Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37690 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Premises ġodda — Dipartiment tar-Relazzjonijiet Barranin

Question

X'wassal lill-Ministru tal-Finanzi biex ifittex premisis ġodda u separati mill-Ministeru għad-Dipartiment tar-relazzjonijiet Barranin tal-Ministeru? Xi staff complement huwa maħsub għal dan id-dipartiment?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-bżonn li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Barranin (jew aħjar Internazzjonali) ikollu iktar spazju biex jkun jista' jopera aħjar ilha tinħass speċjalment f'din l-aħħar sena u nofs meta kien hemm żieda fin-numru ta' staff. L-uffiċini allokati għal dan id-Dipartiment mhumiex adekwati sew fid-daqs kif ukoll f'dik li hi loġistika. Minħabba li l-ħidma fi ħdan id-Dipartiment kompliet tikber sew inħasset il-ħtieġa li d-Dipartiment jiżdiedu l-istaff. Fil-fatt dan l-eżerċizzju għadu għaddej. Billi fil-Ministeru m'hemmx spazju addizzjonali biex jilqa' għal dawn l-esiġenzi, inħass il-bżonn biex jinstab premises separati għal dan id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #37482 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Armi

Question

Kemm ġew ikkonfiskati armi mid-dwana matul din is-sena u x'tip kienu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2002 kienu konfiskati mid-Dwana 4 Revolvers 5 Air Pistols 2 Automatic Pistols
Leg 9 PQ #37483 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Vetturi/trakkijiet

Question

Kemm ġew konfiskati vetturi, trakkijiet etc, mid-dwana matul din is-sena u x'tip kienu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2002 kienu konfiskati 12 Vetturi tal-passiġieri 2 Trakkijiet 5 Vannijiet 1 Mutur
Leg 9 PQ #37619 Sitting 834 2002-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Laptop computers — Ministeri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lap top computers għall-użu tal-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu? Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw? X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37422 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Ikel u mediċini

Question

Kemm huwa kkalkulat li se tinvolvi lill-konsumaturi lokali u l-industrija tat-turiżmu t-taxxa tal-VAT fuq l-ikel u l-mediċini li se jdaħħal l-Gvern Nazzjonalista f' pajjiżna b'effett tas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropeja dwar il-VAT fuq l-ikel u mediċini għadhom għaddejjin. Għalhekk, huwa prematur li wieħed joqgħod ibassar x'ser tinvolvi lill-konsumatur lokali t-taxxa tal-VAT fuq dawn il-prodotti.
Leg 9 PQ #37424 Sitting 832 2002-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Printed matter

Question

Kemm huwa kkalkulat li se tinvolvi lil-konsumaturi lokali f'taxxa, l-VAT fuq il-printed matter li l-Gvern Nazzjonalista se jdaħħal bħala effett tas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropeja dwar il-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet għadhom sejrin u għalhekk mhux il-waqt li wieħed joqgħod jikkalkula l-effett tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet fuq il-konsumatur lokali.
Leg 9 PQ #37435 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Valletta — Monte di Pieta'

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bix-xogħol li sar ġewwa l-Monte Di Pieta' tul dawn l-aħħar erba' snin fi Triq il-Merkanti u jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li tiġi restawrata l-faċċata tiegħu wkoll?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment kellu programm ambizjuż biex itejjeb l-effett tal-aspett tar-relazzjonijiet pubbliċi u tiżdied l-effiċjenza. L-uffiċji u l-ambjent ġenerali ma kienux ta' livell sodisfaċenti. Għalhekk kellu jsir xi ħaġa biex jittejjeb l-post minn fejn qed issir l-ħidma u fejn qed jintlaqa' l-pubbliku. Tfassal pjan u ntalbet l-għajnuna tal-Periti fis-Sezzjoni tar-Restawr fid-Diviżjoni ta' Xogħolijiet, l-aktar minħabba r-restawr tal-post u biex jintalbu il-permessi għall-bini ta' xi kmamar. Ix-xogħol fil-maġġor parti tiegħu sar mill-istaff industrijali tad-dipartiment - kostruzzjoni ta' kmamar bis-soqfa b'kollox, twaqqiegħ ta' soqfa, twessiegħ ta' twieqi u bibien, tqaxxir ta' ħitan, tikħil u tibjid, tqaxxir tat-travi, bdil ta' xorok, bdil ta' madum, tqegħid ta' xi madum aktar addattat, tfassil u tqegħid ta' ħadid fit-twieqi minħabba sigurta' tal-Monti di Pieta', tibdil fis-sistema ta' l-eletriku u ħafna xogħol ieħor. Dan wassal għal trasformazzjoni kompleta tal-uffiċċju bħal ma wieħed jista' jara b'għajnejh stess. Qabel tkaħħlu l-ħitan u tpoġġa l-madum, tħaffru t-trinek biex minnhom jgħaddi l-wiring tal-elettriku u tas-sistema kompjuterizzata tad-Dipartiment kollu. Wara li jitlesta l-bini tas-sala li ser sservi ta' Arkivju għad-dokumenti tad-Dipartiment hemm il-ħsieb li tiġi rrestawrata ukoll l-faċċata tal-Monte Di Pieta'.
Leg 9 PQ #37447 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Waste Oils Company Ltd.

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpannija Waste Oils Company Ltd. hijiex waħda parastatali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal fil-każ ta' kull soċjeta' kummerċjali oħra, l-informazzjoni mitluba dwar id-diretturi u l-azzjonisti jistgħu faċilment jinkisbu mir-Reġistru tas-Soċjetajiet li jagħmel parti mill-MFSA, jew mill-website relattiva.
Leg 9 PQ #37352 Sitting 828 2002-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Kastilja — Security Systems

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 36853 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid meta ħarġet u meta għalqet it-tender għal security systems għall-berġa ta' Kastilja? Kemm daħlu tenders u kemm kienu l-offerti tagħhom? Meta ġiet deċiża din it-tender u min ħadha? Kemm ser jiswa x-xogħol? X'inhi r-raġuni li ġiet mogħtija lill-kuntrattur imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din is-sejħa għall-offerti ħarġet fit-22 ta' Jannar, 2002 u għalqet fis-26 ta' Marzu 2002. Kien hemm għaxar offerti u l-prezzijiet ġew ippubblikati fuq in-notice board tad-Dipartiment tal-Kuntratti fid-data ta' l-għeluq. Fit-3 t'Ottubru 2002 din it-tender għaddiet mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti u l-Letter of Acceptance nħarġet lill-kumpanija Dedicated Micros (Malta) Ltd. fl-24 t'Ottubru 2002 għall-valur ta' Lm63,775.45. Skond ir-rapport ta' aġġudikazzjoni li sar minn inġiniera tat-Taqsima tax-Xogħolijiet fil-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura din kienet l-orħos offerta teknikament aċċettabbli.
Leg 9 PQ #37199 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda żieda f'tariffi, fees amministrattivi jew għoli fil-prezzijiet ta' servizzi fid-dekasteru tiegħi fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #37301 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi Ġodda

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistqsija parlamentari numru 37131?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-karozzi ġodda li nxtraw fid-dekasteru tiegħi huma kif ġej: Post Użu Marka Prezz LM Ministeru Direttur Ġenerali Toyota Corolla 5,780 Direttur Skoda Octavia 5,390 Direttur Opel Astra 7,000 (taxxa tar-reġistrazzjoni nkluża) VAT Direttur Ġenerali Ford Focus 4,863 Diretturi (2) VW Bora 5,220 - il-waħda Taxxi Interni Direttur Toyota Corolla 5,108 Direttur Citroen Xsara 4,850 Direttur Citroen Xsara 4,830 Użu Ġenerali VW Polo Classic 4,850 Kuntratti Direttur Ġenerali Toyota Corolla 5,735 Teżor Direttur VW Bora 5,100
Leg 9 PQ #37309 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji li ma osservawx ir-regolamenti tal-MFSC f'dawn l -aħħar snin, sena b'sena, regolament b'regolament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSA bħala l-awtorita kompetenti, tamminjistra diversi liġijiet u regolamenti fis-settur finanzjarju u tilliċenzja diversi persuni u entitajiet taħt dawn il-liġijiet. L-MFSA għandha responsabbilita' wkoll għar-reġistru tal-kumpanniji. Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha l-MFSA tissorvelja l-operat ta dawk liċenzjati minnha u tiehu passi kull meta jkun hemm nuqqas ta osservanza ta xi provvediment tal-liġi jew ta xi kundizzjoni ta liċenzja. Ir-Reġistratur tal-Kumpanniji fi ħdan l-MFSA jimponi wkoll dawk il-penalitajiet kontemplati għal nuqqasijiet taħt l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji. Peress li l-provvedimenti tal-liġijiet u regolamenti tal-liġijiet u regolamenti in kwistjoni huma kumplessi u f'numru kbir, ma tinżamx statistika ta kull nuqqas jew ksur bil-modd kif mitlub.
Leg 9 PQ #37331 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul mill-VAT

Question

Il-Gvern kemm idaħħal VAT mit-turiżmu, sports, kultura, edukazzjoni separatament? Fil-każ tat-turiżmu, tista' tagħti breakdown tad-dħul mill-bars, restoranti, package tours u postijiet ta' divertiment għat-turisti? Gvern Laburista kemm kien daħħal CET mis-settur turistiku?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37041 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Refunds tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex id-dipartiment tal-VAT qatt ma ħallas ir-refunds tal-VAT dovuti lill-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament.

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema tip ta' refund qed jirreferi.
Leg 9 PQ #37131 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #37033 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Shipyard privata — Dispersant għal kontra ż-żejt

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li shipyard privata kienet ingħatat kuntratt dirett ta' eluf ta' liri mingħajr ma nħareġ tender biex jiġi maħżun id-dispersant għal kontra ż-żejt u dan baqa' fis-seħħ sal-lum? X'passi dixxiplinarji ttieħdu u x'passi oħra tttieħdu mid-dipartiment tal-finanzi f'dan ir-rigward? Kemm ilu li skada dan id-dispersant? Veru li l-poplu kien qed iħallas għall-ħażna ta' dispersant skadut? X'ġara minn dan id-dispersant u jekk intrema fejn ġie mitfugh?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru tar-Riżorsi u Infrastruttura.
Leg 9 PQ #37050 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Servizzi Ċivili — Friża fuq l-arrettrati

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li ffriża l-arretrati ta' tlett snin tal-ħaddiema tal-Gvern? X'inhi r-raġuni ta' dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma ffriża ebda arretrati tal-ħaddiema tal-Gvern.
Leg 9 PQ #36886 Sitting 817 2002-11-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni — Income tax

Question

Jista' il-Ministru jara li jogħla ċ-ċeiling ta' l-Income tax b'tali mod li l-pensjonanti ma jibqgħux iħallsu taxxa aktar fejn ma għandhomx xi dħul minn sorsi għajr il-pensjoni? Jaf il-Ministru li ċerti pensjonanti fuq il-pensjoni biss ukoll iħallsu t-taxxa? Jista' jsir xi ħaġa biex ma jġorrux dan il-piż?

Response (DALLI, JOHN)

Kemm hu komdu tgħum fis-sħab mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni.
Leg 9 PQ #36973 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Operatur tal-lottu Grieg — Ħasil ta' flus

Question

Fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Ministeru tiegħek biex jiġi stabbilit jekk l-operatur Grieg prospetttiv tal-lottu pubbliku huwiex qed jiġi ndagat għall-ħasil tal-flus maħmuġin flimkien ma' irregolaritajiet oħra kif irrapurtat fl-istampa internazzjonali u lokali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qegħda tiġi miġbura nformazzjoni f'dan ir-rigward min fonti kompetenti u eventwalment jintalbu opinjoni min fonti għaldaqstant kompetenti.
Leg 9 PQ #36988 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

BICAL — Flus dovuti

Question

Kemm tħallsu flus tal-BICAL s'issa u meta se jitħallsu l-kumplament tal-flus dovuti lid-debituri?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' flus li s'issa tħallsu lid-depożitanti u kredituri tal-BICAL sal-lum jammonta għal Lm1,825,899. Rigward meta sa jitħallsu l-kumplament tal-flus dovuti lil dawn id-depożitanti u kredituri, deċiżjoni tittieħed meta jiġi stabbilit u realizzat skond il-kawżi pendenti li hemm il-Qorti l-ammont ta' flus li jappartjenu lill-BICAL.