Għalkemm l-għażla tat-tenders dwar tindif pubbliku hija fid-diskuzzjoni assoluta tal-kunsilli lokali, ma jistgħax jinstab mezz kif dawk li ma jkollhomx l-offerti tagħhom milqugħa jistgħu jingħataw sodisfazzjoni dwar il-kriterji li fuqhom tkun saret l-għażla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-Proceduri dwar Kunsilli Lokali (Offerti), f' kazi ta' ghoti ta' Offerti, Kunsill Lokali huwa fid-dmir li jippubblika d-decizjonijiet tieghu kif ukoll ir-ragunijiet ghaliex ikun hekk iddecieda.
Barra minn hekk, il-Ligi dwar il-Kunsill Lokali taghti lil kull persuna access ghad-dokumenti kollha tal-Kunsill kif ukoll id-dritt li jinghataw kopja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti b'akkużi dwar drogi matul din is-sena? X'kienu l-gravita' ta' l-akkużi fil-każi differenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li n-numru ta` persuni li tressqu l-qorti b`akkuzi dwar drogi matul din is-sena sa l-10 ta` Ottubru, 2002, hu kif ġej:
21 kumpilazzjonijiet
330 sommarji
Id-differenza tal-gravita` hi li kumpilazzjonijiet ikunu każi fejn l-akkuza tkun dwar traffikar filwaqt li sommarji jkunu kazi fejn l-akkuza tkun dwar pussess/uzu personali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħruġ ta' l-exhaust mill-vetturi jaqax taħt l-operat tal-gwardjani lokali fejn dawn jistgħu joħorġu taħrika għal dan l-att ta' ħsara kemm għall-bniedem kif ukoll għall-ambjent?
Jista' jgħid ukoll fuq min taqa' din ir-responsabbilta' jekk ir-risposta hija fin-negattiv?
Jidhirlux il-Ministru li dan l-att jaqa' taħt il-ħarsien tal-gwardjani lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-hrug ta' l-exhaust mill-vetturi fill-fatt huwa wiehed mir-reati li jaqghu taht il-kompetenza tal-gwardjani lokali. Din il-funzjoni giet delegata lill-gwardjani lokali permezz ta' Avviz Legali 32 ta' l-2000.
Jista' il-Ministru jgħid kemm weġġgħu gwardjani ċivili din is-sena waqt il-qadi ta' dmirijiethom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-Gwardjani Lokali, ir-risposta hija li matul din is-sena kien hemm sitt (6) Gwardjani Lokali li weġgħu waqt il-qadi ta` dmirijiethom. Fil-każi kollha sar rapport lill-Pulizija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti jsegwu xi kors maċ-ċentru nazzjonali tal-kompjuter fis-Swatar? X'korsijiet qed isiru? Kemm qed iħallsu għal kull kors? Min qed imexxi dan iċ-ċentru? Għaliex f'dan iċ-ċentru l-istudenti qed ikollhom iħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar mit-talba li għamel il-kunsill lokali Qormi għall-bdil taċ-ċens għad-devoluzzjoni li diġa` saret fuq l-art fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi sabiex f'dan is-sit jinbena kumpless sportiv bil-għajnuna tal-privat?
Peress li l-kunsill lokali Qormi ssottometta wkoll id-dokumenti u r-rapporti neċessarji meħtieġa lid-dipartiment tal-kunsilli lokali, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm rakkmandazzjoni mid-dipartiment sabiex it-talba għall-bdil ta' dan iċ-ċens tiġi milqugħa mill-ministeru?
Jaf il-Ministru li l-kunsill lokali għandu wkoll il-permessi diġa` approvati mill-MEPA?
Jaf il-Ministru li sal-lum il-kunsill lokali Qormi għadu ma ngħata l-ebda informazzjoni dwar din it-talba, la mid-dipartiment u lanqas mil-ministeru, bil-konsegwenza li dan il-proġett għadu miżmum u ħames għaqdiet volontarji għadhom għaddejjin minn tbatijiet kontinwi?
Jista' il-Ministeru jgħid għalfejn dan it-tkarkir kollu?
Jista' jgħid meta ser tittieħed deċiżjoni dwar dawn it-talbiet li tressqu madwar sena ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-politika dwar id-devoluzzjoni ta` proprjeta` pubblika, għall-anqas kif inhi s`issa, hi li din tkun devoluta lill-Kunsilli Lokali permezz ta` kirja rivedibbli kull tlett snin.
L-applikazzjoni tal-Kunsill Lokali Qormi talbet biex dawn il-parametri jinbidlu sostanzjalment u għalhekk irriżultat applikazzjoni ftit aktar komplessa min-normal. Biex titqies favorevolment trid tkun deċiża reviżjoni tal-parametri li jeżistu s`issa. Il-Kunsill Lokali Qormi ġie mgħarraf b`dan u fl-istess ħin id-Dipartiment dejjem żamm kuntatt mal-Kunsill fuq din il-materja.
Dan il-Ministeru qiegħed f`diskussjonijiet mal-Ministeru ta` l-Intern u ta` l-Ambjent biex tinstab soluzzjoni ekwa rigward it-trasferiment ta` art pubblika lill-terzi bi skop kummerċjali. Dawn id-diskuzzjonijiet għadhom għaddejjin u meta jkun hemm xi żviluppi l-Kunsill Lokali Qormi jiġi mgħarraf b`dan.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija 36105 cioe', jista' jinvestiga u jgħid x'inhi r-raġuni li fil-qorti ta' Għawdex qed jirrenjaw kaos u konfużjoni sħaħ, b'nuqqas kbir ta' staff, bir-reġistru l-ġimgħa l-oħra għal ċerti ħinijiet magħluq peress li ma kien hemm l-ebda persuna biex tirċievi l-atti ġudizzjarji, b'persuni li jkunu jridu jaraw xi file jistennew għall-ħinijiet twal u l-head fl-istess qorti kontinwament u pubblikament fi ġlied fil-bini tal-qorti għaliex ħadd ma jrid ibaxxi rasu wieħed għall-ieħor, b'eżempju ħażin li qiegħed jingħata anke lill-pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
L-amministrazzjoni tal-Qorti f`Għawdex m`hix responsabilita ta` dan il-Ministeru izda tal-Ministru għall-Għawdex u fil-fatt l-impjegati tal-Qorti f`Għawdex jirrispondu amministrattivament lis-Segetarju Permanenti fil-Ministeru għall-Għawdex.
L-unika konnessjoni ma Malta għadha fil-qadi tad-doveri tar-Reġistratur skond u limitatament għal dak li joħroġ mill-liġi u anki hawn teżisti awtonomija fil-prattika.
Peress illi l-kwistjonijiet kollha imqajjma mill-Onor. Interpellant huma materji t`amministrazzjoni ordinarja, l-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru għall-Għawdex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari dwar in-numru ta' inkjesti pendenti quddiem il-maġistrati, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa l-ministeru biex jiġu deċiżi fl-inqas żmien possibbli? Jidhirlu l-Ministru li dan id-dewmien ta' inkjesti qiegħed jikkaġuna delayed justice ma' min huwa konċernat?
Jidhirlu l-Ministru li għandu jagħmel stqarrija fil-parlament dwar l-istatus ta' dawn l-inkjesti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti pendenti quddiem il-qrati tal-maġistrati? Jista' jagħti dettalji ta' min huma l-maġistrati li qed jikkmandaw dawn l-inkjesti? Kemm hemm inkjesti pendenti quddiem kull maġistrat partikolari, u kemm ġew aċċettati inkjesti matul dawn l-aħħar tlett snin lil kull maġistrat partikolari? Kemm hemm inkjesti li ilhom aktar minn tlett snin, u quddiem liema maġistrati partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
B'riferenża għall-Interim Reply li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 35618 f`seduta 793, qiegħed issa mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35812, jista' jgħid kemm jammonta d-dħul sena b'sena ta' kull kunsill lokali miċ-ċitazzjonijiet tal-gwardjani lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru għall-Ġustiżżja u Gvern Lokali għandu żewġ karozzi uffiċjali. It-tnejn jaħdmu bil-petrol li jingħata minn pompi tal-petrol privati u li ma jitħallewx il-Ministeru.
Kemm kien in-numru totali ta’ ċitazzjonijiet li taw il-wardens f’Malta u Għawdex separatament bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena? Jista’ il-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 2000 u 2002 rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pubbliku inġenerali għandux dritt bil-liġi li jattendi l-laqgħat tal-kumitati konġunti tal-kunsilli lokali? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid liema liġi u liema klawsoli tagħha jistipulaw dan id-dritt u jekk fin-negattiv l-istess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ghalkemm il-ligi taghti d-dritt li l-pubbliku jattendi ghal-laqghat ta' kull xahar tal-Kunsill, ma ssemmi xejn fuq laqghat ohra bhall-Kumitati u Sotto-Kumitati. Ghaldaqstant hija fid-diskrezzjoni tal-Kumitat Kongunt jekk il-Pubbliku ghandux jattendi jew le ghal dawn il-laqghat.
Jista' il-Ministru jinvestiga u jgħid x'inhi r-raġuni li fil-qorti ta' Għawdex qed jirrenjaw kaos u konfużjoni sħaħ, b'nuqqas kbir ta' staff, bir-reġistru l-ġimgħa l-oħra għal ċerti ħinijiet magħluq peress li ma kien hemm l-ebda persuna biex tirċievi l-atti ġudizzjarji, b'persuni li jkunu jridu jaraw xi file jistennew għall-ħinijiet twal u l-head fl-istess qorti kontinwament u pubblikament fi ġlied fil-bini tal-qorti għaliex ħadd ma jrid ibaxxi rasu wieħed għall-ieħor, b'eżempju ħażin li qiegħed jingħata anke lill-pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sentenzi ta' separazzjoni kontenzjuża li jkunu għaddew f'ġudikat, kollha insinwati?
Hemm sistema li biha jiġi aċċertat li tali sentenzi jiġu fil-fatt insinwati?
Mill-1995 sal-lum, kemm-il sentenza ta' separazzjoni kontenzjuża mogħtija mill-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili li ma sarx appell minnha, baqgħet ma ġietx insinwata?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi din l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jistax jiġi kkunsidrat li l-każi ta' ċitazzjonijiet dwar assentejiżmu fl-iskejjel jinstemgħu fi tribunal wieħed f'lokalita' milħuqa minn kulħadd minnflok f'lokalitajiet imxerdin li qed joħolqu problemi lil dawk li jridu jkunu f'postijiet differenti fl-istess ħin (uffiċjali edukattivi, social workers eċċ) u li każi sensittivi dwar problemi familjari jinstemgħu f'ambjent miftuħ b'taħlita' ta' nies jistennew għall-każi ta' kontravenzjoni tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi diġa beda l-proċess biex tkun irranġata s-sistema dwar il-każi ta` ċitazzjonijiet dwar assentejiżmu fl-iskejjel u dawn jibdew jinstemgħu f`Tribunal wieħed.