Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — qasam ta' relazzjoni tal-media - persuni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – spejjeż għal safar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17565 u jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa minn Jannar sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra
(a) min kienu l-persuni li siefru;
(b) minn min kienu akkumpanjati; u
(c) x’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17774 (sbatax-il elf, seba’ mija, erbgħa u sebgħin), filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li tkopri sal-perjodu Frar 2016.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20578 u jgħid kemm hemm speech-language pathologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Karen Grech? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li gewwa l-Isptar Karen Grech hemm 7 speech-language pathologists’ u jagħtu servizzi tagħhom fl-in-patient wards kif meħtieġ.
Formularju tal-mediċini — lista ta' mediċini li tneħħew
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19029 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' mediċini li tneħħew mill-formolarju tal-mediċini mill-2013 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jindika b'mod ċar kull mediċina għal liema kundizzjoni tintuża?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23243, jista’ l-Ministru jgħid, il-Gvern, meta għandu pjan li jippubblika t-tieni National Cancer Strategy?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol intensiv qiegħed jitkompla sabiex jinbena l-Pjan Nazzjonali kontra l-Kanċer. Bħalissa qed isir l-Pjan t’Azzjoni b’numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjonijiet u riviżjoni ta’ dokumenti.
Sptar Mater Dei – pazjenti li ġew discharged re-admitted ftit ġranet wara
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23242, jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2015 sa Jannar 2016 (xahar b’xahar) in-numru (mhux persentaġġi) ta’ pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Mater Dei biex reġgħu daħlu wara inqas minn ħamest ijiem?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2015 u Jannar 2016 il-medja ta’ pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Mater Dei u reġgħu daħlu lura b’mod urġenti taħt l-istess speċjalità medika wara inqas minn ħamest ijiem, hija ta inqas minn 1% tat-total li gew discharged fix-xahar.
Familji u negozju – provista ta’ dawl maqtugħ – kontijiet pendenti
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23786, jista’ l-Ministru jkun aktar speċifiku dwar kif informazzjoni aggregata ta’ households u entitajiet kummerċjali li soffrew sospensjonijiet fil-provista tad-dawl, hija kummerċjalment sensittiva?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed tintalab hija dwar l-operat kummerċjali tal-kumpanija u informazzjoni dwar il-klijenti tal-istess kumpanija.
Jista’ l-Ministru jagħti raġuni għalfejn parti minn San Ġwann fi Triq is-Sebuqa u l-madwar kienu bla dawl nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu 2016?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Enemalta plc li fid-19 ta’ Marzu 2016 il-Kumpanija ma kellha l-ebda xogħlijiet jew ħsarat li wasslu għal qtugħ fil-provvista fl-inħawi msemmija. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk għandha xi dettalji speċifiċi, tgħaddi l-informazzjoni dwarhom.
San Ġwann – Vjal ir-Rihan – manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozoz tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa f’waħda mill-bozoz tat-triq fi Vjal il-Rihan, San Ġwann, quddiem id-daħla tal-iskola minħabba l-periklu li qed jinħoloq kemm għas-sewwieqa kif ukoll għan-nies li jkunu mexjin fl-inħawi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li t-tiswijiet meħtieġa tlestew.
San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — tiswijiet
Question
Billi matul dawn l-aħħar snin kull fejn sar xi intervent mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, l-istess interventi waslu biex it-toroq baqgħu bil-ħofor fihom, kemm fejn hemm trinek, fejn hemm tappieri kif ukoll fejn hemm xogħol ieħor, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn jissewwew kif suppost?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li matul dawn l-aħħar snin kull fejn sar xi intervent fit-toroq mill-Korporazzjoni, kemm xogħlijiet ta’ trinek, tappieri jew xogħol ieħor, dejjem ittieħdu l-passi neċessarji sabiex il-kundizzjoni tat-triq tiġi rrepristinjata.
B’referenza għar-rapport li deher f’paġna 3 tal-ħarġa ta’ The Times of Malta tal-Erbgħa, 3 ta’ Frar 2016, jista’ l-Ministru jgħid x’investigazzjonijiet saru mid-Dipartiment tas-Saħħa fuq dan il-każ (fejn hemm rapportat li persuna li kienet taħdem fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani ppreżentat file maħruġ mill-Isptar waqt proċeduri oħra u li din il-persuna mhux suppost kellha dan il-file fil-pussess tagħha)? Min mexxa dawn l-investigazzjonijiet? Meta bdiet l-investigazzjoni u meta ġiet magħluqa? Jista’ jgħid għaliex ladarba rriżulta li persuna kellha f’idejha dokumenti privati li ttieħdu mill-Isptar, ma nħassx il-bżonn li jsir rapport lill-Pulizija biex dawn jinvestigaw kif inħareġ dan il-file?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni li ngħatajt mill-amministrazzjoni tal-Isptar t’Għawdex jirriżulta li saret investigazzjoni interna biex jiġu stabbiliti l-fatti f’dan il-każ u jiġu suġġeriti miżuri f’dan ir-rigward.
L-Amministrazzjoni tal-Isptar t’Għawdex saret taf b’dan il-każ fid-29 ta’ Ġunju 2015 u mal-ewwel inħatar bord ta’ inkjesta mill-istess
management
.
Jirriżulta li meta l-bord talab id-dokument lill-rappreżentant legali tal-persuna in kwistjoni, biex ikun stabbilit eżatt il-każ, dawn id-dokumenti miktuba qatt ma ntbagħtu bil-konsegwenza li l-bord ma setax jistabilixxi l-fatti.
Il-persuna li allegatament qed isiru l-akkużi kontriha kienet irreżenjat b’effett immedjat.
Tajjeb li ngħid ukoll li ma sar l-ebda rapport lill-pulizija, mill-vittma dwar dan il-każ.
L-amministrazzjoni tal-isptar ħadet passi amministrattivi biex tassigura li l-informazzjoni tkun protetta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21475, 14908 u 13007 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim kollettiv għall-Allied Health Care Professions?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għal-liema ftehim kollettiv qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21473, 15956, 14900, 13994 u 13199 u jgħid jekk hemmx xi kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-bini u t-tlestija tal-Isptar tal-Onkoloġija li huma in delay fix-xogħol kuntrattat lilhom? Fil-każ li hemm, jista’ jelenka min huma l-kuntratturi in delay, għal xiex kienu kkuntrattati u fiex u b’kemm qegħdin in delay?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Isptar Sir Anthony Mamo beda jopera minn Dicembru 2014, waqt li l-migrazzjoni kompluta minn Boffa saret f’Settembru 2015. Waqt illi x-xogħol f’dan l-isptar huwa komplut għad fadal numru żgħir ta’ snagging li qed isir.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21472, 15964, 14905, 13241 u 12372 u jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-i
scope of supply
u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri;
c. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21476, 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
a. l-isem tal-persuna appuntata;
b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna;
c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna;
d. min għażel lill-persuna;
e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna;
f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata;
g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum;
h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’
position of trust
jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u
i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21471 15966, 14901 u 13264 u jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista' jgħid:
(a) x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad;
(b) meta tqabbad;
(ċ) kemm sewa jew se jiswa;
(d) kif intgħażel il-kuntrattur;
(e) min għażel il-kuntrattur; u
(f) meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fil-parti tan-naħa t’isfel ta’ Triq Birkirkara, fejn din il-parti titwessa’, għal xi raġuni jidher li t-tarmak il-ġdid mhux qed jingħata min-naħa għall-oħra tat-triq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika hemmx xi tip ta’ fondi disponibbli bħala għajnuna għal min ikun jixtieq iħaffer bir jew ikabbar il-bir eżistenti fir-residenza tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għandu skema biex tgħin lil min jixtieq jagħmel xi xogħol ta’ tiswija fi bjar diġà eżistenti u biex jinstalla sistema ta’ second class water. Din l-iskema ġiet estiża sal-aħħar ta’ Diċembru 2016 b’Avviż Legali Numru 1274 ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern tad-29 ta’ Diċembru 2015. L-iskema tkopri 50% tal-ispejjeż totali sa massimu ta’ €1000.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23813 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-bdiewa jibdew jużaw l-ilma li għandu jitwassal mit-tisfija tad-drenaġġ? Liema partijiet ta' Malta se jkunu jistgħu jużaw dan l-istess ilma? Kemm mill-mains li huma maħsuba li jitqiegħdu biex iwasslu l-ilma għand il-bdiewa, diġà jinsabu f'posthom? Meta hu mistenni li jkunu lesti dawn l-istess mains li se jintużaw għall-bdiewa? X'kollaborazzjoni qed iwettaq il-Ministeru, mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, biex jiġi assigurat li l-ilma li jitwassal ikun tal-għola kwalità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-ilma jkun jista’ jiġi mwassal għall-bdiewa wara perjodu ta’ commissioning u ttestjar biex jiġi assigurat il-livell ta’ kwalita’ u bilanċ fil-minerali tiegħu.
L-ilma li jkun tajjeb għat-tisqija se jitwassal għall-inħawi ta:
· bejn Għajnsielem, Xewkija, Victoria u Kerċem ġewwa Għawdex;
· bejn iċ-Ċumnija limiti tal-Mellieħa, Pwales u Binġemma limiti tal-Imġarr;
· u l-inħawi kollha li llum huma milħuqa mill-ilma li jiġi prodott mill-Impjant ta’ Sant’Antnin ġewwa Wied il-Għajn.
Il-pipe ġewwa Għawdex huwa kważi lest, dak tat-Tramuntana ta’ Malta fadal biss ftit metri , filwaqt li dak tan-Nofsinhar ta’ Malta fadal madwar kilometru.
Sabiex jiġi assigurat li l-livell ta’ purifikazzjoni jkun tal-ogħla livell, ġie żviluppat impjant pilota sabiex isiru t-testijiet neċessarji fuq il-kwalita’ tal-ilma prodott.
Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21786 u jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Uffiċċju tal-Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur tal-kuntratti mogħtija lill-individwu msemmi sa Diċembru 2014 kien ta €5,560.