Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Repair and upkeep
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informozzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Kif ġie referit, il-Malta Football Association se żżid il-prezzijiet tad-dħul għal-logħbiet tal-League Malti mill-1 ta' Jannar u dan bla ebda raġuni valida, jista' l-Ministru jivverifika dan? Jista' jgħid jekk l-MFA talbitx permess u jekk dan ġiex aċċettat? Jekk le, jista' jwaqqaf tali żieda fil-prezz?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-deletion certificate Libjana tal-bastiment imsejjaħ Ta' Mattew, numru tal-liċenzja MFA 515, qabel denominat NAWRAS, u li kien reġistrat il-Libja? Japprezza li fuq ir-reġistrazzjoni ta' dan il-vapur ma' l-Awtorita' Marittima Maltija saru bosta allegazzjonijiet serji li jikkonċernaw il-ġenwinita' o meno ta' dan iċ-ċertifikat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma jirriżulta l-ebda dubju dwar il-ġenwita taċ-ċertifikat imsemmi. M'għandix dubju li l-Onor. Interpellant japprezza li mhux prattiku li ċertifikat bħal dan jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Fl-istess waqt nistieden lil Onor. Interpellant biex jekk għandu xi nformazzjoni differenti minn din, jghaddiha biex tigi nvestigata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-bżonnijiet biex wieħed (persuna) jkun jista' jbiegħ l-ilma? Hemm bżonn ta' permess? Minn fejn jinġieb il-permess?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Membru jkun aktar speċifiku bħal per eżempju ilma għax-xorb, fil-fliexken, ilma tal-vit, ilma għat-tisqija, ilma għas-swimming pools etc. Hemm numru ta' Awtoritajiet li jirregolaw dawn l-attivitajiet għalhekk f'dan l-istadju ma tistax tingħata resposta korretta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27592 fejn ir-risposta kienet li trid titħallas liċenzja għal kull televiżjoni f'kamra tal-anzjani, jista' l-Ministru jgħid allura x'jiġri fil-każ ta' lukandi meta kull kamra tkun attrezzata b'sett tat-televiżjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li set tat-televiżjoni, proprjeta ta’ u reġistrat fuq lukanda, li jkun lokat ġo kamra ta’l-irqad tal- lukanda jħallas ir-rata ta Lm3 fis-sena. Kull sett ieħor fi kwalunkwe parti oħra tal-lukanda barra l-kmamar iħallas rata normali. Jiġifieri Lm15 għal-wieħed, Lm24 minn tnjen sa erbgħa, u wara Lm24 għal kull erbgħa jew parti minn erbgħa settijiet oħra.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26781 dwar l-opinjoni motivata ta' l-UE għar-rigward tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jgħidli xi żviluppi kien hemm dwar dan il-każ f'dawn l-aħħar tliet xhur?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda żviluppi dwar dan il-Każ f'dawn l-aħħar tliet xhur.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Apparat energy saving
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma saret l-ebda nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 minn dan il-Ministeru u d-dekasteru u enti li jaqgħu taħtu.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?
Peress li fil-homes għall-anzjani li huma private public partnership, ikun hemm ħafna residenti li jkollhom televiżjoni privat fil-kamra tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dawn iridu jħallsu l-liċenzja kollha kemm huma, meta fir-residenza titħallas liċenzja sa massimu ta' tnejn? Jista' jara li ssir xi ħaġa biex din l-anomalija titneħħa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ħafna anzjani fi kwalunkwe istituzzjoni jippreferu li jkollhom is-set tat-televiżjoni reġistrat fuqhom, forsi għaliex iridu l-użu esklussiv tiegħu, speċjalment dawk li jkunu fil-kamra privata tagħhom.
Altrimenti dawn l-anzjani jistgħu jagħmlu użu mis-settijiet ta' l-istituzzjoni fejn is-set ikun reġistrat fuq l-istituzzjoni u għalhekk jintużaw fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni kkonċernata.
M’hawn l-ebda residenza, la privata, la private public partnership u lanqas pubblika fejn titħallas liċenzja sa massimu ta’ żewg settijiet. Ir-rati huma l-istess għall-kwalunkwe residenza jiġġifieri Lm15 għall-wieħed, Lm 24 min tnejn sa erbgħa, u wara Lm24 għall kull erbgħa jew parti min erbgħa settijiet oħra.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bejn Jannar u Marzu 2007 kien hemm uffiċjal wieħed biss fi skala 4 li ma kompliex fil-kariga tiegħu. Dan kien ic-Chief Executive Officer tal-Malta Standards Authority li rtira minħabba l-eta'. Din il-pożizzjoni reġgħet inliet aktar tard matul din is-sena.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed isir użu minn bozoz energy savers minn dawn l-entitajiet kif ġej:
Malta Standards Authority 10%
Malta Maritime Authority 90%
Malta Communications Authority 65%
kif ukoll 50% mill-bozoz li jexegħlu l-kuriduri tad-Diviżjoni tal-Kummerċ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fatt li għadd ta' skejjel f'Malta, jimponu fuq il-ġenituri ta' l-istudenti tagħhom li jixtru uniformijiet, basktijiet u stationery minn ċerti ħwienet identifikati, qatt ġiex mistħarreġ bħala monopolju u għaldaqstant li jmur kontra l-kompetizzjoni ġusta u wkoll jagħmel ħsara diretta lil ħwienet żgħar, liema ħwienet ħafna drabi huma mmexxija minn self-employed żgħar, u li ħobżhom ikunu qed jiġu mhedda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li monopolju jkun hemm meta fis-suq ikollok intrapriża waħda fejn qed tipprovdi prodott jew servizz. F'dan il-qasam, li semmiet l-Onorevoli Interpellanta għandek diversi ntrapriżi fis-suq. Li jmur kontra l-kompetizzjoni huma dawk l-akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi, kif speċifikat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, bejn numru ta' intrapriżi li jsiru bil-ħsieb jew li jkollhom l-effett li jrażżnu jew jimpedixxu il-kompetizzjoni f'Malta.
Fil-passat l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta kien investiga diversi lmenti li kien irċieva fir-rigward ta' uniformijiet. F'din iċ-ċirkustanza, kemm l-Uffiċċju u kemm il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust kienu qablu li ma kienx hemm ksur ta' l-Att tal-Kompetizzjoni.
Sussegwentament, l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta xorta ħass li kellu joħroġ u fil-fatt hekk kien għamel, għadd ta' linji gwida lil iskejjel intiżi bħala suġġeriment tiegħu sabiex ikun hemm aktar trasparenza fil-proċess u tiżdied il-kompetizzjoni fis-suq.