Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn ħames għalliema li għamlu sentejn kors fl-Univerista' ta' Malta li jismu Post Graduate Diploma in Education (Inclusion and Individual Education Needs in Primary Schools) ġaladarba mhux se jiġu maħtura fis-sejħa li saret? Kemm se jintgħażlu għax instab li kienu ineleġibbli minħabba klawsola fis-sejħa li saret? Kemm se jintgħażlu INCOs u kemm applikaw? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt li dawn it-talin flimkien ma' għaxar għalliema oħra kienu ġew mitluba jiffirmaw sabiex jagħmlu dan il-kors imsemmi hawn fuq u li kien ffinanzjat mill-UE?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għall-post ta' INCO applikaw 17. Minnhom kienu eliġibbli 11 u dawn kollha ġew intervistati. Meta joħroġ ir-riżultat jiġu assenjati skond il-ħtiġijiet tas-servizz. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ffirmaw dawk kollha li ngħataw borża ta' studju.
Informat ukoll li l-ħames għalliema li għamlu sentejn kors fl-Universita' ta' Malta li jismu "Post Graduate Diploma in Education (Inclusion and Individual Education Needs in Primary Schools)" ħadu t-taħriġ tagħhom matul il-jum u għaldaqstant huma marbutin li jservu lid-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi skond l-esiġenzi tas-Servizz għall-perjodu ta' ħames snin skond kif inhu indikat fil-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-użu fil-preżent tal-kumpless Robert Sammut Hall ġewwa l-Furjana?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Kumpless Robert Samut Hall fil-Floriana kiseb post importanti fl-għazla mill-awtoritajiet edukattivi, Ministeri, aġenziji pubbliċi u NGO's bħala post għal seminars, konferenzi, wirjiet u attivitajiet kulturali. Barra minn hekk jintuza wkoll għal inizjattivi ad hoc kif qed isir bħalissa fit-tħejjija għat-twaqqif tal-Kunsill ta' l-Għalliema.
Jista' l-Ministru jgħid kif ġie magħżul is-Sur Mauro Pace Parascandolo biex imexxi l-EUPA?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Sur Mauro Pace Parascandolo ġie 'detailed' bħala Uffiċjal Pubbliku mal-European Union Programme Agency b'effett mill-4 ta' Mejju 2007 għal perjodu indefinit.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ex-Direttur Ġenerali Dr Cecilia Borg ġietx mogħtija xi kariga, rwol jew xogħol wara li spiċċat bl-eta'? X'inhu dan ix-xogħol li ġiet mogħtija?
Response (GALEA, LOUIS)
Dr Cecilia Borg, l-ex Direttur Ġenerali, nħatret Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali biex tieħu ħsieb dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-organizzazzjoni ta' l-ewwel elezzjoni ta' l-erba' għalliema reġistrati kif titlob il-liġi u cioe' Taqsima III ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni kif emendat fl-2006 li tipprovdi għat-twaqqif ta' Kunsill dwar il-Professjoni ta' l-Għalliema.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29052 u jgħid x'kien it-total ta' studenti post sekondarji li temmew l-edukazzjoni tagħhom fi żmien is-sena skolastika 2006-2007? X'inhu t-total ta' studenti post sekondarji li ressqu għall-eżamijiet tal-Matsec f'xi waħda jew oħra mis-sezzjonijiet tal-Matsec ta' din is-sena u kemm għaddew studenti f'kull suġġett f'dawn is-sezzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti post-sekondarji li resqu għall-eżamijiet tal-MATSEC f'Mejju u Settembru 2007 hu hekk :-
F'din it-tabella insibu studenti li resqu għall-eżamijiet għaliex kienu Narrowly Failed, jew kien jonqoshom xi Special Course Requirement, jew kienu studenti fil-kors tal-Banking fl-MCAST. Il-Kandidati Privati setgħu xorta kienu qed jattendu xi skola post-sekondarja.
Reġistrazzjoni Skejjel Post Sekondarji Kandidati Privati Total
Mejju 2007 Settembru 2007 Mejju 2007
Ċertifikat tal-Matrikola 2377 1167 155 2532
Livell Avvanzat
(Single Subject) 150 33 882 1032
Oħrajn 18 2 229 247
Informazzjoni dwar ir-riżultati fil-Livell Avvanzat u fil-Livell Intermedju f'Mejju u f'Settembru 2007 separatament ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawk l-istudenti li ġabu gradi A,B,C,D u E għaddew mill-eżami.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena s'issa kemm kien hemm persuni li nqabdu jaħdmu għalkemm kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? Minn liema lokalitajiet kienu? X'kienu x-xogħlijiet li kienu qed jagħmlu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li l-Universita' tgħidilna kemm se jiggradwaw studenti bid-Dottorat fl-IT, din is-sena?
Kemm hemm studenti li qegħdin jirriċerkaw il-qasam ta' l-IT fil-livell ta' Dottorat?
Kemm hemm studenti Maltin u barranin jistudjaw l-IT fil-livell post-gradwali?
Tista' tagħtina lista ta' pubblikazzjonijiet minn akkademiċi lokali fil-qasam ta' l-IT?
Tista' tgħidilna meta l-proġett tal-bini tal-Fakulta se jibda u jispiċċa?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li tiżdied is-sigurta' madwar l-iskola tal-kindergarten tal-gvern fil-Mosta peress li mhux l-ewwel darba li kien hemm xi inċident ikkaġunat mill-vetturi li jgħaddu minn dawn l-inħawi waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29067 u jgħid x'inhu n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol minn dawn il-lokalitajiet: L-Isla, Bormla, il-Birgu, il-Kalkara, Wied il-Għajn, Iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Ix-Xgħajra u Marsaxlokk, lokalita b'lokalita? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond is-sess?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li n-numru ta' nies li sabu xogħol minn Jannar sa Ottubru 2007 fl-istess lokalitajiet u li qabel kienu qed jirreġistraw hu ta' 952 u dawn huma mqassma hekk :-
Bormla - 129 Xgħajra - 23
Fgura - 150 Żabbar - 205
Kalkara - 51 Żejtun - 144
Marsascala - 115 Isla - 50
Birgu - 60 Marsaxlokk - 25.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ qatgħet mir-reġistrazzjoni lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, illum is-27 ta' Novembru, 2007 meta dan għadu jrid jidher quddiem il-bord mediku? Biex se tgħix din il-persuna sakemm tittieħed din id-deċiżjoni tal-bord mediku?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn persuni li ilhom jagħmlu x-xogħol ta' kindergarten assistants għal aktar minn għoxrin sena qed jiġu sottomessi għal eżamijiet bħal individwi li għadhom kif bdew jagħmlu dan ix-xogħol? Huwa minnu li l-esperjenza ta' tali individwi qegħda tiġi skartata konsegwenza tal-ftehim iffirmat dan l-aħħar? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'ser isir biex tali individwi ma jiġux mpoġġija fl-istess kategorija u sottoposti għall-istess rekwiziti bħal individwi ġodda fil-kamp?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jgħix u/jew juża l-farmhouse li tinsab fl-Universita` ta’ Malta? X’inhu l-użu tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Campus ta' l-Universita' tal-Qroqq hemm aktar minn farmhouse waħda. Waħda minn dawn hija is-sede tad-Dipartiment ta' l-Arkeoloġija u Studji Klassiċi, oħra hija is-sede ta' l-Istitut ta' l-Agrikoltura, it-tielet waħda hija s-sede ta' l-Istitut tal-Mediterran u topera wkoll minn hemm il-Fondazzjoni Temi Zammit minħabba ir-rabta ma' l-Istitut tal-Mediterran. M'hemm ħadd jgħix fl-ebda waħda minn dawn il-farmhouses. Hemm farmhouse oħra viċin il-Kumpless Sportiv li prezentament hija okkupata minn persuna bla ebda titolu fuqha. Dan il-kaz qed jiġi trattat b'mod legali.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ġiet magħżula l-persuna li qed tmexxi l-Foundation for International Studies li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid il-Foundation for International Studies minn fejn iġġib il-finanzi tagħha? Kemm jirnexxielha tiġġenera fondi addizzjonali minbarra l-għotja li tingħata jekk inhu l-każ li tingħata fondi? Jista’ jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-accounts ta’ l-istess Fondazzjoni ta’ dawn l-aħħar tlett snin?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim daħlet għalih il-Foundation for International Studies fejn jidħol studju ma’ universitajiet oħra matul dawn l-aħħar sentejn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Foundation for International Studies ma daħlet f`ebda ftehim ma` universitajiet oħra matul dawn l-aħħar sentejn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'din is-sena skolastika kienx hemm studenti li ngħataw il-permess li ma jattendux l-iskola anke jekk ma għalqux is-sittax-il sena? Jekk fl-affermattiv, x'kienu r-raġunijiet għal dan? Kemm kienu subien u kemm bniet? F'liema klassijiet kienu? Minn liema lokalitajiet huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li ngħataw il-permess li ma jattendux l-iskola qabel ma għalqu is-sittax-il sena f'din is-sena skolastika, jiġifieri mill-15 ta' Settembru 2007 sas-26 ta' Novembru 2007, kien hekk:
Tifel Tifla Raġunijiet Klassi Lokalita'
1 / xogħol 5 Zebbuġ
1 / xogħol 4 San Ġwann
/ 1 xogħol 5 Kalkara
1 / xogħol 5 Zebbuġ
/ 1 xogħol 5 Kalkara
Sal-lum dawn l-istudenti kollha għalqu s-sittax-il sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel ta' l-istat li ngħataw estenzjoni għalkemm laħqu l-eta' ta' l-irtirar? X'suġġetti jgħallmu? Għaliex inħass il-bżonn li tingħata din l-estenzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm ebda għalliema fl-iskejjel ta' l-Istat li ngħataw estensjoni wara li laħqu l-eta' ta' l-irtirar. Hemm 30 ex-għalliema li intalbu jagħtu servizzi edukattivi part-time f'oqsma diversi, bħal edukazzjoni għall-adulti, fejn il-ħlas hu Lm5 fis-siegħa.