Kurunazzjoni tal-Kwadru ta" Marija Immakulata — Bolol
Question
Peress li s-sena d-dieħla f'Bormla ser tkun imfakkra ġrajja storika ta' l-inkurunazzjoni tal-kwadru ta' Marija Immakulata, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li din il-ġrajja storika tkun imfakkra bi ħruġ ta' bolla kommemorattiva?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Wara li tlesta x-xogħol fi Pjazza P. Vassallo, Bormla, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li din il-pjazza tkun mixgħula fil-ġranet tal-festa li jilħqu l-qofol nhar it-8 ta' Diċembru?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li d-dwal tal-pjazza msemmija ma jaqgħawx taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta
Korporazzjonijiet/kumpanniji — Arretrati fil-ħlas ta' PAYE
Question
Fil-kontest ta' l-income tax management act, jista' il-Ministru jgħid jekk xi korporazzjoni jew kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom kellhomx arretrati fil-ħlas ta' PAYE u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Korporazzjonijiet/kumpanniji — Arretrati fil-ħlas ta' NI
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk korporazzjonijiet jew kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom kellhomx arretrati fil-ħlas ta' NI u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?
Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Gozo Channel li jaħdmu fl-uffiċini? Jista' jagħti l-mansjonijiet rispettivi u l-pagi u allowances rispettivi? Jista' jgħid kemm hemm impjegati mal-customer care section u kemm hi l-paga tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa ħalli d-dipartiment tad-drenaġġ isolvi darba għal dejjem il-problema li r-residenti ta' Triq il-Brunżar f'Santa Venera ilhom isofru minnha mis-snin '70 li ma' kull ħalba xita wħud minnhom, u cioe' dawk bejn Triq il-Panacia u Triq in-Nagħal, jispiċċaw bid-drenaġġ ifur fi djarhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-problema ġejja mill-fatt li l-inħawi huma f'livell baxx u l-ilma tax-xita m'għandux sbokk ieħor ħlief li jmur fid-drenaġġ.
Diġa nbidlu erba' metri ta' sewer mains f'attentat biex tittaffa din il-problema. Sadanittant qed isir survey ieħor permezz ta' CCTV biex inkunu nistgħu naraw l-effett ta' dan ix-xogħol u jekk hemmx bżonn jinbidlu iktar tul ta' mains.
Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li d-djar tar-residenti fi Triq Antonio Miruzzi, Santa Venera jiġu mqabbda mas-sistema tal-drenaġġ peress li dawn għadhom jisservew bil-fossa? Japprezza li d-dewmien tat-twettiq ta' dan ix-xogħol qed iżomm lill-kuntrattur li ngħata l-kuntratt mid-direttorat tat-toroq għall-bini ta' din it-triq milli jibda x-xogħol tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa ħarġet it-tender biex isir ix-xogħol imsemmi. Din it-tender għalqet fid-19/11/04 u l-kuntrattur jitqabbad biex jagħmel ix-xogħol meta jkun finaliżżat il-proċess ta' l-għażla.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, peress li issa s-servizz tal-helicpter spiċċa, jista' il-Ministru jgħid jekk il-premises tal-heliport humiex se jintużaw? Jekk fl-affermattiv, minn min u għalxiex?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat mid-diskussjonijiet mal-operaturi ġodda potenzjali ta' dan is-servizz.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8845, jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-makna tal-ħalib f'Għawdex u x'se jiġri mill-ħaddiema ta' l-MDP?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern għandu biss sehem minoritarju fl-MDP u konsegwentament l-informazzjoni rikjesta mhix kompetenza amministrattiva ta' dan il-Ministeru.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8854 u 9039 u cioe' jista' il-Ministru jikkonferma li l-ġbir ta' l-arretrati tal-Korporazzjoni Enemalta/WSC u l-Enemalta call centre se jibda jsir minn uffiċini fil-bini ta' l-MOBC, il-Marsa? Jikkonferma li l-uffiċini se jinkrew Lm600 fix-xahar? X'inhu l-arranġament bankarju li sar mal-Bank of Valletta dwar il-ħlas ta' dawn il-kontijiet pendenti? Hu minnu li overdue accounts se jiġu charged 1% fix-xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-kumpannija Interprint Ltd. tal-Marsa hijiex fil-pjan ta' privatizzazzjoni tal-gvern? Jekk iva, meta hu ppjanat li l-gvern joħroġ l-applikazzjoni? Jista' jgħid jekk hemmx min wera interess fix-xiri ta' din il-kumpannija, kemm interess lokali kif ukoll dak barrani?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma illi hemm l-intenzjoni li l-Interprint tiġi privatiżżata.
Il-ħaddiema li spiċċaw mill-impjieg mal-Interprint ħadu t-terminal benefit skond il-Collective Agreement.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 9032 u cioe' jista' jara li jitwassal il-ħalib, kif kien jitwassal is-soltu, ġewwa Albert Town fil-Marsa? Jista' jara għaliex dan mhux qed jitwassal?
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri, liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħzlu li jieħdu 'transport allowance' minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa hemm 4 karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. L-informażżjoni dwar minn fejn u b'liema rata dawn qed jinkrew hi kif ser nigħd:
Kuntrattur Nru ta' Vetturi Rata p.d.
Joe's Garage 2 Lm4.03
Fremond Ltd 2 Lm7.61
Tnejn min dawn qed qed jintużaw għall-użu ġenerali tas-Segretarjat.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm7640.
Ministeru għall-Investiment — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8912 u cioe' jista' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tinġħata f'xi seduta oħra.
Peress li l-munita li biha ġie redatt il-kuntratt ta' privatizzazzjoni tal-Freeport hija d-dollaru Amerikan, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rata tad-dollaru mal-lira Maltija ġietx iffissata? Jekk iva, jista' jindika b'liema rata?
Response (GATT, AUSTIN)
Qatt ma kien maħsub li jkun hemm iffissar tad-Dollaru Amerikan mal-Lira Maltija fil-proċess tal-privatiżżazzjoni tal-Malta Freeport Terminals Limited (MFTL).
Dan minħabba l-fatt li fid-dinja tas-shipping id-dollaru hu l-munita li bih isir il-business. Il-kuntratti tal-MFTL huma denominati fid-Dollaru Amerikan. Barra minhekk l-Malta Freeport Corporation li ser tirċievi l-flus tal-privatiżżazzjoni għandha dejn fit-tul denominat fid-Dollaru Amerikan. L-Annual Accounts huma denominati fid-dollaru, għalhekk hemm iffissar naturali.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8968 u 9235 jista' il-Ministru jgħid jgħid jekk il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - sifritx fuq xogħol tal-PBS kemm ilha konnessa mal-kumpannija bħala konsulent? Jekk iva, min ħallas, il-gvern jew il-PBS? Jekk fl-affermattiv kemm-il darba siefret, għalfejn siefret, fejn marret, kemm damet, ma' min ivvjaġġat u kemm nefqet f'kull okkażjoni?
Fid-dawl tat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija riċenti tiegħi, dan ifisser li minn Settembru 2004 'il hawn ma siefer ħadd mill-PBS fuq xogħol tal-kumpannija? Dwar it-tagħrif mogħti dan l-aħħar dwar safriet minn diriġenti u uffiċjali tal-PBS, jista' jagħti breakdown ta' kemm intnefaq f'biljetti ta' l-ajru, lukandi, allowances, u telephone bills minn Jannar 2000 'il quddiem?
Response (GATT, AUSTIN)
F'Marzu 2003, il-persuna msemmija flimkien mac-Chairman tal-Public Broadcasting Services Limited, kienu mistiedna tal-British Council biex iżuru diversi stazzjonijiet tal-BBC fl-Ingilterra. Parti mill-ispejjeż konnessi ma din iż-żjara kienu mħallsa mill-PBS, kif jidher fil-lista mehmuza.
Għat tieni parti tal-mistoqsija nikkonferma li dan ifisser li minn Settembru 2004 il hawn ma siefer ħadd mill-PBS fuq xogħol tal-kumpanija.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9123 u cioe jgħid b'riferenza għall-polishing plant li nbniet mill-WSC f'Għawdex x'inhi l-kapaċita' ta' dan l-impjant u kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet kollha?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħalissa l-polishing plantqed taħdem b'kapaċita ta' 800 metru kubu kuljum. Meta l-proġett jitlesta, din għandha tilħaq 4,000 metru kubu kuljum.
Il-proġett "Water Quality Project - Gozo" jiswa:
Lm
Sistema ġdida tal-pajpijiet 800,000
Polishing Plant 415,000
St Lucia u Bordin Boosting Station 50,000
Distribution enhancenment centre 150,000
___________
1,415,000