Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika – membri tal-bord
Question
Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu magħmul il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika maħtur skont l-Att dwar il-Vjolenza Domestika? Tista’ tgħid kemm hemm membri fuq il-Kummissjoni li huma nisa u kemm minnhom huma persuni b’diżabilità?
Response (DALLI, HELENA)
Members on Board
Chairperson: Mr. Joe Gerada
Membri: Ms. Charlene Barbara
Ms. Stephanie Fenech
Dr. Lara Dimitrijevic
Insp. Louise Calleja
Dr. Charles Cassar
Ms. Amanda Grech
Ms. Renee Laiviera
Dr. Cheryl Azzopardi
Dr. Josef Masini Vento
Segretarja: Ms. Katya Unah
Membri nisa: 7 u rġiel 3.
Segretarja tal-bord tal-Kummissjoni: 1
Kummissjoni Nazzjonali Promozzjoni tal-Ugwaljanza għall-Irgiel u n-Nisa – membri
Question
Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu magħmul il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa hekk maħtur taħt l-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa? Tista’ tgħid kemm mill-membri huma nisa u kemm mill-membri huma persuni b’diżabilità?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza hi magħmula minn erba’ nisa u erba’ irġiel, fejn fosthom hemm membru wieħed li għandu diżabilità.
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza hi magħmula minn kif ġej:
Kummissajru: Ms Renee Laiviera
Membri: Ms Claudine Borg,
Prof. Mark Anthony Falzon,
Ms Mary Galea Debono,
Mr Mario Mallia,
Dr Vanni Xuereb,
Ms Lorraine Spiteri, u
Mr Oliver Scicluna.
Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu magħmul il-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat kif maħtur skont l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji? Tista’ tgħid kemm mill-membri huma nisa u kemm mill-membri huma persuni b’diżabilità?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat kif maħtur skont l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji huwa magħmul minn dawn il-membri:
Is-Sur Ian Azzopardi, Dott. Myrna Azzopardi, is-Sinjura Doris Bingley, is-Sinjura Gertrude Buttiġieġ, Dott. Noel Camilleri, is-Sur Nathan Farrugia, is-Sur Robert Farrugia, is-Sinjura Gemma Sirol, is-Sur Edward Gruppetta u s-Sinjura Claudia Taylor East.
F’dan il-Kunsill hemm ħames membri nisa. M’hemm l-ebda membru tal-Kunsill li huwa persuna bi bżonnijiet speċjali peress li meta kienu fetħu n-nominazjonijiet l-ebda persuna bi bżonnijiet speċjali ma kienet tefgħet in-nomina.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tagħha inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fis-sena 2016 kien hemm sbatax-il (17) direct order u iċ-ċifra globali kienet ta’ €392,875.11.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Konsulenzi minn Avukat
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-persuna msemmija.
Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) – servizz tad-dawl mill-Enemalta — metodi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu jagħmel id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) dwar dak li ġie allegat fil-ġurnal lokali The Times of Malta fid-9 ta’ Frar 2017 rigward metodi qarrieqa sabiex konsumaturi jinqatgħalhom is-servizz tad-dawl mill-Enemalta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li dan il-każ ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Kunsill u għalhekk għandu jiġi investigat mill-awtoritajiet kompetenti.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu jagħmel il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur dwar dak li ġie allegat f’ġurnal lokali fid-9 ta’ Frar 2017 rigward metodi qarrieqa sabiex konsumaturi jinqatgħalhom is-servizz tad-dawl mill-Enemalta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li dan il-każ ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Kunsill u għalhekk għandu jiġi investigat mill-awtoritajiet kompetenti.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30473, peress li staqsejt meta saru dawn id-diskussjonijiet, tista’ l-Ministru tgħid meta saru l-laqgħat mal-Avukat Ġenerali? Tista’ tgħid ukoll kelliex laqgħat mad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) f’dan ir-rigward u jekk iva, meta saru dawn il-laqgħat? Peress li l-Ministru kkonfermat li hemm diversi proposti leġislattivi, tista’ telenka dawn il-proposti? Tista’ tispjega għalfejn il-Ministru għaddiet proposta waħda lill-Oppożizzjoni; dik li tiġi emendata l-Kostituzzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li nhar it-18 ta’ Mejju 2016 u nhar is-27 ta’ Lulju 2016 saru laqgħat bejn uffiċjali mill-Ministeru, mill-Awtorita ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Avukat Ġenerali.
Peress li jinħtieġ zewg terzi tal-Parlament l-oppożżizjoni kienet ipprezentata bl-emendi kostituzzjonali. Il-proposti legizlattivi jitressqu fil-parlament kif ikunu finalizzati.
Draft Leniency Regulations – investigazzjoni dwar kartelli
Question
Wara li l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar Draft Leniency Regulations dwar investigazzjonijiet fuq kartelli kienu konklużi fl-2013, tista’ l-Ministru tgħid għalfejn dawn ir-regolamenti qatt ma daħħlu fis-seħħ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Draft Leniency Regulations imsemmija minna qed jiġu reveduti minħabba s-sentenza kostituzzjonali riċenti.
Awtorità dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – ilmenti formali fl-Uffiċċju tal-Konsumatur f’Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar ġimgħat itteħdietx deċiżjoni mill-Awtorità dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li ma jistgħux isiru iżjed ilmenti formali fl-Uffiċċju tal-Konsumatur f'Għawdex u li min irid jagħmel ilment ta’ dan it-tip, irid imur fl-uffiċċju f'Malta anke jekk jirrisjedi f'Għawdex? Tista' tgħid għaliex meta jkun ser isir proċess ta' medjazzjoni, dan issa ma jistax isir aktar f'Għawdex u konsumatur jew negozjant Għawdxi jrid bilfors imur Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma ttieħdet l-ebda deċizjoni mill-Awtorità sabiex ma jsirux aktar ilmenti fl-Ufficju tal-Konsumatur f’Għawdex. Konsumaturi Għawdxin jisgħtu jirreġistraw l-ilmenti tagħhom billi jċemplu jew iżuru l-Ufficju tal-Konsumatur f’Għawdex. Hija prassi normali li tul il-proċess tar-rikonċiljazzjoni la l-konsumatur u lanqas in-negozjant ma jkun preżenti. Dan il-proċess isir permezz tat-telefon u tal-emails. Rigward il-medjazzjoni li ssir taħt ir-Regolamenti dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) tal-Konsumatur (ADR Residwa), fejn huwa mistenni li kemm il-konsumatur kif ukoll in-negozjant ikun preżenti, din tista ssir kemm fl-Uffiċju tal-Konsumatur f’Għawdex kif ukoll f’dak ta’ Malta skont il-preferenza tal-partijiet u skont iċ-cirkustanzi pertenenti għall-każ partikolari.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – persuni ta’ fiduċja f’entitajiet
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 29612 u tgħid kemm-il persuna ngħatat impjieg bħala persuna ta’ fiduċja (person of trust) ma’ entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru rispettiv fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Tista’ tgħid minn dawn il-persuni li ġew impjegati bħala person of trust, kemm minnhom illum qed jaħdmu bħala impjegati regolari ma’ entitajiet tal-Gvern?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fis-sena 2014, tlett persuni ngħataw impjieg bħala persuna ta’ fiducja. Tnejn minn dawn il-persuni, illum qed jaħdmu bħala impjegati regolari ma’ entitajiet tal-Gvern.
Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur — ilmenti li jsiru minn konsumaturi fuq il-ġurnali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur isegwix l-ilmenti li jsiru minn konsumaturi fuq il-ġurnali? Jekk dan ma jsirx, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn dan ma jsirx?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur isegwi kull ma jkun hemm fil-ġurnali u fejn ikun il-każ jieħu passi kif meħtieġ.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni — Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, minn mindu daħlu fis-seħħ ir-regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet permezz ta’ Avviż Legali 294 tal-2002 u kif sussegwentement emendat, kemm, sena b’sena, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ deċiżjonijiet f’dan ir-rigward u liema setturi tal-ekonomija dawn kienu jikkonċernaw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ma għandux statistika ta' kemm ħareġ deċiżjonijiet minn mindu daħlu fis-seħħ ir-regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet permezz ta’ Avviż Legali 294 tal-2002.
Nirreferi lill-Onor. Interpallant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30594 fejn hemm in-numru ta' deċiżjonijiet li ħareg l-Uffiċċju sena b'sena minn meta saru l-emendi fl-2011.
Is-setturi tal-ekonomija konċernati kienu dawk tal-manifattura u l-industrija tas-servizzi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ċirkostanzi, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fejn id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), wara li jkun notifikat minn qabel dwar konċentrazzjoni u wara l-valutazzjoni tas-suq konċernat li d-Direttur Ġenerali jkun għamel, ħareġ deċiżjoni fejn m’approvax dik il-konċentrazzjoni notifikata? Jekk kien il-każ, tista’ l-Ministru tgħid meta kien dan?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma kienx hemm ċirkostanzi fejn id-Direttur Ġenerali ħareġ deċiżjoni fejn m’approvax il-konċentrazzjoni notifikata.
Malta Competition and Consumer Affairs Authority – ingaġġ ta’ impjegati ġodda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Malta Competition and Consumer Affairs Authority, xahar b’xahar, minn Jannar 2013 sal-lum? Tista’ tgħid kemm u liema minnhom ġew ingaġġati wara sejħa pubblika u kemm iddaħħlu fuq bażi ta’ xi forma ta’ fiduċja mingħajr sejħa pubblika?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Malta Competition and Consumer Affairs Authority – ingaġġ ta’ impjegati ġodda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huma, liema huma u xi gradi huma l-pożizzjonijiet fi ħdan il-Malta Competition and Consumer Affairs Authority li ġew mimlija permezz ta’ ingaġġ ġdid minn Jannar 2013 sal-lum? Tista’ tgħid kemm u liema minnhom ġew ingaġġati wara sejħa pubblika u kemm iddaħħlu fuq bażi ta’ xi forma ta’ fiduċja mingħajr sejħa pubblika? F’kull każ, tista’ telenka l-kwalifiki ta’ kull persuna li qed tokkupa dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid mil-liema lokalità ġejjin l-individwi li mlew dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid x’inhu l-pakkett ta’ salarju u perkaċċi marbut ma’ kull pożizzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba li tista' tingħata.
Malta Competition and Consumer Affairs Authority – ingaġġ ta’ impjegati ġodda permezz ta’ sejħa interna
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huma, liema huma u xi gradi huma l-pożizzjonijiet fi ħdan il-Malta Competition and Consumer Affairs Authority li ġew mimlija permezz ta’ sejħa interna minn Jannar 2013 sal-lum? F’kull każ, tista’ telenka l-kwalifiki ta’ kull persuna li qed tokkupa dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid mil-liema lokalità ġejjin l-individwi li mlew dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid x’inhu l-pakkett tas-salarju u perkaċċi marbut ma’ kull pożizzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet preżenti ta’ ħaddiema fiċ-Ċivil li huma assenjati ma’ unions tal-ħaddiema? Tista’ tindika kemm hemm persuni hekk assenjati?