Is-Swieqi – Triq Sant Andrija u Triq il-Qasam – bus shelter
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li Transport Malta tistalla lura l-bus shelter fil-parti tat-Triq Sant Andrija ma' Triq il-Qasam fis-Swieqi, liema bus shelter inqala’ aktar minn seba' xhur ilu meta sar xogħol f'din it-triq u għadu ma ġiex stallat lura?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li Transport Malta ħarġet ‘Request for Proposals’ sabiex jiġu installati bus shelters ġodda f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, liema ‘Request for Proposals’ qiegħda fl-aħħar fażi tal-proċess ta’ aġġudikazzjoni. Ġaladarba dan il-proċess ikun konkluż, ikun jista’ jibda il-proċess ta’ twaħħil ta’ bus shelters fosthom dak ta’ Triq Sant’ Andrija ġewwa s-Swieqi.
Is-Swieqi, l-Imsida, il-Gżira, San Ġiljan u Tas-Sliema – car spaces għall-persuni li għandhom disabled badge
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm car spaces riservati għall-karozzi partikolari ta’ persuni li għandhom id-disabled badge f’Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira, l-Imsida u s-Swieqi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru car spaces riservati għall-karozzi partikolari ta’ persuni li għandhom id-disabled badge huma dawn:
· Sliema – 135
· San Ġiljan – 72
· Gżira – 71
· Msida – 43
· Swieqi – 22
Trasport Pubbliku – reserved seats għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jieħu d-deċiżjoni sabiex persuni b’diżabilità, li jużaw it-Trasport Pubbliku u li qed jilmentaw li mhux isibu post fejn joqogħdu bilqegħda li qed joħloq diffikultajiet kbar u inkonvenjenza lil dawn il-persuni li jkollhom ukoll il-badge li turi li huma persuni b’diżabilità, ikunu jistgħu jitqiesu wkoll bħala persuni li jkollhom priorità li jużaw Reserved Seats fuq il-vetturi tat-Trasport Pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix aktar x’inżid mat- tweġiba li kienet ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 31489.
Pjazza tal-Mosta – reserved parkings għal persuni li jkollhom bżonn jinqdew b’emerġenza fil-klinika
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex numru ta’ parking bays fil-parkeġġ tal-Pjazza tal-Mosta isiru bħala spazju riservat għal min irid juża l-klinika b’emerġenza sabiex b’hekk Transport Malta tkun qed toħloq spazju riservat għall-persuni li jkunu jridu jinqdew b’emerġenza fil-klinika tal-Gvern fil-pjazza ewlenija tal-Mosta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi klinika mhix eliġibbli għal Parkeġġ Riservat għall-persuni li jiġu biex jinqdew mill-klinika.
Jista’ l-Ministru permezz ta’ Transport Malta jieħu l-passi meħtieġa sabiex is-siġra li qed tikber f’nofs u fuq il-parti ta’ Triq il-Kostituzzjoni tiġi mneħħija għaliex minħabba l-għeruq ta’ din is-siġra li telgħu ‘l fuq fil-bankina, qed joħloq periklu għal bosta anzjani li jkunu qed jimxu fuq din il-bankina?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-post preċiż fejn tinstab din is-siġra.
Ħal Qormi — Triq u Sqaqien ta' Dun Marju - problema ta' għargħar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20936, jista’ l-Ministru jgħid xi żvilupp kien hemm fuq il-każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab informat li wara li sar studju u ttieħdu l-konsiderazzjonijiet kollha taż-żona ta’ Triq Dun Marju, jirriżulta li f’din it-triq m’hemmx problema ta’ għargħar. Minkejja dan, l-ilma tax-xita li jinżel bis-saħħa matul Triq Dan Marju joħloq inkonvenjent għal xi djar li hemm fi Triq Aloisio, faċċata ta’ Triq Dun Marju. Minħabba f’hekk, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura ser joħroġ sejħa għall-offerti biex isir culvert fil-parti t’ isfel ta’ Triq Dun Marju biex jittaffa dan l-inkonvenjent. Ma jirriżultax li hemm bżonn li dan il-culvert jibda minn Sqaq Numru 2.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi komposta l-Awtorità għat-Trasport skont l-Att dwar l-Awtorità għat-Trasport f’Malta? Jista’ jgħid kemm hemm membri fuq il-Bord li huma nisa u kemm minnhom huma persuni b’diżabilità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord huwa kompost skont l-Att dwar il-kompożizzjoni tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta. Fuq il-bord ta’ Transport Malta hemm tliet membri nisa, segretarja u persuna waħda b’diżabilità.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra f’liema stat u kundizzjoni tinsab il-parti inizjali ta’ Triq il-Kbira Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex ser isir xi xogħol fuqha tul din is-sena?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew stallati pelican lights f'Malta u f'Għawdex matul l-aħħar tnax-il xahar? Fejn ġew stallati, u min ħallas għall-istess stallazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar tnax-il xahar ġew stallati jew saru upgrades fuq 30 pedestrian crossing minn Transport Malta. Il-lista ta dawn il-crossings qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Staff klerikali – degree mill-Università
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u l-Entitajiet fi ħdanu m’humiex f’pożizzjoni li jagħtu d-dettalji mitluba. Dan minħabba l-fatt li l-impjegati in kwestjoni m’humiex obbligati li jinformaw lid-Dipartiment / Direttorat konċernat b’tali kwalifiki.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jiġi stallat bus shelter fit-triq tal-Irdum ta' Ħad-Dingli, biswit iż-żoni tal-Kappella tal-Madalena, liema żona tospita mijiet ta’ turisti u Maltin, li jużaw transport publiku, u jkunu esposti għall-elementi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qed tevalwa dan is-suġġeriment.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibdew jiġu aċċettati talbiet biex residenti jkollhom parkeġġ riservat għalihom fil-lokalità fejn joqogħdu? Liema lokalitajiet għandhom tali parkeġġi approvati minn Transport Malta (TM)? Meta hu mistenni li jkun hemm żieda f'dawn il-lokalitajiet b'tali parkeġġi riservat għar-residenti? Fil-każi fejn il-parkeġġi għar-residenti huma approvati, jista' jagħti tagħrif meta ġew approvati? Kemm kien hemm każi, u fejn kienu, jekk kien hemm, li Residents’ Parking Schemes li kienu diġà operattivi fil-fatt ħarġet ordni minn TM biex dawn l-istess skemi jitneħħew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta tgħaddi l-liġi jiġu proċessati tali talbiet sottomessi mill-Kunsill Lokali. Kien hemm żewġ talbiet li ma ġewx aċċettati. Dawn tressqu mill-Kunsilli lokali ta’ Tas-Sliema u l-Ħamrun.
Transport Malta — Parkeġġi li huma regolati bil-ħin
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hemm parkeġġi li huma regolati bil-ħin, u li huma approvati minn Transport Malta (TM)? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li fihom il-parkeġġi fl-istess inħawi huwa rregolat bil-ħin? Jista' jagħti d-dettalji ta' liema huma dawn il-postijiet triq triq, lokalità lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk TM għandhiex applikazzjonijiet pendenti għal tali parkeġġi bil-ħin? Jekk hemm, jista’ jgħid għal fejn huma dawn l-istess talbiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Avviżi Legali relatati mal-iskemi tal-Parkeġġ Kontrollat lokalità, b’lokalità.
Kien hemm 17-il applikazzjoni għal tali parkeġġi li huma pendenti.
Attachments:PQ31739 13MAR PAPERS LAID DOC 1.pdfPQ31739 13MAR PAPERS LAID DOC 2.pdfPQ31739 13MAR PAPERS LAID DOC 3.pdfPQ31739 13MAR PAPERS LAID DOC 4.pdf
Billi xi xhur ilu, f'risposta parlamentari kien ingħad li l-policy dwar il-parkeġġi kienet qed tiġi diskussa f'kumitat interministerjali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet dwar din il-policy? Meta saru l-aħħar laqgħat ta' dan l-istess kumitat u meta hu mistenni li jiġi ppubblikat ir-rapport dwar din l-istess policy?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet fuq din il-policy għadhom ma ġewx konklużi.
Transport Malta – policy aġġornata dwar l-ispeed cameras
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta fasslitx il-policy aġġornata taghha dwar l-ispeed cameras? Meta saru l-aħħar laqgħat dwar dan is-suġġett? Min ħa sehem fid-diskussjonijiet li kienu qed iseħħu dwar din il-policy, u meta hu mistenni li l-istess policy tiġi ppubblikata? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk, minkejja li l-policy konċernata għadha ma ġietx ippubblikata, fil-fatt kienx hemm każi fejn ġew stallati cameras? Jekk iva fejn ġew stallati u min approva l-istallazzjoni tagħhom? Liema policy ġiet applikata biex jiġu stallati dawn il-cameras?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi talbiet għal Speed Cameras jiġu pproċessati mill-LESA skont il-proċedura stabbilita’. Installazjonijiet isiru mill-LESA.
Transport Malta — Ittra mill-Government Property Division
Question
Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-ittra mibgħuta mill-Government Property Division lil Transport Malta li kopja tagħha qed tingħata separatament li tirrigwarda esproprjazzjoni ta' art għat-twaqqiegħ ta' triq fis-Siġġiewi qattx ġietx risposta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma sabet l-ebda record jew file fuq din l-esproprjazzjoni.
L-Imtarfa – Triq l-Imtarfa – dislivelli ta’ asfalt
Question
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex jiġu indirizzati dislivelli ta’ asfalt, fi Triq l-Imtarfa, ġewwa l-Imtarfa, għax qed iwasslu biex joqogħdu rqajja tal-ilma, li qed ikunu ta’ dannu għal għadd ta’ residenzi li qed jidħlilhom l-ilma fi djarhom?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sezzjoni tal-Kuntratti u Xiri fi ħdan id-Direttorat tal-Finance & Administration tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fl-2016, ħarġet 175 direct order li jammontaw għall-valur ta’ €1,465,771.91 (VAT eskluża).
Il-Grand Harbour Regeneration Corporation ħarġet 25 direct order li jammontaw għal €896,872.90 (VAT eskluża)
Fir-rigward ta’ Transport Malta, tlabt biex l-informazzjoni mitluba, tinġabar.
L-Onor. Interpellant għandu jkun informat li d-direct orders ingħataw skont ir-regolamenti ta’ procurement tal-Gvern.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol legali lill-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, fil-perjodu msemmi.
Jista’ l-Ministru jelenka fiex waslu l-preparamenti fuq ix-xogħlijiet tal-Villaġġ tal-Karnival?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex fejn jirrigwarda l-proġett tal-Villaġġ tal-Karnival jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Fil-frattemp, biex ikun jista’ jinbeda l-imsemmi proġett, saru xogħlijiet fil-Garaxx tal-Gvern fil-Marsa biex temporanjament jakkomodaw il-workshops li riedu jiġu zgumbrati biex jinbeda ix-xogħol ta’ twaqqiegħ fejn ser jinbena l-Vilaġġ tal-Karnival. Inħarġet ukoll tender biex jinbnew faċilitajiet ġodda għall-mastrudaxxi u ħaddieda f’sit f’Kordin. Din it-tender bħalissa tinsab fl-istadju ta’ evalwazjoni.