Malta Libraries – Library Assistants — ingaġġ ta’ ħaddiema - sejħiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30540 jista’ l-Ministru jgħid kif ħarġet is-sejħa għal-Library Assistant mal-Malta Libraries u fejn ġiet advertised meta ħarġet esternament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li ġiet applikata l-proċedura regulari li tiġi applikata minn Jobsplus, dik li jiġu avżati n-nies li jkunu qed jirreġistraw fuq l-ewwel, it-tieni u t-tielet parti tar-reġistru.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30541, jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-sejħiet ma ħarġux interni għall-ħaddiema tal-Malta Libraries?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li s-sejħiet ma sarux interni minħabba l-fatt li l-entità riedet iżżid il-headcount tagħha biex tagħmel tajjeb għal żieda fil-ħidma tal-operat tagħha, mingħajr ma jsir tnaqqis fl-istaff complement tal-Entità.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30541, jista’ l-Ministru jgħid fejn ħarġu l-calls ta’ Manager Projects, Library Assistant, Library Attendant, meta ħarġu u fejn ġew advertised?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Kif diġà ntqal fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30541, fit-tliet każijiet ġiet applikata l-proċedura regulari li tiġi applikata minn Jobsplus. Min-naħa tagħhom, Jobsplus avżaw in-nies li jkunu qed jirreġistraw fuq l-ewwel, it-tieni u t-tielet parti tar-reġistru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li attwalment qegħdin jaħdmu fil-Unit tal-Library Information Services? Jista’ jgħid ukoll xi kriterju u proċeduri ntużaw biex jintgħażlu dawn il-persuni u xi grad qegħdin jokkupaw? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu aktar persuni f'dan il-unit fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-Literacy and Information Support jaħdmu tmien persuni. Dawn huma tliet library assistants, library officer, żewġ għalliema/librara, senior assistant librarian u literacy support teacher b’esperjenza fil-litteriżmu u mal-SLS.
Dawn il-persuni huma kollha ex impjegati tal-SLS (Schools Library Service). Ilkoll kienu jaħdmu għal xi żmien mal-SLS u issa fl-2017 qegħdin detailed mal-Aġenżija Nazzjonali tal-Litteriżmu, jaħdmu fil-Literacy and Information Support Unit.
Hemm il-ħsieb li jiddaħħlu persuni oħra f’dan il-Unit u għal dan il-għan se jsiru sejħiet pubbliċi.
Fgura – skola primarja – tfal li jeħtieġu għajnuna ta’ LSA
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-Fgura fis-sena akkademika preżenti u li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvat mid-dipartiment? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sal-lum, fl-iskejjel primarji tal-Fgura kien hemm:
Skola Primarja ‘A’ - sittin (60) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm tmienja u tletin (38) LSA.
Skola Primarja ‘B’ - tlieta u tletin (33) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant. Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm dsatax (19)-il LSA.
Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport meħtieġ ta’ Learning Support Assistant.
Ħal Għaxaq – Skola Primarja – tfal li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja f’Ħal Għaxaq fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA kif approvati mid-dipartiment u kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sal-20 ta’ Marzu 2017, fl-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq hemm erbgħa u tletin (34) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jissaportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm sitta u għoxrin (26) LSA. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn Childcare Centres liċenzjati f'Malta kull sena fis-snin 2010, 2011 u 2012?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Childcare Centres liċenzjati f'Malta kull sena fis-snin 2010, 2011 u 2012 hu kif muri fit-tabella hawn taħt:
Sena
Numru ta’
Childcare Centres
liċenzjati f'Malta
2010
52
2011
60
2012
63
Ninforma wkoll lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ Childcare Centres liċenzjati f’Malta sal-lum huwa 106.
Tfajliet li waqfu mill-iskola minħabba li ħarġu tqal
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfajliet li din is-sena skolastika waqfu milli jattendu l-iskola minħabba li ħarġu tqal? Mil-liema skejjel waqfu dawn it-tfajliet? X'età kellhom dawk li waqfu mill-iskola minħabba din ir-raġuni? Din is-sena skolastika, kemm kien in-numru ta' tfajliet li minkejja li ħarġu tqal, baqgħu jattendu l-iskola? Dan in-numru, kif jitqabbel mas-sentejn skolastiċi ta' qabel din?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' tfajliet li fis-sena skolastika 2016-2017 (sa Frar) waqfu milli jattendu l-iskola minħabba li ħarġu tqal kien ta’ tlieta (3). L-etajiet tagħhom huma, tnejn ta’ erbatax-il sena u l-oħra ta’ sittax-il sena.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li f’din is-sena skolastika kien hemm tfajla waħda li minkejja li ħarġet tqila baqgħet tattendi l-iskola. Fis-sena skolastika 2015-2016 kienu tnejn li baqgħu jattendu l-iskola filwaqt li fis-sena skolastika 2014-2015 in-numru ta’ tfajliet li baqgħu jattendu l-iskola minkejja li ħarġu tqal kien ta’ ħamsa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna l-iskola Mariam Al Batool matul l-aħħar sitt snin u f’liema forom ingħatat din l-għajnuna? Jista’ jagħti break down tal-ammont ta’ kull għotja u d-data ta’ meta ngħatat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant. Infurmat ukoll li ma kienx hemm ħlasijiet lill-iskola Mariam Albatool qabel l-2013.
Attachments:PQ 31911 - Skola Mariam Albatool - għajnuna mogħtija.pdf
Skola Mariam Al Batool – għajnuna għal titjib infrastrutturali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28021, jista’ l-Ministru jgħid meta ngħatat l-għajnuna għal titjib infrastrutturali lill-Iskola Mariam Al Batool?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s’issa l-għajnuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. interpellant għadha ma ngħatatx.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-korsijiet kollha mill-MCAST u l-Università ta' Malta fir-rigward tax-xjenza tal-konservazzjoni tal-wirt kulturali tagħna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant hu kif muri f'tabelli 'A' u 'B' li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Tabella 'A' - l-Università ta' Malta
Tabella ' B' - l-MCAST
Jista' l-Ministru jelenka n-numru ta' studenti li jattendu f'kull skola indipendenti rispettivament? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull sena mis-sena 2011 'il hawn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Attachments:PQ 31950 - skejjel indipendenti - studenti.pdf
Programmi/inizjattivi għal tfal b’learning disability
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24048, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li jattendu fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti (inkluż iċ-Ċentri ta’ Riżorsi) li qed jagħmlu użu mis-servizzi ta’ NGOs bħal Inspire u Equal Partners? X’tip ta’ servizzi dawn l-NGOs qed joffru lit-tfal?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 305 student fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti li bħalissa qed jagħmlu użu mis-servizzi ta’ NGOs, maqsuma kif ġej:
· Studenti li jibbenefikaw mis-servizzi tal-Equal Partners: 30
· Studenti li jibbenefikaw mis-servizzi tal-Inspire: 275
Is-segwenti huwa riassunt tal-programmi kollha li qed jiġu offruti lill-istudenti permezz ta’ Inspire u l-Equal Partners, iż-żewġ NGOs li bħalissa joffru medda ta’ servizzi u programmi għal studenti li jkollhom diffikultajiet jew kundizzjonijiet partikolari:
1.
School Outreach Programme
:
Programm ġdid żviluppat għal tfal li jkollhom l-awtiżmu u li jkunu jimmanifestaw
challenging behaviour
estrema, b’tali mod li din ixxekkel il-potenzjal tat-tagħlim tagħhom. Dan il-programm jipprovdi intervent terapewtiku u funzjonali flimkien mal-kurrikulu tal-iskola tal-istudent/a.
2.
ASD programmes tal-Inspire:
Dawn huma programmi akkreditati min-National Autism Society’s Autism Accreditation Programme tar-Renju Unit. Il-programmi speċjalizzati huma bbażati fuq prattika bbażata fuq l-evidenza u joffru sensiela ta’ servizzi lil klijenti li d-diffikultajiet tagħhom huma mifruxa mal-
autism spectrum
. Il-programmi kollha tal-awtiżmu li joffru l-
Inspire
jutilizzaw l-approċċ TEACCH u japplikaw il-qafas SPELL tan-National Autistic Society biex jagħtu sostenn lil studenti bl-awtiżmu. Dawn il-programmi jinkludu:
· STEP (Structured Training and Education Programme) Early Years: programm għal tfal sa 5 snin għal tfal li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu
· STEP Middle Years: programm għal tfal minn 5 snin sa 11-il sena li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu
· STYLE
(Specialised Training for Youth’s Lifestyle Enhancement): programm għal studenti minn 11-il sena ‘l fuq li jkollhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu
· STEP Outreach: dan huwa progamm għal tfal bl-awtiżmu children li jkunu
high functioning
· PACES: programm imfassal għal bżonnijiet individwali ta’ studenti li għandhom diżabbiltajiet fit-tagħlim. Dan huwa ntiż għall-istudent, il-familja mmedjata u l-
carers
· STAR 3, 6 & 12: Dan il-programm huwa ntiż għal tfal bejn 0 u 16-il sena li jkollhom
brain injury
u diżabbiltajiet fiżiċi.
3.
Equal Partners
: is-servizzi ta’ din l-NGO jiġu offruti ġod-djar skont id-diżabbiltajiet li hemm fil-ftehim għall-provediment ta’ servizzi lil student li jattendu skejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji u Ċentri ta’ Riżorsa fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Staff klerikali – degree mill-Università
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-omm li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ skola ta’ tifla b’diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B'referenza għad-dettalji li ngħataw separatament, qiegħed ngħaddi informazzjoni dwar dan il-każ direttament lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid f'din is-sena universitarja, kemm hemm studenti Maltin fl-Università ta' Malta fil-korsijiet ta’ filgħodu u filgħaxija? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin l-istudenti Maltin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 31765 - Università ta’ Malta – studenti Maltin.pdf
Skejjel Sekondarji – żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali li jattendu l-iskejjel sekondarji tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat rispettivament? X'tip ta' għajnuna partikolari tingħata lil dawn iż-żgħażagħ f'dawn l-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 1,001 studenti bi bżonnijiet speċjali li jattendu fl-iskejjel sekondarji tal-Istat. Rigward it-tip ta’ għajnuna li tingħata lil dawn l-istudenti, dan jiddependi mill-kundizzjoni jew diżabbiltà partikolari li jkollu l-individwu. Pereżempju, f’każ ta’ student li jkollu l-kundizzjoni tal-awtiżmu dan jingħata strateġiji partikolari u adegwati għal din il-kundizzjoni. L-istess japplika għall-kundizzjonijiet jew id-diżabbiltajiet l-oħra kollha.
Il-figuri ta’ studenti fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja u Indipendenti huma kif ġej:
Skejjel sekondarji tal-Knisja – 724 student
Skejjel sekondarji Indipendenti – 149 student