Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti ta' mistoqsija parlamentari 27953 u jgħid kemm ittieħdu direct actions fl-aħħar ħames snin kull sena separatament u f'liema lokalitajiet f'Ghawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ġewwa Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin ittieħdu dawn id-direct actions:
Sena
Lokal/
Ammont
Lokal/
Ammont
Lokal/
Ammont
Lokal/
Ammont
Total
2003
Rabat (2)
Xlendi (1)
3
2004
-
-
-
-
-
2005
-
-
-
-
-
2006
-
-
-
-
-
2007
Fontana (4)
Għarb (2)
Nadur (1)
Żebbuġ (1)
8
11
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li tul il-perjodu msemmi ġie rrapportat Permanent Traffic Counter misruq minn Triq l-Imġarr, Għawdex, waqt li kienu qed isiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' din it-triq. Dan kien propjetà ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u kien stmat li jiswa Lm1,500.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd ma ġietx mistiedna għal laqgħa dwar l-immaniġjar u l-miżuri għall-pixxispad li saret fi Brussell nhar is-17 ta' Ottubru, 2007 meta 95% tas-sajjieda tal-pixxispad lokali huma membri tagħha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 28709.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28614, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetitivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jispjega l-fatt li minkejja t-temporary state aid li kellu jaħseb li jpaċi d-differenza fuq il-prezz tal-laħam aħmar/bee,f wara sħubija fl-UE għola bi aktar minn Lm5.25c fil-kilo għal dak li huwa tenderloin/fillet? Għaliex il-gvern tal-Prim Ministru daħak bil-poplu dwar din il-kwestjoni ukoll?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Skond it-Trattat ta' Sħubija, Malta nnegozjat skema li permezz tagħha jingħata sussidju fil-limitu tas-ceiling finanzjarju ndikat fit-Trattat għal numru ta' prodotti, inkluż il-laħam aħmar, li qabel is-sħubija kellhom export refund jew kienu impurtati minn pajjiżi terzi mingħajr dazji. Huwa dan li kien negozjat u mfisser. Irrid inżid ukoll li kull ċaqliq fil-prezzijiet jew żviluppi fis-suq taċ-ċanga ma jista' qatt jiġi ndirizzat mit-Temporary State Aid u għalhekk l-akkuża li dan il-Gvern daħaq bil-poplu hija bla bażi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jasal l-ilma minn Wied il-Qlejgħa fil-ġibjuni tal-Kmand fejn hemm il-micpropragation? Meta se jittieħdu passi biex jissewwew il-ħsarat li qed jiżvijaw l-ilma naturali milli jasal f'dawn l-imħażen ta' l-ilma naturali?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28638 u jgħid għaliex il-proġett ta' bar coding baqa' ma tħaddimx sal-ġurnata tal-lum? Min kienu l-uffiċjali repsonsabbli biex jiffinalizzaw dan il-proġett meħtieġ tant għat-traceability u l-kontroll tal-prodott li jiddaħħal il-pitkalija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-bar coding project ma ġiex implimentat għax qed tiġi kkunsidrata sistema alternattiva li tintegra l-imwieżen tal-pitkala flimkien mas-sistemi komjuterizzati tal-pitkala individwali u sistemi oħra meħtieġa. B'din is-sistema ikun possibbli li jkun hemm traceability u kontroll tal-prodott li jiddaħħal fil-pitkalija.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28639 u jgħid għaliex il-proġett tal-cable tal-computer network baqa' ma tħaddimx sal-ġurnata tal-lum? Minn kienu l-uffiċjali responsabbli biex jiffinalizzaw dan il-proġett meħtieġ tant għat-traceability u l-kontroll tal-prodott li jiddaħħal il-pitkalija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 28713.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ftuħ ta' ħajt biex jinħoloq dħul għall-vetturi tal-fabbrika Tessons f'Hal Qormi għal ġo triq residenzjali hux kopert bil-permess neċessarju? Jekk iva, jikkonferma li dan il-permess ingħata wara li saret analizi/studji fuq l-effetti li ser jħalli fuq ir-residenti diġa' affettwati ħażin b'impjant industrijali qrib?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni rriżulta li tassew infetaħ aċċess pedonali (u mhux għall-vetturi kif indikat mill-Onorevoli Interpellant) fil-ħajt tal-fabbrika Tessons (Aquatess Marketing) f'Ħal Qormi. Ma jirriżultax li saret xi applikazzjoni għal dan l-iżvilupp u għaldaqstant ser jittieħdu miżuri ta' infurzar kontra l-iżviluppatur kif rikjest mil-liġi (ECF 726/07).
Jista' l-Ministru jgħid min kien ir-rapprezentant tad-Dipartiment tas-Sajd li attenda għal laqgħa dwar il-miżuri tal-pixxispad li saret nhar is-17 ta' Ottubru 2007 fi Brussell? X'miżuri ġew proposti min-naħa Maltija sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet tas-sajjieda Maltin u Għawdxin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-laqgħa tas-17 ta’ Ottubru kienet laqgħa bejn il-Kummissjoni Ewropea u s-settur, u għaldaqstant ma jattendix rappreżentant tat-Taqsima ta’ l-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex fil-laqgħa ta' 17 ta' Ottubru, 2007 li saret fi Brussel dwar The management measures for swordfish ġiet mistiedna l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd biss?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li uffiċjal mit-Taqsima għall-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd kienet bagħtet e-mail liż-żewġ koperattivi, jiġifieri lill-Għaqda Koperattiva tas-Sajd u lill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd. L-e-mail fuq fishcoop@maltanet.net lill- Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd ma waslitx u meta rat hekk l-uffiċjal ċemplet lis-segretarju tal-koperattiva u ftehmu li tibgħatlu l-istedina fuq l-indirizz e-mail tiegħu personali. Din l-istedina kienet indirizzata lill-koperattiva.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-MEPA beħsiebha tieħu passi dwar ENF 00585/07 peress li qed jasluli ħafna lmenti mill-ġirien tal-post indikat għax isostnu li qed jintuża b'mod abbużiv?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, wara l-ħruġ ta' l-Avviz tat-Twettiq ECF585/07, id-Direct Action Team ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kien infurmat bil-każ. Infurmat ukoll li, wara li s-sidien tal-post ġew imwissija biex jimxu mal-liġi.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28483 u, lejliet l-elezzjoni ġenerali, iserraħ ras il-kaċċaturi Maltin u Għawdxin billi jagħtihom garanzija li se jibqgħu jgawdu l-kaċċa tar-rebbiegħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet ittra msejħa Reasoned Opinion fejn fiha l-Gvern Malti qed ikun mitlub jagħti r-raġunijiet tiegħu biex jippermetti l-kaċċa fir-rebbiegħa.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-offerti li nħarġet mill-MEPA għal tender for a survey for quaternery deposits in the Maltese Islands (Tender no: T06/07) li ħareġ f'Ġunju 2007? Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti u jekk ġietx deċiża din it-tender?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċeviet żewġ offerti għat-
tender
li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Billi l-ebda offerta ma kienet tissodisfa l-ħtiġijiet tat-
tender,
ser joħroġ mill-ġdid avviż ieħor għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien sar mis-sejħa li għamlet il-Wasteserv għall-impjieg ta' Geologist f'Ġunju 2007? Jista' jgħid kemm applikaw persuni u kemm intgħażlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din is-sejħa applikaw sitt kandidati. Il-kandidat magħżul għandu jibda f’Novembru 2007.