Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajna fil-mistoqsija numru 25391.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hja kif gej:
Jannar
Frar
Marzu
Head Office u FME
Lm 6,435.48
Lm 2,193.42
Lm 3,062.35
Ambaxxati
Lm 3,623.64
Lm 2,945.93
Lm 4,420.16
Total
Lm 10,059.12
Lm 5,139.35
Lm 7,482.51
Total Sħiħ
Lm 22,680.98
L-approvazjoni dejjem issir skond ir-Regolamenti tas-Servizz Pubbliku.
Affarijiet Barranin — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Hemm tlett Bordijiet (Sanctions Moniroting Board, National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Conventions u Tsunami Relief Fund Committee) li fihom hemm 18 il-persuna, tnejn minnhom nisa, għaxra minnhom bejn 20 u 45 sena u 8 minnhom 'l fuq minn 46 sena.
Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'Jannar, Frar u Marzu 2007 kien hawn sitt każi fejn kien hemm kontijiet tas-safar mhux magħluqa. Ir-raġuni hija l-pressjoni tax-xogħol f'Ministeru fejn is-safar huwa parti ntegrali mix-xogħol tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali?
X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġie stallat apparat ta' enerġija solari fuq il-bejt ta' Palazzo Parisio. Dan sar bħala proġett pilota.
Jekk dan il-proġett jirnexxi, allura jiġi kkunsidrat jekk jiġix stallat apparat ieħor jew simili fuq bini ieħor li għandu l-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru tas-Segretarjat Privat mal-Ministeru tiegħi huwa 19. Il-membri tas-Segretarjat Privat tiegħi huma mpjegati skond il-Guidance of the "Employment of Staff for Minister's Secretariat" kif approvat mill-Cabinet li tpoġġa diġa fuq il-mejda ta' din il-kamra
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-uffiċċjali / ħaddiema li spiċċaw mix-xogħol fid- Dipartimenti, Ministeru u entitajiet li huma taħt ir-responsabbilta tiegħi huma -
4 Ambaxxaturi, li spiċċalhom t-term of office tagħhom, Secretariat Officers, mal bdil tal-Ministru, 7 mill-MIC, l-maġġor parti mal-bdil mill-MIC għall-Forum Malta fl-Ewropa u 25 mil-Corporate Services.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħti ma xtrawx karozzi li huma environmental friendly jew ta' xorta oħra matul Jannar, Frar u Marzu 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ix-xogħol tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huwa intrinsikament marbut ma' laqgħat barra 'l pajjiż. In-nefqa totali fit-tlett xhur indikati mill-Onorevoli Interpellant kienet ta' 118,204.07.
Jista' l-Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ix-xogħol tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huwa intrinsikament marbut ma' laqgħat barra 'l pajjiż. Kollox isir skond ir-regolamenti u n-normi tas-servizz pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?
Response (FRENDO, MICHAEL)
It-tqassim tal-gażżetti mhuwiex regolat mill-Public Service Management Code jew minn ċirkularijiet tal-Gvern. Hija fid-diskrezzjoni tal-Ministeru minn jirċievi settijiet ta' gażżetti. Prinċipalment dan isir fuq bażi li kull Direttorat fil-Ministeru jkollu sett gażżetti għal matul il-ġranet tax-xogħol tal-ġimgħa sabiex kull membru tad-direttorat tal-Ministeru jżommu rwieħhom aġġornati f'dak li hu għaddej. Din il-prassi tintuża wkoll fl-Ambaxxati. Dan in vista wkoll tal-fatt li l-informazzjoni f'waqtha hija ta' importanza kbira għal ħidma tal-Ministeru.
L-ispiża totali, nkluż l-Ambaxxati, għall-2006, kienet ta' Lm 12,709.68.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2006 ma 'ngħata l-ebda direct order mill-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa totali fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, kienet tammonta għal Lm 5,879.65.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena informat li vettura tal-High Commissioner f'Londra hija mikrija b'rata ta' Lm 13.00 kulljum. Iċ-Ċilindrata hija ta' 3000 cc.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa ta' kull ambaxxata ta' Malta separatament, f'operational & maintenance expenditure matul is-sena 2006?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa ta' kull Ambaxxata ta' Malta separatament f'Operational & Maintenance Expenditure matul is-sena 2006 kienet kif ġej:
Ambaxxata
Nefqa
Ateni
Lm 28.110.60
Beijing
Lm 66,034.73
Berlin
Lm 24,310.63
Il-Kajr
Lm 33,123.86
Kanberra
Lm 44,301.99
Kopenhagen
Lm 54,114.44
Dublin
Lm 78,954.09
Rappreżentanza Permanenti UE u Brussel
Lm 280,811.12
Genevra
Lm 60,347.30
The Hague
Lm 88,056.89
Londra
Lm 246,559.05 *
Madrid
Lm 66,233.14
Moska
Lm 9,206.47 **
New York
Lm 42,587.87
Pariġi
Lm 120.569.70
Riyadh
Lm 47,367.53
Ruma
Lm 89,449.87
Strasbourg
Lm 21,392.84
Toronto
Lm 23,276.11
Tripli
Lm 16,575.29
Tuneż
Lm 33,152.37
Vienna
Lm 54,779.67
Washington
Lm 24,983.48
* Li minnu hemm kera ta' Lm189,673.91 li titħallas lill-Kumpannija ta' interessi tal-Gvern stess
** Ma tithallasx kera skond ftehim ta' reċiproċita.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq għamara u furnishings oħra matul is-sena 2006 għal kull residenza ta' ambaxxaturi ta' Malta separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa fuq għamara u furnishings matul l-2006 għar-residenzi ta' l-Ambaxxaturi ta' Malta kienet kif ġej:
Ambaxxata
Nefqa
Beijing
Lm 43.83
Kanberra
Lm 4,863.28
Kopenhagen (bdil ta' residenza b'kera aktar baxxa)
Lm 1,205.33
Rappreżentanza Permanenti EU
Lm 475.00
The Hague
Lm 1,710.97
Lisbona (ambaxxata ġdida)
Lm 12,437.00
Londra
Lm 155.73
New York
Lm 907.00
Ruma
Lm 135.50
Tripli
Lm 217.00
Tuniż
Lm 142.00
Washington
Lm 118.33
Il-bqija ta' l-Ambaxxati u Konsolati l-oħrajn
Lm 000.00