Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Segretarjat Privat – Safar
Question
Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28358 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li permezz tiegħu qiegħed jgħaddi s-sit tal-Marsa Shipbuilding lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hux ser tiġi stabbilita xi forma ta’ free zone fil-proġett tal-hub marittimu fil-Marsa? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex ser tkun tikkonsisti u kif ser tkun regolata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt illi permezz tiegħu s-sit tal-Malta Shipbuilding għadda għand il-kumpanija indikata huwa wieħed pubbliku, aċċessibbli għal kulħadd.
Il-kuntratt jipprovdi espressament liema huma l-attivitajiet permissibbli u free zone mhix indikata bħala permitted use.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28318, peress illi huwa għandu r-responsabbiltà tal-ekonomija u l-investiment, jista’ l-Ministru jgħid kif jitkejjel l-investiment li jsir f’pajjiżna (apparti dak li jsir bl-għajnuna tal-Malta Enterprise)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Investiment Kapitali jagħmel parti minn serje ta’statistika li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jiġbor permezz ta’ stħarrig lill-intrapriżi li jsir regolarment.
L-NSO jagħti aktar dettal fil-pubblikazzjoni: Gross National Income Inventory MALTA [https://nso.gov.mt/en/nso/Sources_and_Methods/Unit_A1/National_Accounts/Documents/GNI_Inventory.pdf] f’ paġni 377-416.
Fejn tikkonċerna informazzjoni fuq Investimenti barrani f’ Malta u Investiment Malti barra minn Malta, din tinġabar permezz ta’ stħarriġ mill-NSO flimkien mal-Bank Ċentrali.
L-informazzjoni mitluba hi kemm dwar tranżazzjonijiet li jsiru matul il-perijodu mistħarreġ kif ukoll il-bilanċ fl-aħħar tal-perijodu. L-Investiment jikkonsisti fil-kapital investit
(equity);
il-qliegħ ri-investit
(reinvested earnings);
u kapital ieħor, li jinkludi self u krediti oħra bejn il-kumpaniji f’relazzjoni diretta. Mal-kapital investit jiġi nkluż ukoll ix-xiri ta’ propjeta’ hawn Malta minn barranin.
Malta Enterprise – skemi għall-impjieg ta’ ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi miftuħa mill-Malta Enterprise biex jgħinu fl-impjieg ta' ħaddiema ġodda? Liema huma dawn l-iskemi u kemm tingħata għajnuna fuq il-paga u l-bolla tal-istess ħaddiema ġodda?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isiru l-emendi meħtieġa fl-avviż legali u fil-liġi rispettiva li qed jirregolaw il-ftuħ ta’ negozji nhar ta’ Ħadd sabiex stabbilimenti jkunu jistgħu jiftħu nhar ta’ Ħadd mingħajr ma jħallsu s-€700 li hija l-ħlas tal-liċenzja tal-fiera kummerċjali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Stqarrija Ministerjali li saret fl-10 ta’ Jannar 2017, fejn ingħataw id-dettalji kollha relatati ma’ din ir-riforma..
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — person of trust u position of trsut
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30039 u 29920 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar hemm 18-il persuna bħala person of trust.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Kienu sitta l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu mas-Segretarjat Privat tiegħi minn April 2013 sal-lum.
Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru, fit-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onorevoli Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati li kien hemm fil-MIMCOL u l-Malta Government Investments (MGI) rispettivament, fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Jista' jgħid min huma l-ħaddiema li kienu reġistrati bħala impjegati tal-MIMCOL u MGI sal-aħħar tas-sena 2016, ċjoè jgħid l-isem u designation tal-istess ħaddiema?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5993, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mit-tletin proġett li kellhom jinħadmu bħala Private Public Partnership (PPP), fil-fatt twettqu? Fejn jinsabu l-proġetti li twettqu, u x'tip ta' xogħol qed jipprovdu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Direttorat għal kummerċ — applikazzjonijiet għal liċenzja ta' commercial fair
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-2013, fl-2014, u fl-2015 id-direttorat għal kummerċ irċieva applikazzjonijiet għal liċenzja ta' commercial fair, rispettivament għal kull sena? Jista' jgħid f'dawn is-snin fl-2013, fl-2014 u fl-2015 l-istess direttorat kemm il-liċenzja ta' commercial fair ħareġ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Segretarjat Privat - lista aġġornata
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra..
Jista’ l-Ministru jgħid permezz tal-ħidma tal-Malta Enterprise x’investimenti barranin inġiebu f’pajjiżna fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 rispettivament? Jista’ jgħid ukoll :
a) x’kien jisimhom dawn l-entitajiet kummerċjali;
b) fejn ġew mogħtija s-sit minn fejn qed jaħdmu;
c) kemm bdew iħaddmu persuni u kemm qed iħaddmu llum; u
d) x’kienet l-għajnuna finanzjarja li tat il-Malta Enterprise biex dawn l-industrijijiftħu f’pajjiżna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — person of trust u position of trsut
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29920 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’safar kellu bħala Ministru fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016, u min kienu l-persuni li akkumpanjawh (u jagħti l-ismijiet tan-nies)? Minn fejn inxtraw il-biljetti ta’ kull safra? X’kienu l-pagamenti li saru waqt dawn is-safriet għall-ikel u għall-ispejjeż ta’ trasport? X’kienu l-pagamenti ta’ xorb li tħallsu mill-Ministeru kemm jekk mil-lukandi kif ukoll minn postijiet oħra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Żoni Industrijali – żamma ta’indafa u manutenzjoni ta’ bankini
Question
Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min hi r-responsabilità għaż-żamma fl-indafa u manutenzjoni ta’ bankini u toroq f’żoni industrijali:
a) Tal-Ħandaq
b) Il-Mosta (Tarġa Gap)
c) Ħaż-Żebbuġ
d) L-Imrieħel / Santa Venera
Jista’ jgħid x’intefaq minn dawk responsabbli għall-ħidma tal-indafa, manutenzjoni ta’ toroq u bankini fiż-Żoni Industrijali msemmija rispettivament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żoni industrijali msemmija, hemm partijiet li jaqgħu taħt il Malta Industrial Parks Ltd, din tieħu ħsieb l-indafa u ġbir ta skart biss.
Fil-partijiet taż-żoni msemmija li jaqgħu taħt il-MIP, fit-2016 intefqgħu €98,585 għall-indafa u ġbir ta’ skart.
Peress li hemm talba taħt Vot 20 kif tidher fis-Supplementary Financial Estimates, jista’ l-Ministru jgħid xi ħlasijiet u pagamenti għamel il-Ministeru f’Contractual Services fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Jista’ jgħid x’pagamenti saru f’dawn is-snin fuq servizzi mnedija b’direct orders u kemm kienu dawk is-servizzi u liema kienu dawk is-servizzi li ġew imnedija b’proċess ta’ sejħa għall-kuntratti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikunu jikkonsistu l-pagamenti li ser tkun qed twettaq il-Malta Enterprise biex tagħmel tajjeb għan-nefqa ta’ €20,600,000 (€12,000,000 + €8,600,000) kif jidhru li qed jintalbu taħt Vot 10 fis-Supplementary Financial Estimates?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija qegħda tirreferi għal-Vot Kapitali ta' Inċentivi għall-Investiment. Dan il-Vot huwa operat mill-Malta Enterprise sabiex jingħataw inċentivi lill-kumpaniji li joperaw minn Malta skond skemi u kriterji stabiliti mill-istess Korporazzjoni. Dawn l-inċentivi jkunu dejjem marbuta ma' investiment ġdid jew attivita' ekonomika f'Malta.
Kull applikazzjoni għall-assistenza li tirċievi l-Malta Enterprise tiġi evalwata mill-Korporazzjoni sabiex jiġi analizzat il-benefiċċju lill-ekonomija ta' Malta b'dan l-investiment. Kull assistenza tiġi rrakkomandata lill-Bord tad-Diretturi tal-Malta Enterprise.
Matul is-sena 2016, il-Korporazzjoni rat żieda f'dawn l-applikazzjonijiet, u għaldaqstant inħass il-bżonn sabiex jiżdiedu l-fondi allokati għal dan l-iskop. Dawn il-pagamenti jkunu dejjem diretti lill-kumpaniji wara li l-investiment jiġi effettwat skond il-business proposal preżentat lill-Korporazzjoni. In-numru ta’ benefiċjarji fis-sena 2016 kien 218.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — person of trust u position of trsut
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Għawdex — Żona Industrijali tax-Xewkija - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet huma ppjanati li jsiru fi Triq it-Taflija li tagħmel parti miż-Żona Industrijali tax-Xewkija f'Għawdex u dan peress li t-triq tinsab fi stat ħażin ħafna u parti mit-triq fl-aħħar ġimgħat ċediet u ġiet magħluqa bil-barriers? Jekk hemm xogħlijiet ippjanati, jista' jgħid meta huma mistennija li jsiru u jitlestew?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ix-xogħlijiet fuq it-triq imsemmija ser jibdew dan ix-xahar. Dawn jinkludu t-twaqqiegħ u l-bini mill-ġdid tal-ħajt divisorju bejn it-triq u l-RS2, li qiegħed fi stat ħażin ħafna w huwa l-kawza prinċipali taċ-ċediment tat-triq. Wara li dan jitlesta, it-triq terġa' ssir u tinkesa.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluza u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.