Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31606 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Reati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati mill-1 ta’ Jannar 2002 sal-31 ta’ Jannar 2002? Jista’ l-Ministru jikklassifika r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31607 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm personnel addetti ghat-Taqsima tal-Forensika? Jista’ l-Ministru jindika x’espertise għandhom? Kemm għandhom xoghol forensiku pendenti? Kemm hemm xogħol forensiku pendenti li ma jistax jigi konkluz ghal kwalsiasi raguni? Jekk hemm jista’ l-Ministru jispjega r-raguni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent b`kollox hemm 40 persuna assenjati mal-Laboratorju Forensiku tal-Pulizija. Dawn huma speċjalizzati fuq xogħol konness mal-ħtiġijiet ta` dan il-laboratorju, bħal ma` huwa impronti diġitali, fotografija, ballistika, technical officers u scene of crime officers. Bħal ma` jista` japprezza l-Onorevoli Interpellant, kull każ li jinvolvi x-xogħol tal-forensika jiddependi ħafna mill-każ li jkun. Ix-xogħol forensiku pendenti ma jistax jiġi ikkwantifikat peress li kull każ hu differenti u jiddependi mill-andament ta` l-investigazzjoni kriminali, kif ukoll minn inkarigi oħra ġodda fuq l-istess każ li jistgħu jiġu ordnati mill-Maġistrat inkwirenti. Pero` ta` min wieħed isemmi, illi sabiex ix-xogħol f`dan il-laboratorju jimxi b`aktar effiċenza, il-Korp tal-Pulizija matul dawn l-aħħar sentejn, investa mhux inqas minn Lm182,000 sabiex inxtraw sistema kompjuterizzata awtomatika għar-rigward tal-eżamijiet komparattivi tal-impronti diġitali, kif ukoll mikroskopju komparattiv għal fini ta` eżamijiet ballistiċi.
Leg 9 PQ #31608 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie mwettaq serq mill-1 ta’ Jannar 2002 sal-31 ta’ Jannar 2002? Jista’ l-Ministru jikklassifika s-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar 2002 il-każi ta` serq kienu ikklasifikati kif ġej:- Pick-pocketing 25 Hold-Up 5* Snatch & Grab 6 Theft from residence 74 Theft from factories 6 Theft from beaches 1 Theft from vehicle 268 Theft of vehicle 90 Theft from retail outlets 62 Theft from bars/hotels 88 Theft of sea craft 1 Theft from sea craft 5 Other theft 168 * Hold-up ieħor ġie rrappurtat f`Jannar 2002, iżda minn investigazzjonijiet irriżulta li kien rapport falz.
Leg 9 PQ #30749 Sitting 696 2002-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Phones — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001? Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?

Response (BORG, TONIO)

Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippublika aktar tard fis-sena.
Leg 9 PQ #31350 Sitting 696 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Msida

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 31197 u cioe jista' jgħid billi kien hemm pjani li jmorru lura xi ħames snin għat-twaqqigħ prospettiv ta' bini li hemm bejn Triq il-Ġdida u Sqaq Vasolani, Msida, faċċata ta' Marimina Court fi New Street innifisha, tista' tgħarraf lill-Kamra x'sar f' dan ir-rigward, aktar u aktar billi għal xi żmien kien qed jinbena bini illegali fl-istess area, liema każ kienet ġiet infurmata dwaru l-Planning Authority tant li l-Enforcement Unit kienet ħarġet acknowledgement bid-data 24.09.96 dwar dan il-każ? Peress li din l-art li qed nitkellem dwarha li hi ta' 30 metru kwadru, qed twassal għal sitwazzjoni biex meta tkun ix-xita r-residenti tal-court ta' quddiemhom jimtlew kollha tajn fil-waqt li fis-sajf dejjem ikollhom problema tat-trabijiet, jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #31333 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Mobile Squad

Question

B'riferenza għall-mistoqsija u għat-tweġiba parlamentari nru. 24902, dwar kemm hija regolari l-ħidma tal-mobile squad tal-pulizija fl-area ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa, jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena li għaddiet il-Pulizija żidietx il-ħidma tagħha permezz tal-mobile squad jew mezzi oħra f'din l-area bil-għan li jiġi assigurat aktar sigurta' f'din il-kommunita?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30801.
Leg 9 PQ #31360 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Armier — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31213 u cioe jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa li rreġistraw l-art li jaħdmu fl-Armier u li issa se tittieħed biex fuqha jinbnew il-beach rooms?

Response (BORG, TONIO)

Ix-xogħol fuq l-iskema li għamel referenza għaliha l-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31213, għadu għaddej. Mill-għaxar t`elef applikazzjoni ċirka li ġew sottomessi f`din l-iskema, kien hemm elf seba` mija sebgħa u erbgħin (1,747) applikazzjoni fid-distrett tal-Mellieħa. Dawn għadhom qegħdin jiġu mmarkarti fuq pjanti apposta permezz tal-computer biex kif diġa` tħabbar joħorġu għal Public Screening fl-1 t`April 2002. Ikun biss f`dan l-istadju li wieħed ikun jista` jara fattwalment l-applikazzjonijiet li saru għal xi lokalita` partikolari.
Leg 9 PQ #31362 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Cottonera Watefront Group

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni u tielet parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 31231 li oriġinarjament saret lil Ministru għal Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u cioe jista' jgħid x'obbligi għandu l-Cottonera Waterfront Group f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Environmental Impact Assessment tal-proġett tal-Yacht Marina skond il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Front f'Ġunju 1999? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dawn l-obbligi ġewx imwettqa skond il-ftehim milħuq? Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, x'inhi r-raġuni għala dawn l-obbligi ma ġewx imwettqa?

Response (BORG, TONIO)

Il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-'Cottonera Waterfront Group' f`Ġunju 1999 jobbliga lill-'Cottonera Waterfront Group' biex tissottometti Environmental Impact Assessment għall-Yacht Marina tal-Kottonera. Dan irid isir skond termini maħruġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Il-'Cottonera Waterfront Group' issottomettit dan l-Impact Assessment fl-Lulju 2001 u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar bagħtet il-kummenti tagħha fil-bidu ta` Novembru 2001. Mill-kummenti ta` l- Awtorita` jidher li hemm ħtieġa għal aktar informazzjoni u kjarifika speċjalment rigward l-aspetti arkeoloġiċi. Fil-fatt il-'Cottonera Waterfront Group' issa tat l-informazzjoni kollha li hi kellha mill-kumpanija barranija li wettqet l-istudju arkeoloġiku u bħalissa d-Dipartiment tal-Mużewijiet flimkien ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed jevelwaw din l-informazzjoni. Fil-ġimgħat li ġejjin il-'Cottonera Waterfront Group' ser tissottometti wkoll informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar rigward studji oħra li jiffurmaw parti mill-'Environmental Impact Assessment'. Huwa biss wara l-għeluq tal-proċeduri kollha meħtieġa li wieħed ikun jista` jevelwa jekk il-konsorzju mexiex jew le ma` l-obbligi kollha li l-istess konsorzju għandu mal-Gvern.
Leg 9 PQ #31372 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li irriżulta mill-inkjesta maġisterjali lid-Dipartiment tad-Drenaġġ għandu r-responsabbilita għall-mewt tat-tlett ħaddiema fiċ-Ċirkewwa, jista' jgħid jekk il-pulizija hux se tieħu azzjoni kriminali kontra dawk l-impjegati taċ-Ċivil responsabbli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-provi kollha miġbura fl-Inkjesta Maġisterjali, ma jirriżultax illi hemm provi biżżejjed sabiex tkun tista` tinġieb prosekuzzjoni mill-Pulizija u dan skond parir mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Leg 9 PQ #31373 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija bil-light duty ? Dawn il-pulizija jingħataw xogħol extra? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' xogħol jingħataw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 19-il membru tal-Korp tal-Pulizija taħt xi forma ta` light duty. Minn dawn hemm ħamsa li jagħmlu extra duty on payment. Qed issir evalwazzjoni tas-sistema kollha tal-light duties.
Leg 9 PQ #31386 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Security Guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li se jieħdu l-license wara li attandew għal course tas-security guard? Meta se jieħdu l-license?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 64 applikazzjoni għall-liċenzja ta` Gwardjani Privati li qed ikunu proċessati mill-Pulizija skond kif rikjest bl-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389).
Leg 9 PQ #31391 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kif inhuma klassifikati kategorija kategorija kull tip ta' negozju għall-Awtorita' tal-Ippjanar? X'inhu rikjest sabiex isir change of use ta' negozju?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant jista` jirreferi għal LN 70/2000 'Use Classes Order' fejn huma kklassifikati l-użi kummerċjali. F`każ ta` 'change of use' trid tiġi sottomessa applikazzjoni formali.
Leg 9 PQ #31415 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Slum Clearance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba għall-kumpens dovut lill-persuna indikata separatament li twaqqgħalha l-post biex sar il-proġett ta' slum clearance?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment qiegħed fil-proċess li jiġi aċċertat min hu legalment is-sid tal-fond li l-persuna indikata separatament twaqqgħalha biex sar il-proġett ta` slum clearance.
Leg 9 PQ #31440 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Konsulenti/Advisors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħadmu u qed jaħdmu, jew ġew ingaġġati konsulenti u advisors mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn il-konsulenti u x'salarju irċevew jew qed jirċievu?

Response (BORG, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #31456 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Tabakk

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar każ li l-dettalji tagħhom qed jintbagħat under separate cover? Jista' din is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żvillupi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed jopera fil-parametri tal-liċenzi tal-Pulizija u minn stħarriġ li sar mill-Pulizija ma jirriżultax li hemm xi ksur ta` liġi. Madankollu, billi mill-ittra annessa under separate cover, jidher li l-ilment prinċipali huwa dwar affarijiet sanitarji, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #31458 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Murtali tal-Festa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta' tfal li jweġġgħu b'murtali tal-festa? Jekk iva, kemm weġġgħu tfal fl-1998, 1999, 2000 u 2001? Jekk teżisti statistika, jista' jgħid x'etajiet kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli, il-persuni taħt it-18-il sena, li sofrew xi tip ta` feriti minn kwalunkwe tip ta` logħob tan-nar kienu kif ġej:- Sena Numru Etajiet 1998 2 14, 15 1999 1 11 2000 4 13(2), 11(2) 2001 4 9, 10, 13, 14
Leg 9 PQ #31267 Sitting 691 2002-02-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

B'referenza għall-dak li ntqal mis-segretarju parlamentari responsabbli mill-kummerċ li f'dawn l-aħħar tliet snin inkiseb rekord ta' liċenzji, kemm kien hemm liċenzji dwar negozji li għalqu li gew irtirati? Kemm minn dawn il-liċenzji ġodda kienu jikkonċernaw negozji għal kollox ġodda jew inkella negozji diġa eżistenti li għalqu u reġgħu fetħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` liċenzji tal-Pulizija dwar kull tip ta` negozju, inkluż ħwienet, li ġew kanċellati matul dawn l-aħħar tlett snin huwa kif ġej: 1999 2000 2001 263 262 205 Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx it-tagħrif hekk kif mitlub.
Leg 9 PQ #31291 Sitting 691 2002-02-05 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Gwardjani — Ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jiġu ngaġġati gwardjani l-Ħabs? Hemm xi age limit għal li persuna sabiex tiġi ngaġġata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23571.
Leg 9 PQ #31295 Sitting 691 2002-02-05 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Survey

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop tas-survey li għamlet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar ġonna u soft areas fid-diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex, x'kien ir-riżultat ta' dan is-survey, x'rakkomandazzjonijiet u minn min? Jista' l-Onor. Ministru jqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħasset il-bżonn li fil-kuntest tar-reviżjoni tal-Pjan ta` Struttura, ikun xieraq li tagħmel survey biex titqies il-proviżjoni ta` ġonna pubbliċi, playing fields u open spaces f`kull kunsill lokali f`Malta u Għawdex. B`hekk l-Awtorita` tkun tista` toħroġ bi standards għal proviżjoni ta` ġonna u siti ta` rikrejazzjoni oħra f`żoni urbani. Jirriżulta li l-medja fil-gżejjer Maltin hija ta` 2.4 metri kwadri ta` ġonna pubbliċi, playing fields u open spaces għal kull resident, u li 47 minn 68 kunsilli ma jilħqux din il-medja. L-Awtorita` għadha m`hijiex f`posizzjoni li tirrakkomada policies għal futur, bħala parti mir-reviżjoni tal-Pjan ta` l-Istruttura. F`dan l-istadju pero`, l-istudju fuq Rikrejazzjoni u Ħin Liberu jenfasizza l-importanza biex jiġu protetti il-postijiet eżistenti ta` rikrejazzjoni, u li l-kunsilli jgħarfu il-bżonn li jtejbu il-proviżjoni ta` open spaces, speċjalment dawk il-kunsilli b`karattru urban jew fejn il-popolazzjoni qed tikber. Kopji ta` dan ir-rapport (Leisure and Recreation Topic Paper) diġa` tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30336 f`Seduta Nru. 665.
Leg 9 PQ #31197 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Msida

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi kien hemm pjani li jmorru lura xi ħames snin għat-twaqqigħ prospettiv ta' bini li hemm bejn Triq il-Ġdida u Sqaq Vasolani, Msida, faċċata ta' Marimina Court fi New Street innifisha, tista' tgħarraf lill-Kamra x'sar f' dan ir-rigward, aktar u aktar billi għal xi żmien kien qed jinbena bini illegali fl-istess area, liema każ kienet ġiet infurmata dwaru l-Planning Authority tant li l-Enforcement Unit kienet ħarġet acknowledgement bid-data 24.09.96 dwar dan il-każ? Peress li din l-art li qed nitkellem dwarha li hi ta' 30 metru kwadru, qed twassal għal sitwazzjoni biex meta tkun ix-xita r-residenti tal-court ta' quddiemhom jimtlew kollha tajn fil-waqt li fis-sajf dejjem ikollhom problema tat-trabijiet, jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (BORG, TONIO)

Risposta tingħata f'seduta oħra.