Jista' il-Ministru jindaga jekk tistax tingħata wiċċ xieraq Triq il-Lampuka, f'Wied il-Għajn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita` isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jgħid ta' min se tkun id-deċiżjoni dwar liema toroq jiġu re-surfaced f'dawk il-ħames lokalitajiet li ngħataw somma mill-gvern fuq perjodu ta' tliet snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-ftehim imsemmi mill-Onor. Interpellant, l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsilli Lokali stabilixxew flimkien it-toroq li huma prijorita fil-lokalita sabiex dawn isiru taħt dan il-ftehim.
Fil-waqt li 15 il-kunsill ilhom mis-sena l-oħra li ffirmaw dan il-ftehim, fil-bidu ta' din is-sena kien hemm 5 kunsilli oħra li ssieħbu huma wkoll f'dan il-ftehim.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3757 u cioe' jista', permezz tad-dipartiment tat-toroq, jispjega għaliex Triq il-Ħerba, fiż-Żejtun f'dawn l-aħħar xhur inqalgħet biex jitħaffru trinek għad-dawl u wara reġgħet inqalgħet biex isiru trinek għall-ilma?
Veru li din it-triq issa se terġa' tinqala' mill-ġdid biex isiru trinek oħra , aktarx tat-telefon?
Kemm-il darba nqalgħet din it-triq f'din l-aħħar sena u min ħallas għal kull biċċa xogħol?
Jista' ġentilment jirrispondi għal kull mistoqsija separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Korporazzjoni ta' l-Ilma għamlet diversi xogħlijiet fi Triq il-Ħerba u l-Isqaqin ta' madwara biex jinbidlu xi house services għad-djar, liema xogħol sar u kien iffinanzjat mill-istess Koporazzjoni ta'l-Ilma.
Fil-preżent hemm applikazzjoni sabiex isir xogħol estensiv ta' tqegħid ta' cables ta' l-Enemalta f'bosta toroq fiż-Żejtun inkonnessjoni ma' titjib estensiv tas-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-eletriku fiż-Żejtun.
Għal aktar dettal l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament?
Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?
Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu l-pelican lights issa li l-arbli għall-istess lights ilhom li twaħħlu aktar minn xahrejn fi Triq S. Tereża Bormla?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-pelican lights fi Triq imsemmija mill-Onor. Interpellant mistennija titwaħħal il-ġimgħa d-dieħla.
Jista' il-Ministru jara li jingħata wiċċ xieraq lit-toroq fl-area magħrufa bħala l-Mandraġġ fil-Bigu, peress li qed toħloq inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fl-akwati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt lill-Awtorita' dwar it-Trasport tinvestiga l-ilment ta' l-Onor. Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3714, it-testijiet in kwestjoni huma dawk in konnessjoni mas-sewqan ta' vetturi bil-mutur ta' kull kategorija (A, A+, B, B+E, C, C+E, D, D+E, F u G) u sub kategorija (A1, B1, C1, C1 +E, D1 u D1+E) u għaldaqstant jista' il-Ministru jgħid għaliex l-Għawdxin iridu jitilgħu Malta biex jagħmlu dawn it-testijiet? Jista' jara kif dawn it-testijiet jibdew isiru f'Għawdex?
Jista' il-Ministru jagħmel pjan ta' kif matul is-sena 2004 se jagħmel it-toroq ta' dawk ir-residenti li ilhom għal aktar minn ħames snin residenti fihom, liema toroq għadhom fl-istat primittiv ta' tajn u ġrieden?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tħejji programm għal xogħol f'toroq madwar il-pajjiż kollu u x-xogħol fihom isir skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat. Hu mistenni li matul is-snin li ġejjin parti sew mit-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ikunu saru, bħalma saru mijiet ta' toroq oħra matul il-ħames snin li għaddew.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema sitwazzjoni se titħalla Triq l-Imdina fin-Naxxar meta din it-triq tinsab litteralment f'sitwazzjoni diżastruża, fejn jidher li t-tkissir tat-triq żdied minn xi xhur 'il hawn? Jidhirlu li din it-triq prinċipali għandha tiġi rranġata mill-aktar fis possibbli biex tibda tintuża mir-residenti li ilhom imċaħħdin mill-użu sew tagħha issa għal xhur sħaħ?
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-white paper dwar land transport li ġiet imnedija mill-ADT?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-white paper dwar land transport għadha qed tiġi diskussa nternament. Naturalment din tkun tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra meta tkun ippubblikata.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istandards and guidelines (including specifications) for road construction works, design details for road construction, guidelines for the standard presentation of design documents and road geometry standards?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport qegħda fil-proċess li tagħmel dawn l-istandards fuq CD li kopja tagħha titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra aktar 'l quddiem.
Jista' il-Ministru jistqarr kif toroq residenzjali se jibqgħu maqlugħa fl-istat l-akar primittiv, filwaqt li se jinqalgħu arterji prinċipali sabiex ikollhom dehra aħjar bl-għajnuna tal-protokoll Malta-Italja?
Jista’ il-Ministru jara x’inhi l-problema sabiex issir il-kumplament ta’ Triq il-Fieres fiż-Żejtun minħabba li hemm partijiet minnha li diġa` saru bit-tarmac u parti żgħira għadha ma saritx?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi x-xogħol fl-aħħar parti ta' din it-triq beda f'Diċembru u bħalissa jinsab għaddej sabiex it-triq tkun tista' tinfetaħ.
Guidelines for the implementation of traffic management
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-guidelines for the implementation of traffic management and safety measures and temporary diversion of traffic?
Response (GALEA, ĊENSU)
Kopja tad-Dokument mitlub jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta jkun finalizzat u jkun approvat formalment, mill-Gvern.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta' car parking sites approvati u liċenzjati mill-ADT? Hemm xi ħsieb li ssir xi tip ta' regolamentazzjoni tal-car parks privati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-car parking sites approvati sal-lum.
Id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku m'għandu l-ebda ħsieb għal regolamentazzjoni ta' car parks privati għax dawn ma jaqgħux taħt id-dikasteru ta' l-Awtorita` dwar it-Trasport ta' Malta.
Awtorita' tat-trasport — Ħaddiema li applikaw għall-posting
Question
Jista' il-Ministr jispjega kif ħaddiema fl-awtorita' tat-trasport kienu applikaw għall-posting, isirilhom interview u fl-istess ġurnata saħansitra 45 minuta wara jirċievu d-dar bil-posta normali, li m'għaddewx mill-interview? Jista' jispjega x'passi ħa f'dan il-konfront u kif ġew rikumpensati dawn il-ħaddiema li jinsabu jaħdmu fi ħdan l-awtorita' tat-trasport?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt lill-Awtorita` dwar it-Trasport biex tinvestiga l-każ.
Jista' il-Ministru jispjega kif jaġixxi l-management ta' l-awtorita' tat-trasport mal-ħaddiema tagħha, meta ċerti ħaddiema jagħmlu rapport tad-dixxiplina fuq ħaddiema oħra li jkunu naqsu minn dmirijiethom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-management ta' l-Awtorita` dwar it-Trasport jimxi mal-proċeduri kif stipulati fil-ftehim kollettiv.