Legislature:
Category:
Reset
Active:

Membri parlamentari — Biljetti ta' l-ajru

Question

La fil-media u fora oħra hemm mistoqsijiet fuq kemm għandu membru bħali, titjiriet b'xejn, jista' il-Ministru jikkonferma kemm għandu biljetti b'xejn fis-sena (eskluż xogħol parlamentari) membru parlamentari? Fuq ir-rotot ta liema linja ta' l-ajru jingħataw dawn il-biljetti? Kemm jitħallsu taxxi ta' l-ajruport mill-membru u kemm jitnaqqaslu taxxa minn kull biljett?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li kull Membru Parlamentari huwa ntitolat kull sena għal 4 biljetti economy class b'xejn mill-Air Malta. Dawn jistgħu jiġu wżati fuq ir-rotot kollha fejn topera l-Air Malta ħlief għal Moska u St. Petersburg. Kull Membru Parlamentari iżda jkun irid iħallas minn butu t-taxxi kollha ta' l-Ajruport u anke Lm4.00 'security tax'. L-Air Malta tibgħat 'FSS return' lill l-Iskrivan tal-Kamra biex tinfurmah b'min ikun ibbenifika minn din il-konċessjoni.

Gozo Channel — Ħaddiema

Question

Peress illi l-ħaddiema tal-Gozo Ghannel, sepċjalment dawk li jaħdmu fl-art huma esposti ħafna għax-xemx, jista' il-Ministru jara li jiġi fornut sunblock ta' SPF ogħla minn dak li ġie fornut ta' SPF 20?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat illi minn stħarriġ li l-GCCL għamlet ma Dermatoloġista, ġie spjegat li sunblock 'l fuq minn SPF15 huwa kollu tajjeb għax dan jirreferi għall-qawwa tax-xemx. Pero huwa mportanti li l-ħaddiema jridu jindilku nofs siegħa qabel ma jiġu esposti għax-xemx u kull meta jħossu l-bżonn huma. Għaldaqstant, il-Kumpanija Gozo Channel ma tħossx li hu neċessarju li jingħata sunblock b'SPF ogħla minn dak li diġa qiegħed jiġi pprovdut lilhom.

Għawdex — Nadur - Triq il-Qala - problemi ta' drenaġġ

Question

Peress illi r-residenti ta' Triq il-Qala, fin-Nadur Għawdex qed jilmentaw minħabba problemi ta' drenaġġ in konsegwenza ta' xogħlijiet f'residenza privata li affettwaw is-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Qala, tant li meta tkun ix-xita jfur id-drenaġġ minn ġol-gandott u jidħol fid-djar, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ma jidhirx li kien hemm rapporti ta' sbroff ta'drenaġġ fi Triq il-Qala Nadur. Jekk l-Onorevoli Interpellant jogħġobha tgħaddi aktar dettalji anki privatament dwar ix-xogħol privat imsemmi fil-mistoqsija, il-Korporazzjoni tkun tista' tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha.

Tarzna — Baċir nru. 1

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar: a) meta ntuża l-aħħar il-Baċir nru. 1; b) meta ntuża l-aħħar il-moll ta' madwaru; c) meta ntużaw l-aħħar l-imħażen li hemm fuq il-moll; u d) x'sar fattwalment minn dak iż-żmien sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-Bacir Nru. 1 u l-moll l-aħħar li ntużaw kien fl-2001. Ħafna mill-imħażen ta' madwar il-Bacir ġew imnadfa iżda tnejn minnhom fihom xi materjal bla uża li ser jitneħħa. Qed jiġu diskussi bejn il-MEPA u l-Gvern diversi skemi ta' użu li jista' jsir mill-Bacir u l-moll imma jidher li għadha ma itteħditx decizjoni finali. Il-proġett kollu issa waqa' taħt il-Ministeru responsabbli għall-iżvilupp urban.

Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5658 u cioe' jista' jagħti l-lista ta' 15-il kuntrattur Taljani li wrew interess fil-bini ta' l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ bil-fondi tal-protokoll Taljan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li qed tingħata għall-P.Q. 5658.

Freeport — Art għall-użu ta' ħażna ta' pajpijiet

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5722 fejn intqal li biċċa art kbira fil-Freeport ingħatat b'kera lil Carmelo Caruana Freeport Operations Ltd., jista' il-Ministru jgħid jekk dan sarx b'mod dirett jew wara sejħa għall-offerti? F'każ li saret sejħa għall-offerti, jista' jpoġġi kopja ta' din is-sejħa fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

L-art ingħatat b'kera lil Carmelo Caruana Freeport Operations Limited għal perjodu determinat u għal proġett speċifiku wara li l-istess kumpanija rebħet kuntratt minn grupp internazzjonali fil-qasam taż-żejt. Il-kuntratt jinvolvi 't-transhipment' ta' materjal konness mal-esplorazzjoni taż-żejt illi minħabba l-kobor tiegħu ma jistax jiddaħħal fil-'warehouses' li hemm il-Freeport. Mhux normali li f'każi bħal dawn issir sejħa għall-offerti

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Infiq ta' flus fuq kiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq kiri ta' karozzi mill-ministeru tiegħu, mid-dipartimenti u mill-entitajiet pubbliċi li huwa responsabbli għalihom u li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fis-snin 2002, 2003 u 2004 s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Familja minn Ħal Luqa — Kont għoli

Question

Jista' il-Ministru jara li l-kont ta' familja minn Ħal Luqa li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament jiġi ċċekkjat sewwa minħabba li huma qed jallegaw li qed jiġi għoli ħafna u jħossu li l-ilment tagħhom ma l-awtoritajiet qed jiġu injorati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li mhux minnu li l-ilment tal-konsumatur imsemmi kien injorat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma. Fuq talba tal-konsumatur, il-meter ta' l-ilma inbidel u rriżulta li dan ma kienx difettuż. F'Novembru 2003, il-Korporazzjoni kienet bagħtet tekniku jinvestiga dan l-ilment wara li l-konsumatur baqa' jinsisti permezz ta' l-avukat tiegħu li l-meter ta' l-ilma tiegħu kien difettuż. Irriżulta li l-konsumatur imsemmi kellu flushing difettuż fis-sistema interna tiegħu u dan kien qed ifur kontinwament għal ġol-WC. Fl-1 ta' Dicembru 2003, ic-Chairman ta' l-KSI kiteb lill-Avukat ta' dan il-konsumatur u nformah b'dak li kien irriżulta u li għaldaqstant il-konsum ta' l-ilma għoli rreġistrat kien responsabbli għalih il-konsumatur innifsu. Ma jidhirx li kien hemm xi problemi fil-kont ta' l-elettriku.

Air Malta — Surcharge fuq biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5716 u cioe', billi ċerti linji ta' l-ajru bħall-British Airways u l-Qantas mistennija flimkien ma' linji ta' l-ajru oħrajn jintroduċu surcharge fuq il-biljetti ħalli jgħaddu ż-żieda fil-fuel cost lill-passiġġieri, jista' il-Ministru jgħid jekk l-Air Malta hijiex qed tikkonsidra xi passi simili?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Air Malta qed tevalwa s-sitwazzjoni kemm ekonomika u anke mill-lat kompetittiv u mistennija tittieħed deciżjoni dalwaqt.

Vapuri tal-Gozo Channel — Ġarr ta' skart

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5459 u r-risposta relattiva, peress li minkejja d-diversi kondizzjonijiet li qed jiġu mposti dwar il-ġarr ta' skart fuq il-vapuri tal-Gozo Channel qed ikun hemm riħa insapportabbli, ma jaħsibx il-Ministru li l-iskart għandu jinġarr separatament minn mal-passiġġieri li apparti l-inkonvenjent ta' riħa tinten huwa wkoll degradanti li tivjaġġa ma' l-iskart?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li billi l-vetturi li jġorru l-iskart jinħaslu u jiġu ssiġillati qabel it-tluq mill-impjant, ir-riħa li toħroġ mill-iskart hija minima. Għalhekk mhuwiex ġustifikat li l-iskart jinġarr separatament, sakemm ir-regolamenti u kondizzjonijiet stabiliti mill-Kumpannija Gozo Channel jiġu osservati.

Vapuri tal-Gozo Channel — Ġarr ta' bhejjem

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamnetari 5481 u r-risposta relattiva, jista' il-Ministru jgħid jekk il-bhejjem hux se jinġarru mal-passiġġieri u ma liema traġitt se jinġarru kif ukoll il-frekwenza ta' meta jinġarru l-bhejjem?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ser isir vjaġġ apposta għaċ-Ċirkewwa biex jinġarru l-bhejjem li ser jittieħdu l-biċċerija ta' Malta. Dan il-vjaġġ ser isir kull nhar ta' Ħamis (jew ġurnata oħra kif ikun miftiehem) fl-4.30 ta' fil-għodu.

Vapuri tal-Gozo Channel — Ħaddiema tal-kafetterija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5471 u r-risposta relattiva, ma jaħsibx il-Ministru li għandu jiġi ċċarat u kkonfermat jekk f'Ottubru hux se jiġi tterminat l-impjieg tal-ħaddiema tal-kafetterija? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-ħaddiema għandhom dritt ikunu jafu l-pożizzjoni tagħhom x'inhi minn issa, jiġifieri hux se jiġu mkeċċija jew le, u mhux jiġu nformati f'Ottubru wara li jkun għadda s-sajf meta jkun hemm l-ikbar ammont ta' xogħol matul is-sena u wara li dawn il-ħaddiema jagħmlu dak ix-xogħol kollu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li billi n-nies li jaħdmu fil-Kafeteriji ta' fuq il-vapuri tal-Kumpannija Gozo Channel mhumiex impjegati tagħha, il-Kumpanija mhix f'pożizzjoni tgħid jekk l-impieg ta' dawn il-ħaddiema huwiex ser jiġi tterminat jew le.

Freeport — Art li qed tintuża għal ħażna ta' pajpijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid lil min u kemm hu l-valur tal-kirja ta' l-art li saret mill-Freeport għall-ħażna ta' pajpijiet li qegħdin jintużaw għal pipeline tal-gass lejn l-Italja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kirja ta' l-art imsemmija fil-mistoqsija parlamentari ingħatat lill-"Carmelo Caruana Freeport Operations Ltd" b'rata kummercjali. Peress illi l-informazzjoni l-oħra mitluba hija ta' natura kummercjali ma' tistax tingħata.

Gozo Channel — Cargo - Sa Maison

Question

Jista’ il-Ministru jikkonsidra li il-Gozo Channel ma tkompliex tgħabbi l-"cargo" minn Sa Maison izda dan ix-xogħol jibda jsir billi vapuri tal-Gozo Channel jorbtu viċin Ras Ħanzir jew minn post ieħor fil-Port il-Kbir?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kumpannija Gozo Channel investit billi rranġat il-moll ta' Sa Maison kif ukoll xtrat weighbridge biex tassigura li ma jsirx ħsara fuq il-vapuri tagħha. Id-dħul u ħruġ mill-port ta' Sa Maison huwa aktar effiicjenti minħabba li l-vapuri ġieli jkollhom jistennew wara vapuri oħrajn jekk topera mill-Port il-Kbir. Il-postijiet minn fejn tista' topera ġewwa l-Port huma limitati, u, jekk topera minhemm, iżid il-volum tat-traffiku lejn il-Belt Valletta. Ir-rotta tal-cargo ser tiġi liberalizzata, u għalhekk m'huwiex vjabbli għall-raġunijiet imsemmija hawn fuq li l-Kumpannija tbiddel il-lok minn fejn tagħmel il-vjaġġi tal-cargo.

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' office equipments

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għall-kiri ta' photocopiers u other office equipmentsmatul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? Kemm kienet iċ-ċifra in kwestjoni għall-perjodu tas-sena 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Air Malta — CEO

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-salarju u l-benefiċċji tac-CEO ta' l-Air Malta humiex tax free? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-liabilities li tħallas l-Air Malta f'taxxi għall-kondizzjonijiet ta' tax free lic-CEO tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.