Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38515 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kottonera — Dawl fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser tinxtgħel id-daħla għall-Kottonera peress li ilha mitfija xhur sħaħ? Jaqbel il-Ministru li d-daħla prinċipali għat-tlett ibliet ma' għandhiex tkun fi dlam ċappa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nassigura lill-Onorevoli Membru, li kuntrarjament għal dak li kienet tagħmel l-amministrazzjoni laburista, hija l-politika dikjarata tal-Gvern preżenti li kemm jista' jkun idawwal il-pajjiż.

Esportazzjoni — Kummerċ ħieles

Question

Kemm esporta pajjiżna lejn il-pajjiżi li l-UE għandha żona ta' kummerċ ħieles magħhom, pajjiż, pajjiż/settur, settur/ prodott, prodott matul l-2002?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #38556 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tinvestiga l-każ tal-familja li d-dettalji tagħha qed nehmeż under separate cover għax din il-familja ilha snin twal tilmenta li l-ilma jinqata' kważi għal kollox kuljum mill-11 pm sas-6 am? X'inhi r-raġuni li minkejja diversi ilmenti u korrispondenza, din il-problema ma ġietx solvuta? Għaliex din il-familja jkollha ta' spiss pressa baxxa? Possibbli dawn l-ilmenti jiġu investigati bis-serjeta`?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #38237 Sitting 867 2003-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kwoti fuq laħam taċ-ċanga

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga tal-friża? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Leg 9 PQ #38238 Sitting 867 2003-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam tal-ħaruf

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni tal-laħam tal-ħaruf? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Leg 9 PQ #38239 Sitting 867 2003-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kwoti fuq l-importazzjoni tal-laħam abjad

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni tal-laħam abjad? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Leg 9 PQ #38240 Sitting 867 2003-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' l-ikel proċessat

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni ta' l-ikel proċessat? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Leg 9 PQ #38241 Sitting 867 2003-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni tal-butir

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni tal-butir? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Leg 9 PQ #38242 Sitting 867 2003-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuql-importazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Leg 9 PQ #38236 Sitting 866 2003-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni taz-Zokkor

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni taz-Zokkor? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li hekk kif Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, f'pajjiżna jibdew jiġu applikati l-istess tariffi applikati mill-Unjoni Ewropea. Dawn it-tariffi ivarjaw mhux biss skond il-prodott partikulari iżda wkoll skond il-pajjiż minn fejn ikun qed jiġi mpurtat. Għalhekk, wieħed ma jistax jispeċifika tariffa waħda. Fil-fatt jeżistu diversi tariffi, jiddependi mill-pajjiż minn fejn joriġina l-prodott. L-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma' l-fuq minn mitt pajjiż. Xi uħud minn dawn il-ftehim huma fuq bażi reċiproka waqt li oħrajn huma fuq bażi mhux reċiproka. B'riżultat ta' dawn il-ftehim, pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea jista' jimporta minn dawn il-pajjiżi mingħajr tariffi jew b'tariffi mnaqqsa. Il-pajjiżi li magħhom l-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles reċiproku huma: Svizzera (EFTA) Polonja, Rumanija, Repubblika Ċeka, Slovakkja, Ungerija, Bulgarija, Latvia, Estonia, Lithuania u Slovenja (pajjiżi ta' l-Ewropa tan-Nofs u tal-Lvant li kollha huma kandidati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea) Alġerija, Marokk, Tuneżija, Eġittu, Israel, Libanu Ġordan, Awtorita' Palestinjana, Sirja, Ċipru, Turkija (pajjiżi ta' l-Euromed). Il-ftehim mas-Sirja mistenni jkun finalizzat fil-bidu ta' din is-sena Messiku, l-Afrika t'Isfel, Ċili u Kroazja Arġentina, Brażil, Paragwaj u Urugwaj (pajjiżi tal-Mercosur li d-diskussjonijiet għal ftehim ta' kummerċ ħieles jinsabu fi stadju avvanzat.) L-Unjoni Ewropea tinsab f'negozjati avvanzati għal ftehim ta' kummerċ ħieles mas-Saudi Arabja, Kuwajt, Bahrain, Qatar, Emirati Għarab Magħquda u Oman li jiffurmaw parti mill-Gulf Cooperation Council. L-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles mhux reċiproku ma' 142 pajjiż li qed jiżviluppaw (il-GSP), 48 pajjiż li jiffurmaw parti mill-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku llum magħrufa bħala Cotonou Agreements (qabel Lome') u 49 pajjiż sotto-żviluppat (Everything but Arms).
Leg 9 PQ #38207 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq Napuljun Caruana Dingli

Question

Jista' il-Ministru jaġġornani għal mistoqsija parlamentari numru 37599 u cioe' , jista' l-Ministru ġentilment jara li x-xogħlijiet isiru sa l-aħħar tas-sena minħabba li x-xogħol ilu pendenti s-snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tneħħija tal-linji ta' l-Enemalta diġa' sar iżda għad fadal it-tneħħija tal-brackets, li jkunu jistgħu jitneħħew meta tal-Cable TV ineħħu l-linji tagħhom.
Leg 9 PQ #38364 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsaskala — Bozoz fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li jsiru aktar bozoz fi Triq it-Tiben ġewwa Marsaskala minħabba li fil-preżent hemm bozza waħda biss li tinsab f'tarf l-istess triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #38365 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsaskala — Bozoz fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq iċ-Ċervjola ġewwa Marsaskala kantuniera ma' Triq it-Tiben, minħabba li dik li kien hemm qabel tneħħiet minħabba li kienet ta' periklu minħabba l-arblu li kienet imwaħħla miegħu u ma twaħħlitx oħra minfloka?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minflok il-bozza li kienet tneħħiet twaħħlet waħda ġdida ma' bini fil-qrib u jirriżulta li hemm dawl adekwat.
Leg 9 PQ #38336 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir numru 1 — Vapuri għat-tiswija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta daħal l-aħħar vapur għat-tiswija fil-baċir numru 1? Issa li għadda dan iż-żmien kollu, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet konkreti għall dan il-baċir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-aħħar vapur li daħal fil-baċir numru wieħed kien madwar sena ilu. Tajjeb jingħad li dan il-baċir għandu limitazzjonijiet kbar għat-tiswija tal-vapuri. Huwa ttamat li fi żmien mhux il-bogħod wisq, l-Awtorita' Maltija ta' l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ outline development plan.
Leg 9 PQ #38421 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu u fis-Segretarjati Parlamentari? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija numru 38415 dwar l-istess materja.
Leg 9 PQ #38327 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm numru ta' ħaddiema barranin jaħdmu fit-tarzna ta' Bormla? Kemm hemm minnhom u minn liema pajjiż ġejjin? X'inhi r-raġuni li dawn inġabu jaħdmu hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li minn żmien għal żmien, it-Tarzna jkollha bżonn iġġib gruppi żgħar ta' ħaddiema barranin għal ftit ġranet biex tkun tista' tlaħħaq ma' xogħol urġenti li jkun hemm fl-azjenda fl-istess ħin. Din il-prattika ilha tiġi użata għal diversi snin inkluż fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista. Dawn il-ħaddiema jiġu minn diversi pajjiżi u t-Tarzna tinforma lill-General Workers' Union b'dawn l-arranġamenti.
Leg 9 PQ #38328 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Bozoz maqtugħin

Question

Jista' il-Ministru jara li jissewwew numru ta' bozoz li hemm maqtugħin fi Triq C. Busuttil Fgura, u x'inhi r-raġuni li qed idumu ma jissewwew?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #38330 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla/tarzna — Sezzjoni ta' tindif

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tħalla jidħol kuntrattur jaħdem xogħol fit-tarzna ta' Bormla, xogħol li qabel kienu jagħmluh ħaddiema tat-tarzna sezzjoni tat-tindif?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fit-Tarzna jidħlu għadd ta' kuntratturi biex jagħmlu xogħol għal sidien ta' vapuri. Meta x-xogħol mitlub mis-sidien ikun jista' jsir mill-ħaddiema tat-Tarzna, dan isir minnhom u mhux minn ħaddiema oħra.
Leg 9 PQ #38331 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Bozoz maqtugħa

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġu rranġati l-bozoz maqtugħa li hemm fi Triq Valpenza Fgura? X'inhi r-raġuni li ilhom daqshekk maqtugħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #38332 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq San Tumas/Bozoz maqtugħa

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġu rranġati numru ta' bozoz illi hemm maqtugħa fi Triq San Tumas Fgura u għaliex ilhom daqshekk maqtugħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.