sistemi ta' appuntamenti kompjuteriżati biex zgur jiġi eliminat kull lok t'abbuż. Sistema ta' appuntamenti kompjuteriżati diġa' giet introdotta kemm fid-Dipartiment ta' l-Outpatients, kif ukoll fl-investigazzjonijiet tar-Radjoloġija. Id-Dipartiment tas-Saħħa se jibqa' jaħdem bis-sħiħ biex jassigura li ma hemm l-ebda abbuż mill-impjegati tiegħu. Meta d-Dipartiment tas-Saħħa jsir jaf b'xi każ ta' abbuż, jieħu dawk il-passi kollha indikati kontra min ikun abbuża.
Leg 10 PQ #3086 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Programm GRANDSTAND — Investigazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference ta' dawk li qed jinvestigaw l-allegazzjoni li saret fuq il-programm GRANDSTAND u li saret riferenza dwarha fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2348? Kif se titmexxa din l-investigazzjoni? Ingħata żmien sa meta għandu jitlesta r-rapport finali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li t-terms of reference li ngħataw lill-uffiċċjali li qegħdin jinvestigaw l-allegazzjoni li saret referenza għalija fil-mistoqsija parlamentari numru 2348, huma li tittieħed azzjoni legali fejn jinstabu xi nuqqasijiet mill-proċeduri normali li titlob il-Liġi f'dan ir-rigward. L-investigazzjoni qiegħda tkun parti mill-ispezzjoni li s-soltu ssir għall-proċess verbal, f'dawk l-ispiżeriji li jbiegħu dawn it-tip ta' mediċinali. F'dan l-istadju mhux opportun li tingħata nformazzjoni dwar proċeduri u żmien allokat.
Leg 10 PQ #3286 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2989 u 3154 u cioe' kemm hemm nies jistennew biex issirilhom operazzjoni fl-isptar San Luqa, qasam b'qasam u kemm hu l-iżjed li ilhom jistennew f'kull każ? Jista' jagħtini dak it-tagħrif miġbur diġa' għax jinsab kompjuterizzat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma hemmx waiting list għal każijiet urġenti. Dipartiment Numru ta' Konsulenti Numru ta' Pazjenti Waiting Period Oftalmija 4 2000 Sentejn Ginekoloġija 8 128 (Maġġuri) 107 (Minuri) Frar 2004 Jannar 2004 Ortopedija 6 4607 7 snin* Uroloġija 2 ------- 6 ġimgħat Nuroloġija 2 22 6 xhur Plastic Surgery 2 80 Sena ENT 4 80 Marzu 2004 General Surgery 9 776 Marzu 2004 Kardjoloġija 5 130 Sena * Ir-Raġuni għal dan id-dewmin huma varji. Jista jkun għaliex xi pazjenti partikulari ma jkunux konformi ma l-istruzzjonijiet mediċi li jkunu ngħataw.
Leg 10 PQ #3287 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2989 u 3154 u cioe' kemm hemm nies jistennew biex issirilhom operazzjoni fl-isptar San Luqa, qasam b'qasam u kemm hu l-iżjed li ilhom jistennew f'kull każ? Jista' jgħid liema mit-tagħrif huwa kompjuterizzat u liema le?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Numru 3286.
Leg 10 PQ #3288 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2989 u 3154 u cioe' kemm hemm nies jistennew biex issirilhom operazzjoni fl-isptar San Luqa, qasam b'qasam u kemm hu l-iżjed li ilhom jistennew f'kull każ? Jista' jgħid xi programm ta' ħidma hemm u b'liema skadenzi ta' żmien biex it-tagħrif kollu jiġi kompjuterizzat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Numru 3286.
Leg 10 PQ #3298 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Office of review — direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-appointment tagħha f'April 2001 sa meta nbidel ir-rwol tagħha f' Ottubru 2003 id-Direttriċi ta' l-Office of Review tad-Dipartiment tas-Saħħa siefret kif ġej: 2001- Darbtejn Tul taż -ż jara (jiem) Kemm swiet flus (LM) 4 376.79 5 119.89 2002- 6 Darbiet Tul taż -ż jara (jiem) Kemm swiet flus (LM) 4 508.55 4 289.48 4 513.60 3 560.77 5 423.34 4 573.34 2003- 6 Darbiet Tul taż -ż jara (jiem) Kemm swiet flus (LM) 2 507.00 4 374.43 3 121.00 (l-ajru mħallas mill-U.E.) 3 454.27 4 307.00 2 262.75 Kien hemm drabi oħra apparti minn dawk indikati hawn fuq meta d-Direttriċi siefret fuq xogħol uffiċjali, iżda l-ispejjeż involuti kienu imħallsa kollha mill- organiżżaturi. Dan l-Uffiċċju ma jkollux informażżjoni u dettalji dwar dan is-safar.
Leg 10 PQ #2974 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Importazzjoni ta' dqiq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1973, jista' il-Ministru jgħid jekk irċeviex ilmenti li minkejja li d-dqiq li nġieb, prima facie, jidher li huwa skond l-ispecifications tat-tender, xorta waħda mhux tajjeb għal dawk li għandhom bżonnu għax it-tip ta' dqiq li nġieb huwa cornflower?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa rċieva lmenti minn pazjenti dwar id-dqiq gluten free. L-ilmenti kienu jikkonċernaw il-kwalita' tal-ħobż magħmul minn dan id-dqiq. Wara diversi interventi tad-Dipartiment mal-aġent lokali għadu kemm intlaħaq qbil biex konsenji futuri ta' dqiq ikunu ta' tip differenti. Id-dqiq il-ġdid huwa aktar preferut biex jiġu magħmula ħobż u għaġin.
Leg 10 PQ #3127 Sitting 70 2003-12-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Persuni ta' nazzjonalita' barranija li jaħdmu fi sptarijiet tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema barranin jaħdmu mal-gvern fl-isptarijiet? Xi grad għandhom u minn liema pajjiż ġejjin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar ħaddiema barranin li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3136 Sitting 70 2003-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.