Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fostering – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' fostering?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) għaddieli rapport tat-tagħrif meħtieġ dwar dan il-każ miġbur mill-professjonisti tal-Aġenzija Appoġġ. Il-professjonisti qed jagħmlu dak kollu li huwa meħtieġ biex jgħinu lil kull min hu involut f’dan il-każ. Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-natura tal-każ ma tippermettix li niżvela dettalji bħala tweġiba parlamentari.

Għajnuna ta’ ikel mill-Unjoni Ewropea — programm

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni tal-programm il-ġdid ta' għajnuna li l-Gvern se joħroġ għal dawk li qabel kienu jikkwalifikaw għal għajnuna ta' ikel mill-Unjoni Ewropea imma peress li l-kriterji nbidlu min-naħa tal-Unjoni Ewropea ma baqgħux jirċievu din l-għajnuna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara li ġie ffirmat il-kuntratt mal-kumpanija li rebħet it-tender, din il-ġimgħa ser jibda l-ippakkjar ta’ dawn il-pakketti tal-ikel. Dawn ser jitqassmu lil dawk il-familji li: 1. Jirċievu benefiċċju mhux kontributorju u li għandhom wild wieħed taħt is-16-il sena; 2. Persuni waħedhom li jirċievu pensjoni tal-eta mhux kontributorja li hija ‘means tested’; 3. Familji li jirċievu l-‘Energy Benefit’: - B’wild wieħed taħt is-16-il sena; - B’żewġ ulied taħt is-16-il sena; - Bl-ulied kollha l-fuq 16-il sena; - Mingħajr ulied; 4. Familji li jirċievu pensjoni tad-diżabilita’ u li ma jaħdmux Huwa stmat li t-tqassim jibda lejn it-tielet ġimgħa ta’ April minn numru ta’ ċentri madwar Malta u Għawdex.

Raħal il-Ġdid — persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali f’Raħal il-Ġdid tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid x’tip ta’ servizzi ngħataw? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni jaħdmu hemm?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li wżaw is-servizzi tal-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal il-Ġdid tul is-sena 2016 kien ta’ 38,367. Is-servizzi li jingħataw minn kull distrett jinkludu, informazzjoni fuq il-benefiċċji kollha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kif ukoll mili ta’ applikazzjonijiet. F’dan id-distrett jaħdmu 3 skrivani u district manager .

Fgura- persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali fil-Fgura tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid x’tip ta’ servizzi ngħataw? Kif ukoll, jista’ jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu hemm?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, i n-numru ta’ persuni li wżaw is-servizzi tal-Uffiċċju Distettwali tal-Fgura tul is-sena 2016 kien ta’ 19,053. Is-servizzi li jingħataw minn kull distrett jinkudi, informazzjoni fuq il-benefiċċji kollha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kif ukoll mili ta’ applikazzjonijiet. F’dan id-distrett jaħdmu 2 skrivani u f’ċerti ġranet ikun hemm regional co-ordinator .

Supplimentari – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament ma teħux l-allowance supplementari meta hija la għandha flus il-bank u anqas proprjetà?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna msemmija ma għandhiex dritt għall-Għajnuna Supplimentari.

Awtorità tad-Djar — Appartament

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-appartament li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux proprjetà tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk bħalissa huwa vakant jew mibni mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-appartament indikat huwa proprjetà tal-Gvern mikri lil terzi.

Ċentru LEAP — Profiling ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li sarilhom il-profiling mill-impjegati tal-LEAP? F'liema lokalitajiet jgħixu dawn il-persuni? X'għajnuniet konkreti dawn il-persuni u l-carers tagħhom qed jirċievu mis-social mentors?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward ta’ x’tip ta’ għajnuna jingħataw dawn il-presuni, l-familji u carers tagħhom, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rwol tas-social mentors ma huwiex li jipprovdu dan is-servizz professjonali huma stess imma li jassisstu u jidderiġu lil dawn il-persuni lejn servizzi professjonali relattivi kif ukoll għal professjonisti kompetenti biex jirċievu l-għajnuna li għandhom bżonn. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jiehdu is-servizz huwa kif gej: Snin Persuni 0 -3 6 4-16 82 17-62 89 62 + 9 Total 186

Irranġar ta’ post – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn talab li għandu joħroġ mill-post sakemm isir l-irranġar fil-post tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa nfurmat ħażin u li x-xogħlijiet ilhom lesti sena u nofs u qatt ma ntalbu joħorġu mill-post.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — każijiet ta' inġustizzja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ inġustizzja ġie ttrattat, solvut, investigat u deċiż minn xi entità li taqa’ taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord jew entità li trattat tali każijiet ta’ inġustizzja? Jista’ jelenka (mingħajr ismijiet) l-ammont ta’ flus ordnati li għandhom jitħallsu (jew li diġà tħallas) u/jew xi rimedju ieħor ordnat/mogħti fl-ewwel 12-il każ biss għal kull entità/Bord fil-Ministeru tiegħu li qed jinvestiga l-inġustizzji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda entitá li trattat każijiet ta’ inġustizzja fi ħdan dan il-Ministeru.

Każ ta’ housing – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ttieħdu l-pasi skont ir-regolamenti tal-Awtorità tad-Djar.

Applikazzjoni għal dħul f’home – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara fejn wasal il-każ tal-anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għal dħul f’home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Applikazzjoni għall-wens – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ fuq applikazzjoni għall-wens?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi ngħata l-attenzjoni meħtieġa.

Bonus lil dawk li jħallsu l-kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm-il persuna qed tirċievi l-bonus li jitħallas kull sena lil dawk li ħallsu l-kontribuzzjonijiet imma li ma ħallsux biżżejjed biex jikkwalifikaw għall-pensjoni? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa għal dan il-għan fis-sena 2016 u kemm hi stmata li ser tkun in-nefqa għas-sena 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, sat-18 ta’ Marzu 2017, kien hemm 12,182 persuna li tħallsu l-bonus għal dawk li m’għandhomx biżżejjed kontribuzzjonijiet biex jikkwalifikaw għal pensjoni kontributorja. In-nefqa għas-sena 2016 kienet ta’ €1,880,725.41 filwat li l-istima għal din is-sena mistennija li tkun bejn wieħed u ieħor ta’ €2.58 miljun.

Anzjani li jgħixu f’darhom u li rċevew l-għotja ta’ €300

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' anzjani li jgħixu f’darhom li rċevew l-għotja ta' €300? Jista' jgħid kemm minnhom kienu nisa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ anzjani li jgħixu f’darhom li ġew mħallsa s’issa din is-sena huwa ta’ 27,807. Minn dawn kien hemm 16,150 mara.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tar-Ri¿orsi Umani, l-istaff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha fi ħdan il-Ministeru ghall-Familja u Soliderjata Socjali li huma gradwati huwa kif ġej: Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali 1 B.Comm Mara Direttorat għall-Anzjani Attivi u Kura fil-Komunita 1 B.A. (Business Management) Mara

Awtorità tad-Djar – għajnuna lill-għaqdiet Volontarji — servizz ta’ housing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31549 u jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-sena 2014? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-assistenza u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar assistiet 6 għaqdiet volontariji li jipprovdu servizzi ta’ housing matul is-sena 2014. Fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm murija l-ismijiet tal-għaqdiet volontarji li ibbenefikaw minn xi forma ta’ għajnuna finanzjarja mill-Awtoritá tad-Djar. Il-lista turi wkoll f’liema forma ngħatat l-għajnuna u kemm kienet l-ispiża għal kull każ. L-ispiża totali għas-sena 2014 kienet ta’ €141,573.

Awtorità tad-Djar – għajnuna lill-għaqdiet Volontarji — servizz ta’ housing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31550 u jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-sena 2015? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-assistenza u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar assistiet 5 għaqdiet volontariji li jipprovdu servizzi ta’ housing matul is-sena 2015. Fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm murija l-ismijiet tal-għaqdiet volontarji li ibbenefikaw minn xi forma ta’ għajnuna finanzjarja mill-Awtoritá tad-Djar. Il-lista turi wkoll f’liema forma ngħatat l-għajnuna u kemm kienet l-ispiża għal kull każ. L-ispiża totali għas-sena 2015 kienet ta’ €154,591.

Awtorità tad-Djar – għajnuna lil għaqdiet Volontarji — servizz ta’ housing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31551 u jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-assistenza u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar assistiet 4 għaqdiet volontariji li jipprovdu servizzi ta’ housing matul is-sena 2016. Fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm murija l-ismijiet tal-għaqdiet volontarji li ibbenefikaw minn xi forma ta’ għajnuna finanzjarja mill-Awtoritá tad-Djar. Il-lista turi wkoll f’liema forma ngħatat l-għajnuna u kemm kienet l-ispiża għal kull każ. L-ispiża totali għas-sena 2016 kienet ta’ €20,398.

Awtorità tad-Djar – sit elettroniku – ammont ta’ viżitaturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31552 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ viżitaturi fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2014, 2015 u 2016, sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm-il talba rċeviet l-Awtorità tad-Djar minn fuq dan is-sit fis-snin imsemmija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, is-sit elettroniku tal-Awtoritá tad-Djar fil-preżent m’għandhiex dawn il-fakultajiet. Dan ser ikun possibli aktar ‘l quddiem meta jkun installat software u sistemi ġodda li jipprovdu għal dan.

Benefiċċju tal-mard – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma baqgħetx intitolata għall-benefiċċju tal-mard?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ħa azzjoni fuq il-każ imsemmi minnu.