Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet l-Air Supplies? Kemm kien hemm ħaddiema fl-aħħar qabel għaddiet għand Nuance Group? Jista' jgħid kemm-il ħaddiema tilef l-impjieg tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-ftehim biex Nuance Group qed topera dak li kienet tagħmel l-Air Supplies?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija Air Supplies & Catering Co Ltd ġiet registrata fit-18 ta’ Ġunju 1974 u bdiet topera f’Awissu ta’ l-istess sena.
Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 26951, ninfurmaħ li peress li l-kumpanija msemmijja hi privata, m’għandiex informazzjoni kemm din il-kumpanija għandħa mpjegati fuq il-kotba tagħha. Il-Kuntratt tal-bejgħ tal-ishma tal-kumpanija huwa ta’ natura kummerċjali u għaldqstant ma nħossx li għandu jiġi ppublikat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibilita' li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata s-servizz ta' l-ilma hekk kif ingħataw il-ġirien tagħha? X'inhi r-raġuni għala din għadha bla servizz daqshekk essenzjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li bitha li hemm ħdejn garage tat-transformer fi 162, Triq Brared, Birkirkara tistax tinkera lill-inkwilini tad-dar 164 li tmiss ma' dan il-garage?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-possibilta' li tinkera l-bitħa tas-sub-station imsemmija jew parti minnha tista' tiġi kkunsidrata la darba l'inkwilin jagħmel kuntatt formali mal-Enemalta.
Peress li r-rampa tal-vapur MV Gaudos ta' spiss tkun bil-ħsara u dan ikun kaġun ta' dewmien u nkonvenjent għall-pubbliku, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi riżolta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li saru xi modifikazzjonijiet wara konsulti mad-disinjaturi. Issa jidher li ġew aħjar u wara sajf bil-vapuri għaddejin bla waqfien, jidher li kollox mar sew.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tat-tisħiħ tal-pumping stationtal-Marsa u x'rabta se jkollu mal-bini ta' l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fin-nofsinhar tal-pajjiż? Fiex se jkun jikkonsisti dan it-tisħiħ, għaliex kien hemm il-ħtieġa li jsir u kemm se jiswa l-investiment li mistenni jsir? Jikkonferma li dan it-tisħiħ se jkun finanzjat ukoll minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett tat-tisħieħ tal-pumping station tal-Marsa jifforma parti minn pjan estensiv li jikkonsisti fi tqegħid ta’ mejnijiet ġodda u mina tad-drenaġġ li testendi minn Paola sa l-impjant il-gdid ta’ tisfija ta’ drenaġġ fin-nofsinhar ta’ Malta. Dan huwa meħtieġ biex tissaħħaħ is-sistema prezenti tad-drenaġġ fin-nofsinhar ta’ Malta.
Il-kuntrattur għadu ma ssottomettiex id-disinji tat-tgħamir mekkaniku u elettriku. Darba dawn id-disinji jkunu approvati, ix-xogħol fuq dan it-tgħamir ikun jista jinbeda.
L-investiment mistenni jammonta għal madwar Lm3.2 miljuni (ca €7.4 miljuni) li 73% tiegħu hu iffinanzjat minn fondi strutturali tal-Unjoni Ewropeja 2004/2006.
Jista' l-Minsitru jara li l-Enemalta tinvestiga għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, qed ikollha provvista baxxa ħafna ta' l-elettriku fir-residenza tagħha tant li electrical equipment qed jintefa'? Billi din il-mara qegħda taħt kura medika u jkollha bżonn tuża apparat ta' l-elettriku b'konessjoni mal-kundizzjoni medika tagħha possibli ssir spezzjoni fl-iqsar żmien possibbli u jittieħdu l-passi li hemm bżonn biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata? Possibbli jiġi nnutat li din l-anzjana ġabet l-electrician li ċċertifika li l-ħsarat mhumiex min-naħa tagħha iżda min-naħa ta' l-Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ilment ġie nvestigat u sar ix-xogħol meħtieġ biex titwassal provvista tal-elettriku adekwata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28902 u jikkwantifika f'miljuni ta' liri Maltin kemm tiswa sija s-surcharge u sija n-nofs tas-surcharge bil-prezz taż-żejt kif inhu llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li jekk wieħed jieħu l-prezzijiet taż-żejt ta' nhar 8 ta' Novembru 2007 li kienu Fuel Oil USD 522.00/MTon, Gas Oil USD 874.25/MTon u r-rata tad-dollaru 3.4074 is-surcharge hija kalkulata li tammonta għal 132%. Din tiswa Lm62 miljun (in-nofs jiġi Lm31 miljun).
Ta' min jinnota li s-surcharge hija maħduma abbażi tal-mudell ta' operat tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena li għaddiet 30/09/07. Il-mudell tas-surcharge irrid jiġi aġġustat biex jirrifletti l-operat għas-sena li tagħlaq 30/09/08.
Jista' l-Ministru jgħid jekk xi pjanijiet hemm għall-ground tal-football magħruf bħala s-C ground ġewwa Kordin li jidher li huwa mmarkat għal żvilupp industrijal? Jista' jiġi kkunsidrat li dan il-ground jibqa' jintuża għal skop ta' sport u jigi wkoll mogħti, bil-proċedura parlamentari tas-soltu, lit-tim tal-football li qed jagħmel użu minnu fil-preżent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ground imsemmi ma jaqgħax taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru tiegħi. Għalhekk, nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tigħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28740 u 28841 u jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta, xahar b'xahar, mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Marzu 2007 u Settembru 2007? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-WSC ma żżomx rekord ta' kemm tkun daħlet flus maqsuma skond dħul normali u dħul dovut għas-surcharge.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28828 u 28948 u ċioe': Fir-rigward tal-call centre tal-HSBC f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid, u fejn hemm bżonn jintavola, il-ftehim iffirmati dwar is-segwenti:
Ri-arranġamenti li l-Gvern għandu mal-HSBC?
X'benefiċċji, assistenza ngħata l-HSBC dwar il-call centre u jekk dawn il-benefiċċji japplikawx għal ħaddieħor?
Il-ħaddiema li ser ikunu ngaġġati se jkunu kollha Għawdxin u ħaddiema ġodda jew HSBC jista' jkollha ħaddiema miċ-ċentri li għandha f'Malta?
Kemm jammontaw il-grants jew għajnuna li rċevew l-HSBC għal dan iċ-ċentru?
Kemm-il darba l-HSBC ma jonorawx l-obbligu tagħhom li jħaddmu 50 ruħ, x'se jkunu l-konsegwenzi għal HSBC?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-benefiċċji promessi lill-HSBC in konnessjoni mas-Service Centre f’Għawdex huma skond il-kriterji stabbiliti u konformi mar-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja. Dawn m’humiex esklussivi għall-HSBC.
L-Onor Interpellant jifhem illi skond il-liġi tal-Malta Enterprise, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28744, 28833 u 28949 u jgħid kif tqassmu l-inċentivi mill-Malta Enterprise Corporation matul din is-sena? Kemm kien l-ammont ta' dawn l-inċentivi? Liema kienu l-kumpaniji li rċevewhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 28578, 28766 u 28939 u jgħid x'inhu d-dħul ta' l-Enemalta għas-sena 2006? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali għall-Enemalta għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku għas-sena 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28941 u jgħid kemm hu n-numru ta' nies impjegati full time illum mal-Malta Dockyards maqsumin skond il-grad li jokkupaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li għandu l-każ tiegħu quddiem il-bord ta' l-appell tal-Water Services Corporation, mill-aktar fis u jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onor Interpellant kien riferut lill-Advisory Board tal-Water Services Corporation.
Il-Konsumatur se jkun infurmat bil-kreditu li se jingħatalu minn dan il-Bord fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanniji ħadmu riklamar u kampanji ta’ informazzjoni għall-mezzi tax-xandir awdjo-viżivi u stampati għan-nom tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari tiegħu u għan-nom ta’ dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u bejn Jannar u Settembru 2007? Kemm kien il-ħlas involut għal kull biċċa xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 28578 u 28766 u jgħid x'inhu d-dħul ta' l-Enemalta għas-sena 2006? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali għall-Enemalta għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku għas-sena 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28828 ċioe': Fir-rigward tal-call centre tal-HSBC f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid, u fejn hemm bżonn jintavola, il-ftehim iffirmati dwar is-segwenti:
Ri-arranġamenti li l-Gvern għandu mal-HSBC?
X'benefiċċji, assistenza ngħata l-HSBC dwar il-call centre u jekk dawn il-benefiċċji japplikawx għal ħaddieħor?
Il-ħaddiema li ser ikunu ngaġġati se jkunu kollha Għawdxin u ħaddiema ġodda jew HSBC jista' jkollha ħaddiema miċ-ċentri li għandha f'Malta?
Kemm jammontaw il-grants jew għajnuna li rċevew l-HSBC għal dan iċ-ċentru?
Kemm-il darba l-HSBC ma jonorawx l-obbligu tagħhom li jħaddmu 50 ruħ, x'se jkunu l-konsegwenzi għal HSBC?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28744 u 28833 u jgħid kif tqassmu l-inċentivi mill-Malta Enterprise Corporation matul din is-sena? Kemm kien l-ammont ta' dawn l-inċentivi? Liema kienu l-kumpaniji li rċevewhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.