B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31669, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li tul din is-sena jiżdiedu l-Iskrivani tal-Parole?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li qed tkun studjatha l-possibilità ta’ żieda
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie trattat mill-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap 516 tal-Liġijiet ta’ Malta tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul l-2016 il-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi tratta 121 każ, minn dawn kien hemm 71 każ fejn ġew miċħuda perjodi tat-tnaqqis tas-sentenza, filwaqt illi f’50 każ ieħor ingħata t-tnaqqis mis-sentenza.
logħob tan-nar — ħażna illegali ta' splussiv u materjal ieħor - rapporti lill-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-pulizija dwar ħażna illegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar, sena b'sena, mill-2008 sal-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
logħob tan-nar — ħażna ta' splussiv u materjal ieħor - persuni li tressqu l-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati b'ħażna llegali ta' splussiv u materjal ieħor li jintuża fil-logħob tan-nar sena b'sena mill-2008 sal-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Soċjali — każijiet ta' inġustizzja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ inġustizzja ġie ttrattat, solvut, investigat u deċiż minn xi entità li taqa’ taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord jew entità li trattat tali każijiet ta’ inġustizzja? Jista’ jelenka (mingħajr ismijiet) l-ammont ta’ flus ordnati li għandhom jitħallsu (jew li diġà tħallas) u/jew xi rimedju ieħor ordnat/mogħti fl-ewwel 12-il każ biss għal kull entità/Bord fil-Ministeru tiegħu li qed jinvestiga l-inġustizzji?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uniku entitá li taqa' fi ħdan dan il-Ministeru ma trattat l-ebda każ ta’ inġustizzja.
Korp tal-Pulizija – branki fejn m’hemmx pulizija ta’ sess femminili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-branki fil-Korp tal-Pulizija fejn m’hemmx membri tal-Korp tal-Pulizija li huma ta’ sess femminili?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-branki fil-Korp li preżentament ma jaħdmux Pulizija nisa huma kif ġej;
· Garaxx tal-Pulizija (xufiera)
· Taqsima taż-Żwiemel
·
Seaport Port Control
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30663 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-Għassa tal-Pulizija fil-Mosta jkollha l-faċċata tagħha fuq barra tal-binja taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta imbajda, sabiex ikollha dehra isbaħ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif diġa nfurmajt lil din il-Kamra, bħalissa għaddej xogħol estensiv ta’ tisbieħ u mmodernizzar f'numru ta' għasses. Infurmat ukoll illi fil-preżent qed isir xi xogħol fuq ġewwa tal-Għassa tal-Mosta u ser isir ukoll xi xogħol fuq barra, fil-parti li hija f'idejn il-Korp tal-pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-membri li spiċċaw mill-Korp tal-Pulizija mit-13 ta' Marzu 2013 sal-lum u x’kien ir-rank tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li mit-13 ta’ Marzu 2013 sas-16 ta’ Marzu 2017, kien hemm 407 il-membru li spiccaw mill-Korp tal-Pulizija. Ir-rank tagħhom kien ivarja minn kuntistabli tar-riserva, kuntistabli, surġent, surġent maġġur, spettur, supretindent, assistent kummissarju, deputat kummissarju u kummissarju.
Korp tal-Pulizija – Membri li telqu qabel il-25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li telqu mill-Korp qabel għalqu 25 sena servizz fil-perjodu minn Marzu 2013 sa Diċembru 2013 u tul l-2014, l-2015 u l-2016, sena b'sena? Jista’ jgħid x’kienu r-ranks ta’ dawk li telqu mill-Korp qabel għalqu 25 sena servizz?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li b’kollox kien hemm 38 membru, kif ġej;
01/03/2013 – 31/12/2013
Surġent Raġel
Kuntistabbli Raġel
Kuntistabbli Mara
Total
Riżenja
1
2
1
4
2014
Surġent Raġel
Kuntistabbli Raġel
Total
Riżenja
1
2
3
2015
Spettur
Surġent Raġel
Kuntistabbli Raġel
Kuntistabbli Mara
Total
Riżenja
2
1
9
2
14
2016
Spettur
Surġent-Maġġur
Surġent Raġel
Kuntistabbli Raġel
Kuntistabbli Mara
Total
Riżenja
3
1
10
3
17
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il reklutaġġ sar fil-Korp tal-Pulizija mit-13 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kienu r-rekluti f'kull reklutaġġ u kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm tlett reklutaġġi, fl-2014, fl-2015 u fl-2016. L-ammont ta’ rekluti huwa kif ġej;
Sena
Irġiel
Nisa
Total
2014
78
35
113
2015
91
25
116
2016
92
28
120
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu r-re-instatements li daħlu fil-Korp mit-13 ta' Marzu, 2013 sal-lum? X'kienu r-ranks li ġew ingaġġati fihom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li sas-16 ta’ Marzu 2017, kien hemm 83- il re-instatement fil-Korp tal-Pulizija. Ir-ranks ivarjaw minn kuntistabbli, surġent, surġent maġġur tat-tieni klassi, spettur, supretendent u assistent kummissarju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa persuni quddiem il-Qorti akkużati b'reati kriminali mit-13 ta' Marzu 2013 sal-aħħar tas-sena 2016, sena b’sena? Jista' jagħti break down tad-diversi reati li bihom ġew akkużati persuni u kemm kien hemm persuni li tressqu għal kull reat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Staff klerikali – degree mill-Università
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Bord tal-Appelli dwar ir-Rifuġjati – membri fil-Bord
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Bord tal-Appelli dwar ir-Rifuġjati skont l-Att dwar ir-Rifuġjati? Jista’ jgħid kemm hemm membri fuq il-Bord li huma nisa u kemm minnhom huma persuni b’diżabilità?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord huwa kompost minn tlett Awli, b’kull awla tikkonsisti minn Chairperson u tlett membri. B’kollox hemm tlett membri nisa, waħda f’kull Awla. Fir-rigward ta’ persuni b’diżabilita`, hemm persuna f'kull awla li tirrapreżenta dawn l-interessi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie ppreparat Parole Dossier skont tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta fl-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fl-2016 saru wieħed u sebgħin (71) Parole Dossiers.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba rċeviex ir-rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Bord tal-Parole taħt is-subartikolu 3 tal-artikolu 9 skont l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta għas-snin 2014, 2015, u 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed isiru l-verifiki meħtieġa.
Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali – rapport annwali tal-Bord tal-Parole
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba qiegħedx il-kopja tar-rapport annwali tal-Bord tal-Parole fuq il-Mejda tal-Kamra u ppreżentax tali kopja lill-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali għas-snin 2014 u 2015 skont is-subartikolu 4 tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta?
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement minn min huwa kompost il-Bord għat-tnaqqis tas-sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta?Jista’ jgħid fuq kemm-il darba ltaqa’ tul is-sena li għaddiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Il-Bord huwa kompost minn, Dr.Henry Antoncic bħala chairman, is-Sur Charles Azzopardi, is-Sur Alfred Cachia u d-direttur tal-Ħabs, is-Sur Paul DeBattista. Matul is-sena 2016 il-Bord kellu 8 laqgħat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie trattat mill-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta Malta?Jista’ jgħid l-eżitu tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu jixtieq tweġiba.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm għandhom clamping devices (clamps) il-pulizija, li bihom ikunu jistgħu jiġu clamped vetturi li jkunu qegħdin jiksru regolamenti tat-traffiku, f'kull waħda mill-għases li hawn madwar Malta u Għawdex? Kemm-il darba ntużaw, u f'liema lokalitajiet intużaw dawn l-istess clamps, matul l-2016, u fl-ewwel xahrejn ta' din is sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Pulizija m’għandhomx clamping devices (clamps).