Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38072 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġnien pubbliku hawn ġo Malta, Għawdex u Kemmuna? Liema huma l-ġonna f'idejn il-gvern ċentrali? Liema huma l-bliet u l-irħula u nħawi li m'għandhomx ġnien fejn ir-residenti jistgħu igawdu l-arja pura 'l bogħod mis-sewqan tal-karozzi?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi din: a) Il-ġonna f'Malta jammontaw għal 106. b) Dwar il-ġonna t'Għawdex u Kemmuna l-Onor Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex. c) Il-ġonna f'idejn il-Gvern ċentrali huma dawn: Floriana: The Mall, il-Ġonna ta' l-Argotti u San Filippu, il-Ġnien ta' Sa Maison, Ġnien Herbert Ganado u Ġnien il-Mistrieħ. Valletta: Il-Barrrakka ta' Fuq u l-Barrakka t' Isfel. Attard: Il-Ġonna ta' San Anton. Dingli: Il-Ġonna tal-Buskett. d) Ftit huma dawk l-irħula, jekk jeżistu, li m'għadhomx fejn jistgħu jgawdu l-arja pura mis-sewqan tal-karrozzi. Jekk jeżisti xi nuqqas, l-arja pura tista' titgawda f'postijçt fejn il-Gvern qçgħed jçħu ħsçb bçx igawdi l-pubbliku ġenerali bħal Ta' Qali, il-Ġonna tal-Buskett, San Anton u postijçt oħra.
Leg 9 PQ #37936 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd, kif ukoll id-dipartimenti li jaqgħu taħtu, ma għandhom ebda kuntratti ma' "securities Privati" u l-anqas kellhom fis-snin indikati mill-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #38087 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna tal-Buskett — Larinġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir mil-larinġ li jinqata' mill-ġonna tal-Buskett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ma jaf l-Onor Interpellant, il-funzjoni tat-taqsima Urban and Rural Landscaping għaddçt f'idejn l-Environment Landscaping Consortium Ltd, li twaqqaf dan l-aħħar. Il-qtugħ tal-larinġ fil-ġonna hu responsabbilta' tal-Consortium, u l-frott li jinqata' jingħata għall-bejgħ lill-kuntratturi privati bi prezzijçt tas-suq. B'danakollu, jien infurmat li l-kuntratt bejn il-Gvern u l-Consortium jassigura wkoll li l-Gvern jibqagħlu qligħ xçraq mill-bejgħ ta' dan il-frott.
Leg 9 PQ #37830 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħxejjex/frott — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq ħxejjex, frott u nuts impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37831 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Grains — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq other grains impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37832 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Zokkor — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq sugar cane and beet impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37833 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ikel proċessat — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq other processed foods mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37834 Sitting 848 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beverages & tobaccos — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq beverages & tobaccos impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37825 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laħam — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq il-laħam aħmar u abjad impurtat mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37826 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib xkumat — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq it-trabb tal-ħalib xkumat impurtat mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37827 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġobon/butir — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq il-ġobon u butir impurtat mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37828 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Qmuħ/ċerejali — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq il-qmuħ u ċerejali impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37829 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ross — Importazzjoni

Question

B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq ross u whey impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37818 Sitting 846 2003-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib frisk u ċanga — Żieda fil-prezzijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37496 jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija b'aktar dettall peress li l-produzzjoni tinvolvi aktar mill-għalf/ġwież?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ispejjeż minimi li żdiedu mis-sena 1999 sal lum jistgħu jitnaqqsu b'titjieb fl-effiċjenza.
Leg 9 PQ #37819 Sitting 846 2003-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Produtturi tal-fniek

Question

Fir-rapporti li għandu l-Ministeru dwar l-impatt tal-prezzijiet tal-biedja lokali meta mqabbla ma' dawk fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-prezz tal-produtturi tal-fniek fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għal kull kilo jew fenek sħiħ?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant imissu jaf tajjeb li s-suq tal-fniek ma jaqax taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, inħeġġeġ lill-Onor. Interpellant jikseb din l-informazzjoni mill-istatistika uffiċjali ta' kull pajjiż membru ta' l-UE.
Leg 9 PQ #37820 Sitting 846 2003-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Unjoni Ewropea — Produtturi ta' l-għasel

Question

Fir-rapporti li għandu l-Ministeru dwar l-impatt tal-prezzijiet tal-biedja lokali meta mqabbla ma' dawk fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-prezz tal-produtturi ta' l-għasel fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għal kull flixkun għasel sħiħ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fl-Unjoni Ewropea ma teżistix dik li tissejjaħ il-Common Organisation Market għall-għasel. Għalhekk ma hemmx prezz stabbilit għall-għasel. Barra minn hekk, hemm diversi tipi ta' għasel li jinġabar minn nettaru ta' diversi pjanti. Dawn iġibu prezzijiet differenti. L-għasel ukoll jiġi mħallat (blended) u dan iġib diversi prezzijiet. Il-prezz ta' l-għasel ivarja wkoll minn reġjun għall-ieħor fl-istess pajjiż.
Leg 9 PQ #37694 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Health and Saftey Officer — Kundizzjonijiet implimentati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37400 kemm ġew implimentati mill-kundizzjonijiet u rakkomandazzjoniet proposti mill-Heatth and Saftey officer? Meta huwa maħsub li jitħejjew ir-rakkomandazzjonijiet kollha?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Health and Safety Officer qed jigu implimentati gradwalment. Minħabba li qiegħed isir xogħol estensiv kemm strutturali kif ukoll ta' stallar ta' makkinarju ġdid, u qlugħ u twaħħil ta' madum, ċerti rakkomandazzjonijiet se jkunu attwati hekk kif jispiċċa x-xogħol. Madankollu diġa' kien introdott l-ilbies protettiv, saru kuntatti ma persuni kompetenti biex jagħmlu risk assessment. Minbarra dawn il-miżuri saru ukoll rappreżentazzjonijiet mal-MPO biex jiġi ngaġġat Health and Safety Officer mad-Divizjoni tas-Servizz Veterinarju.
Leg 9 PQ #37696 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Siġar — Importazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37417, jista' l-Ministru jinformani x'inhuma t-targets tal-gvern sena b'sena f'dak li huwa produzzjoni u tmexxija aktar effiċjenti ta' dan iċ-ċentru? Min kienu l-esperti li assistew liċ-ċentru matul dawn l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena? X'kienu r-raġunijiet li dan iċ-ċentru ma mexxiex 'il quddiem il-prijoritajiet tal-politika tal-gvern?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iċ-Ċentru li għalih qed jirriferi l-Onor. Interpellant mhux dedikat biss biex jipproduċi l-pjanti fil-laboratorju iżda biex jagħmel testijiet fuq pjanti morda jew ta' kwarantina u li jagħmel surveys u testijiet meħtieġa għal dawn is-surveys. Fir-rigward tal-produzzjoni nirriferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37417 u m'għandix għalfejn inżid aktar. L-esperti li b'xi mod jew ieħor assistew lil dan iċ-Ċentru kienu hekk: 1999: Prof. R.Vujicic, Dr. A. M. D'Onghia, Dr. M. Digiaro, Dr. B. DiTerlizzi. 2000: Prof. R. Vujicic, Dr. G. Bottalico, Dr. N. Abou Ganem, Dr. T. Amenduli, Dr. A. Cardone, Dr. B. DiTerlizzi. 2001: Prof. R. Vujicic, Dr. N. Abou Ganem, Dr. R. Brandonisio, Dr. B. DiTerlizzi. 2002: Id-diversi esperti li ġew din is-sena ma ġewx biex jgħinu speċifikament lil dan iċ-Ċentru. Dan iċ-Ċentru mexxa 'l quddiem il-prioritajiet tal-politika tal-Gvern b'effiċjenza billi mhux biss ipproduċa aktar siġar kif kien indikat fi tweġiba parlamentari preċedenti imma billi nieda surveys biex Malta tiġi stabbilita' bħala Protected Zone għal diversi organiżmi u biex titwaqqaf unit ġdida għad-dijanjożi tal-mard tal-batteri. Dan iċ-Ċentru kien ukoll mezz ta' għajnuna mhux biss għall-bdiewa imma wkoll għal diversi studenti fl-istudji tagħhom.
Leg 9 PQ #37697 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Proċessuri tal-laħam

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju li ngħata f'ċifra ta' flus lill-proċessuri tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga matul dawn l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li matul dawn l-aħħar sentejn ingħataw pariri u saru audits tal-proċessuri tal-laħam tal-majjal u ċanga u din is-sena se jingħataw layout tal-flow biex ikunu jistgħu jtejbu l-produzzjoni tagħhom u jkunu jistgħu jilħqu livell ta' iġjene skond id-domanda istituzzjonali. Dawn il-proċessuri se jingħataw għajnuna finanzjarja hekk kif jaqblu ma' programm li se jingħatalhom u din l-għajnuna se tkun marbuta ma' pjan ta' titjib.
Leg 9 PQ #37698 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Proċessuri tal-laħam u t-tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju li ngħata f'ċifra ta' flus lill-proċessuri tal-laħam tat-tjur u tal-fniek matul dawn l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li f'dawn l-aħħar erba' snin ingħataw pariri u saru audits tal-proċessuri tal-laħam tat-tjur u l-fniek. Dawn il-proċessuri se jingħataw għajnuna finanzjarja hekk kif jaqblu ma programm li se jingħatalhom u din l-għajnuna se tkun marbuta ma pjan ta' titjib.