Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informażżjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Jista’ l-Ministru jara li t-trasport pubbliku fil-ħinijiet ta’ filgħodu u li jitlaq minn Wied il-Għajn għall-Junior College u għall-Universita` jkun aktar konvenjenti u tajjeb għall-istudenti li jattendu f’dawn l-istituzzjonijiet edukattivi, anke biex it-trasport provdut ilaħħaq mad-domanda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li s-servizz tat-Trasport Pubbliku minn Wied il-Għajn għall-Junior College u l-Universita qed ilaħħaq mad-domanda eżistenti. L-Awtorita tat-Trasport qed ikollha ilment wieħed, minħabba li l-passiġġieri qed jitolbu li dan is-servizz jsir wieħed dirett u mhux issir bidla tax-xarabanks f’ Ħaż-Żabbar iżda dan preżentament mhux possibli.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'toroq saru mill-gvern ċentrali f'dawn l-aħħar erba' snin fis-Swieqi, Ibraġġ u Madliena? Jista' jagħtini l-ispiża ta' kull triq?
B'riferenza għall-mistoqsja parlamentari 23685 fuq xogħolijiet fi Sliema Road San Ġwann, jista' l-Ministru jagħti data ndikativa meta se jibda x-xogħol fuq din it-triq, kif kienu ppjanati li jibdew fl-2008?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-proġett għall-bini ta’ ‘fly over’ fil-Kappara waqa’ lura minħabba li OPERATIONAL PROGRAMM 1 ma kienx approvat fil-bidu ta’ 2007 u b’hekk l-applikazzjoni lill-UE ma setgħetx tiġi sottomessa qabel, din id-data.
Għalhekk il-programm għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti kellu jiġi revedut. Huwa pjanat li din l-applikazzjoni tiġi sottomessa lill-UE lejn l-aħħar ta’ Marzu 2008, u s-sejħa għall-offerti tiġi ppublikata tul 2008 biex il-proġett jitwettaq fl-2009.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi lħlas ta' kontijiet ta' mobile phones fil-perijodu msemmi kienet hekk:-
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28986 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u jgħid x'se jiġri mill-Forti Sant'Iermu anke fid-dawl li l-Akkademja tal-Pulizija se tiċċaqlaq minn hemm? Meta se jibda jsir xi xogħol ta' restawr fih u x'użu se jkollu wara li jsir dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li il-Forti Sant'Iermu huwa wieħed mill-proġetti li l-Gvern ħejja pjan ta' azzjoni mhux biss għall-Fort Sant'Iermu iżda kif ukoll għall-inħawi tal-madwar. Il-gvern studja l-possibilitajiet tal-Brief li għandu jiġi rivedut u qed jara l-kumpless bħala sistema waħda minn strateġija integrata għall-arja tal-port kollu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28987, jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali tal-Gvern dwar l-iżvilupp tas-sit tat-Teatru Rjal mingħajr ma jiddejjaq fil-każ jirrepeti dak li qed jintqal li diġa' ġie espress f'okkażjonijiet differenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant dwar l-iżvilupp tas-sit tat-Teatru Rjal ma hemm xejn ġdid fuq dak li rrispondejt f’mistoqsijiet preċedenti.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1525, 1683, 7497 u 11344 dwar każ ta' pelican lights f'San Gwann filwaqt li ġie nnotat b'sodisfazzjon li dan ix-xogħol ġie approvat, jista' l-Ministru jagħti ħjiel meta sa fl-aħħar dan ix-xogħol ser isir u b'hekk iserraħ moħħ ir-residenti ta' l-inħawi?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29136 u jgħid kemm hemm karozzi tal-kiri fi ħdan il-ministeru u awtoritajiet li jaqgħtu taħtu? Minn min huma mikrija dawn il-karozzi u x'inhi r-rata tal-ħlas għal kull ġurnata? Kemm ilhom li ngħataw dawn il-kuntratti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista ta' karozzi tal-kiri.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bollard u l-grada li ġew nstallati madwar 3 ġimgħat ilu fi Sqaq Nru 4, fi Triq Santa Marija, Hal Tarxien humiex koperti bil-permessi neċessarji? Kemm il-bollard kif ukoll il-grada qed jimblukkaw l-aċċess pubbliku għal dan l-isqaq. Meta r-residenti tkellmu mal-kunsilli lokali huma ġew nfurmati li l-kunsill ma ħareġ l-ebda permess. Fl-istess ħin ma saret l-ebda konsultazzjoni mar-residenti qabel twaħħlu. F'każ li l-bollard u l-grada huma koperti bil-permessi jista' jgħid min ħareġ il-permess?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku sa minn Jannar elfejn u sebgħa (2007) irriżulta li t-taqsima ma rċeviet l-ebda talba għall-bollard u l-grada li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari w anki ma nħarġet l-ebda approvażżjoni għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-ADT u/jew il-ministeru se jieħdu xi tip ta' azzjoni dwar Triq President Anton Buttigieg fiż-Żejtun speċjalment fid-dawl ta' sottomissjonijiet li l-kunsill lokali fiż-Żejtun għamel xi żmien ilu? Huwa konxju li persuna mietet u numru ta' persuni oħra ġew milquta minn karozzi f'din l-istess triq?
Jista' l-Ministru jara li t-tappiera li hemm quddiem Belfiore Hse, Luqa Rd, Qormi tiġi rranġata minħabba l-inkonvenjent kontinwu li qed toħloq lir-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-ADT ser tkun qed tqabbad kuntrattur sabiex jirranġa numru ta’ tappieri f’Hal-Qormi inkluż dik imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx xi pjanijiet biex fi Triq Alessio Xuereb f'San Giljan biswit Triq Reġjonali t-traffiku jkun kontrollat aħjar minħabba li f'din it-triq diġa' kien hemm inċidenti traġiċi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku sa mis-sena 2005 rigward Triq Dun Guzepp Xerri rriżulta li ġej:
· Ma kien hemm l-ebda talba mill-kunsill lokali, mill-pubbliku jew mill-puliżija għal miżuri ta’ sigurta’ f’din it-triq.
· Ma kien hemm l-ebda inċident traġiku tat-traffiku f’din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mal-kuntratturi ta' BCP Joint venture u l-project managers tagħhom flimkien mal-Kunsill Lokali konċernat biex ma jirriżultax l-inkonvenjent bix-xogħol tal-Pont Manwel Dimech li fil-fatt irriżulta lir-residenti ta’ Terrazzo Court, Mensija Rd, San Ġiljan li f'ċerti ġranet kellhom l-aċċess għall-garages tagħhom limitat f’ħinijiet ferm aktar milli miftiehem? Jaf li f’okkazzjoni minnhom kif tixhed korrispondenza minn resident lill- project manager kellu jdum aktar minn siegħa u nofs sakemm seta' jkollu aċċess għall-garage tiegħu stess u dan wara li taċ-cherry picker li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, injoraw it-talba li saritilhom u kellha saħansitra tintervjeni l-Pulizija? X’salvagwardji huma maħsuba għax-xhur li baqa' ta’ xogħol fuq dan il proġett fejn jidħlu r-residenti kkonċernati? Japprezza li dan l-inkonvenjent għar-residenti ilu għaddej 13-il xahar?
Jista' l-Ministru jara huwiex possibbli li l-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Tas-Sliema u jwasslu għall-iSptar Mater Dei jibdew ikunu iżjed frekwenti minflok iż-żewġ vjaġġi bil-ħin li jsiru bħalissa? Jista' jara wkoll jekk fl-Imsida jistax isir stagegħall-istess skop għall-konvenjenza tal-Msidjani?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li preżentament il-ħinijiet tal-karozzi tal-linja li jitilqu minn St. Andrews u jmorru l-Isptar Mater Dei via Tas-Sliema huma bil-frekwenza ta’ kull siegħa u jibdew mis-6.00 ta’ filgħodu u jkomplu sat-8.00 ta’ filgħaxija.
Fir-rigward ta’ Bus Stop fl-Imsida, jien infurmat li ser jitwaħħal Bus Stop quddiem it-Tikams għall-konvenjenza tal-Msidjani.
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki u x'liċenzja jrid ikollu wieħed biex jgħallem is-sewqan tal-karozzi? X'irid jagħmel? Jista' jagħti t-tagħrif kollu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-applikant prospettiv għal instructor/għalliem tas-sewqan jiġi mitlub jimla applikażżjoni fejn irid jipproduċi ċertifikat tal-kondotta riċenti, ċertifikat
mediku u liċenzja tas-sewqan li turi mill-anqas ħames (5) snin esperjenża fil-kategorija ta’ liċenzja li għaliha jkun applika.
Sabiex tiġi akkwistata liċenzja ta’ instructor/għalliem tas-sewqan, l-applikanti prospettivi jridu jgħaddu minn sensiela ta’ tliet eżaminjiet organiżżati mill-ADT skond il-ħdax –il skeda tar-Regolamenti tal-Vetturi bil-Mutur (Liċenzji tas-Sewqan),
S.L.
65.18, magħrufa bħala l-“Eżami ta’ Abbilta` biex tagħti Struzzjonijiet tas-Sewqan”, li jikkonsistu f’dawn:
a) L-Eżami tat-Teorija
b) L-Eżami ta’ Abbilta` u Ħila fis-Sewqan u
c) L-Eżami ta’ Abbilta` u Ħila fl-Istruzzjoni tas-Sewqan.
Barra minn hekk persuna li tixtieq tghallem lil xi ħadd privatament irid ikollha mill-anqas ħames (5) snin esperjenża fil-kategorija ta’ liċenżja li tkun se tgħallem għaliha. F’dan il-kaz trid tiġi sottomesa applikażżjoni għal-liċenżja tas-sewqan skond il-kategorija meħtieġa mill-kandidat, flimkien mal-liċenżja tas-sewqan ta’ l-instructor privat li turi li dan ta’ l-aħħar għandu jew għandha mill-anqas ħames snin esperjenza f’dik il-kategorija partikolari.