Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5425 u ċioe' jgħid il-Malta Enterprise kemm għandha rappreżentanti u konsulenti barra l-pajjiż? Min huma u fejn qed joperaw? Jista' jiddistingwi bejn min hu rappreżentant u konsulent? X'remunerazzjoni għandhom il-konsulenti?
Response (DALLI, JOHN)
Overseas Representations
2004
Dubai
Anthony Tabone
Dubai
Minila Mary Mathew (local)
Dubai
Ahmed Mohideen
Libya
Frans Attard
Libya
Salem Megadmi (local clerk)
Libya
Masood Rizvi (driver)
France
Josephine Vassallo
Germany
Sonja Winner (local secretary)
Italy
Andrew Spiteri
Italy
Lionella Bertazzon
Italy
Tatiana Rota
United States of America
Paula Calamatta
Tabella 2 turi l-lista ta' Konsulenti Barranin li tagħmel użu minnhom il-Malta Enterprise. Dawn il-konsulenti jitħallsu dik li tissejjaħ "success fee", jiġifieri somma fissa għal kull proġett li jitqies eliġibbli taħt il-provvedimenti tal-Business Promotion Act u li jkun approvat mill-Malta Enterprise.
External consultant
Area of operation
Paolo Tommasi
Southern Italy
Stefano Manchini
Italy
Alberto Casinghini
Italy
Mauro Frilli
Italy
Francesco Ventura
Italy
Michele Zambuto
Italy
Antonio Guadalupi
Italy
Antonio De Capoa
Italy
Oonagh Mc Nerney
Spain
Eric Desagneaux
France
Ivan Blondet
France
Jean Claude Masson
Switzerland
Tim Scarborough
South Africa
Dieter Prigoda
Germany
Michael Oldiges
Germany
Susan Mompalao de Piro
Germany
Terence Loane
Ireland
Warwick Robinson
England
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4896, jista' l-Ministru jinvestiga r-rapporti li waslu għandi minn diversi nies dwar l-avveniment imsemmi fil-mistoqsija? Jekk fl-affermattiv, għaliex dawk is-suldati tal-marines Amerikani kienu fuq l-art armati? Min jagħti dan il-permess? Kif se tiġi salvagwardjata n-newtralita' ta' pajjiżna kif elenkata fil-Kostituzzjoni tagħna? Jista' l-Ministru jelenka kemm-il biċċa tal-baħar u ta' l-ajru ingħataw permess sabiex iġorru l-armamenti?
Response (DALLI, JOHN)
Kif il-Ministru ta' qabli diġa spjega fir-risposta tiegħu għall-Mistoqsija numru 4896, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin qatt ma rċieva talba jew ta permess lill-membri ta' l-ekwipaġġ tal-USS Bataan jew ta' xi biċċa oħra tal-baħar Amerikana biex dawn ikunu armati fuq l-art.
Ninsab infurmat li meta saret din il-Mistoqsija f'Marzu, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kien ikkonsulta ma' l-awtoritajiet tal-pulizija u dawn ta' l-aħħar spjegaw li membri armati ta' l-SAG jkunu stazzjonati f'diversi postijiet skond il-bżonn matul il-waqfa tal-bastiment f'Malta. Jista' jkun, għalhekk, li r-rapporti li waslu għand l-Onorevoli Interpellant huma dwar dawn in-nies.
Dwar kemm il-biċċa tal-baħar u ta' l-ajru ngħataw permess sabiex iġorru l-armamenti, ninsab infurmat li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jagħti permess biex dawn jidħlu Malta sakemm il-kundizzjoni ewlenija dwar il-ġarr ta' armamenti nukleari tkun rispettata.
Kummissjoni Maltija f'Londra — Locally engaged personnel
Question
B'riferenza għall-aħħar parti ta' mistoqsija parlamentari 5410, jista' il-Ministru jgħid jekk il-high commission kisbitx bil-quddiem l-approvazzjoni tal-Ministeru?
Response (DALLI, JOHN)
Nikkonferma li l-Kummissjoni Għolja f'Londra kellha kemm l-awtoriżżazzjoni tal-Ministeru kif ukoll tal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li l-ex president tar-Repubblika kien stieden formalment lill-mexxej Libjan Gaddhafi biex iżur Malta?
Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-kummissarju għoli Malti f'Londra rrikkmanda lill-prof. Guido de Marco bħala kandidat ta' Malta għaċ-chairmanship tal-Commonwealth foundation?
Response (DALLI, JOHN)
Il-President Emeritus il-Professur Guido de Marco ġie nominat għall-kariga ta' President tal-Commonwealth Foundation b'deċiżjoni li ħa l-Gvern Malti.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-joint trade mission ma' l-Iżlanda li l-Malta Enterprise organizzat fil-Kajr fix-xahar ta' Marzu?
Response (DALLI, JOHN)
Seba' kumpaniji pparteċipaw f'dan l-avveniment, 4 minn Malta u tlieta minn Iceland.
Mill-kummenti li rċevejna mill-parteċipanti nfushom, dan l-avveniment jidher li kien suċċess għax huma kienu kuntenti kemm bil-kwalita' għolja ta' laqgħat li kienu organiżżati kif ukoll mis-servizzi li kienu pprovduti mill-Korporazzjoni Maltija għall-Impriża u imsieħba oħra.
Jikkonferma l-Ministru li minħabba fil-bdil fl-amministrazzjoni Spanjola l-laqgħa tal-kumitat konġunt Hispano-Malti ġiet posposta? Ġiet iffissata data ġdida għal-laqgħa tal-Mixed Commission?
Response (DALLI, JOHN)
Ir-risposta hi fl-affermattiv. S'issa għadha ma ġietx iffissata data ġdida għall-laqgħa tal-Mixed Commission.
Jista' il-Ministru jikkonferma li se jsiru konsultazzjonijiet f'Malta bejn Malta u s-Sawdi Għarabja f'Lulju kif issuġġeriet minn naħa Sawdita nnifisha?
Malta kienet rappreżentata fil-konferenzi kontra l-anti-semitiżmu li nżammet mill-OSCE f'Berlin? Jekk iva, minn min kienet rappreżentata? Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-diskors tar-rappreżentant Malti, jekk kien hemm?
Response (DALLI, JOHN)
Ir-Rappreżentant Permanenti għall-OSCE, l-Ambaxxatur Walter Balzan, irrappreżenta lil Malta fil-konferenza kontra l-anti-semitiżmu li nżammet mill-OSCE f'Berlin bejn it-28 u d-29 ta' April 2004.
Il-Presidenza Irlandiża ta' l-Unjoni Ewropea għamlet stqarrijiet f'isem il-15 il-Membru ta' l-Unjoni u f'isem il-10 pajjiżi li se jissieħbu fl-1 ta' Mejju 2004, kemm fis-sessjonijiet plenarji li nżammu fil-ftuħ u fl-egħluq kif ukoll matul is-sessjonijiet ta' xogħol (working sessions) tal-konferenza.
Malta allinejat ruħha ma' dawn l-istqarrijiet.
Kummissjoni għolja ta' Malta f'Londra — Locally engaged personnel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu s-salarji tal-locally engaged personnel (LEPs) fil-kummissjoni għolja ta' Malta f'Londra kif ukoll x'kien ix-xogħol ta' dawn l-LEPs sa l-aħħar ta' Marzu 2004?
Jista' jindika min huma dawk l-LEPs li jagħmlu xogħol l-oħrajn f'każ li wħud minnhom ikunu morda jew fuq vaganza, jekk kienx hemm xi talba għal żieda fl-allowances ta' xi LEP, min kienu dawn u għaliex saret din it-talba, jekk sarux talbiet minn xi LEPs għalll-flexitime u min kienu l-LEPs li għamlu din it-talba?
Jista' il-Ministru jagħti dettalji sħaħ ta' dawk l-LEPs li ngħataw time off in lieu mis-sena 2001 sa l-aħħar ta' Marzu 2004, għal liema raġuni ngħataw dan it-time off in lieu u min awtorizza dan it-time off in lieu?
Jista' jgħid jekk ingħatawx xi allowances fiskali lil xi LEPs partikolari over and above dak stipulat fil-kuntratt tagħhom għal xogħol li sar waqt jew wara l-ħin tax-xogħol fil-kummissjoni għolja kif ukoll barra l-kummissjoni għolja f'Londra?
Response (DALLI, JOHN)
Hija prerogattiva tal-Kummissarju Għoli li jiddelega x-xogħol dejjem skond l-esiġenza tas-servizz.
Assistent personali tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin
Question
Jikkonferma l-Ministru li l-assistent personali tiegħu ġie maħtur konslu ġenerali għal Malta fil-Libja?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Konslu Ġenerali għal Malta fil-Libja huwa s-Sur Robert Aquilina, li beda l-inkarigu tiegħu fit-22 ta' April 2004. Is-Sur Aquilina għandu l-kwalitajiet u abbiltajiet meħtieġa sabiex imexxi fid-direzzjoni mixtieqa mill-Gvern din il-kariga impenjattiva, u għaldaqstant, mid-data indikata, l-impenji kontrattwali li kellu mal-Ministeru tiegħi ġew terminati sabiex ikun jista' jassumi r-responsabbilitajiet tiegħu ġewwa Tripli.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi f'dawn l-aħħar sentejn ma sponsorjax xogħolijiet għall-clubs, għaqdiet u soċjetajiet sportivi u kulturali.
Mixed Commission — Diskussjonijiet bejn Malta u l-Libja
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu l-prioritajiet diskussi fil-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja f'dawn l-aħħar snin?
Response (DALLI, JOHN)
F'dawn l-aħħar snin, il-prioritajiet diskussi fil-laqgħat tal-Kummissjoni Mħallta bejn Malta u l-Libja kienu dawn:
(a) Il-qasam tal-ġustizzja [Il-Ftehim tal-1994 dwar it-Trasferiment ta' Persuni b'Sentenza Definittiva mill-Qrati Kriminali u l-Ftehim ta' l-Estradizzjoni tas-sena 2002];
(b) Il-qasam fiskali [Il-Protokoll ta' l-1995 dwar il-Ħelsien mit-Taxxa Doppja];
(c) l-Industrija [Il-Ftehim tas-sena 2003 dwar l-Promozzjonu u l-Protezzjoni ta' l-Investiment];
(d) Turiżmu [Il-Ftehim ta l-1995 dwar Koperazzjoni fit-Turiżmu]
(e) Il-biedja u s-sajd [Il-Protokoll ta' l-1997 dwar Koperazzjoni fil-Biedja u s-Sajd]; u
(f) Affarijiet konsulari [il-Protokoll ta' l-2004 dwar l-Introduzzjoni tal-Visa].
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-prioritajiet tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja llum? Kif il-gvern se jipproponi l-funzjoni ta' din il-kummissjoni fid-dawl ta' Malta membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Il-prijorita' ewlenija tal-Kummissjoni Mħallta tibqa' dik li jitkattar il-ġid li jissarraf f'titjieb ta' għixien għall-poplu Malti u dak Libjan.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istqarrija dwar is-security fence Iżraelit f'territorju Palestinjan li l-Gvern Malti bagħat aktar kmieni din is-sena lill-International Court of Justice?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istqarrija dwar is-security fence Iżraelit f'territorju Palestinjan li l-Gvern Malti bagħat fit-tletin (30) ta' Jannar 2004, lill-International Court of Justice.