Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Sir Paul Boffa

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex it-talba ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ma ġietx aċċettata biex tkun tista' taħdem bix-shift matul il-lejl fl-isptar Sir Paul Boffa, peress li dan il-ġuvni għandu ommu rikoverata fl-isptar San Vincenz de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Management ta' l-Isptar Sir Paul Boffa ma kellu ebda talba mill-persuna kkonċernata biex taħdem bix-shift matul il-lejl. Barra minn hekk, ma hemmx post vakanti għal xogħol bil-lejl biss.

Djar ta' l-Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'policy qed titħaddem bħalissa dwar dawk l-anzjani li japplikaw biex jidħlu f'xi dar ta' l-anzjani? Jista' jagħti dettalji tal-policy skond dar, dar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy li juża d-Dipartiment għal dħul ta' l-anzjani f'xi dar ta' l-anzjani hi skond il-bżonn ta' l-individwu. Dan joħroġ mill-assessments mediċi u soċjali li jsirulhom. Din il-policy hi applikabbli għad-Djar kollha.

Anzjani li jbatu minn Dimensja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'policy għandu d-dipartiment dwar anzjani li jbatu minn dimensja u li jgħixu waħidhom jew ma' uliedhom jaħdmu, u għaldaqstant iqattgħu ħafna ħin waħidhom, u l-familjari tagħhom japplikaw biex dawn l-anzjani jidħlu f'xi dar tal-gvern? Jista' jgħid b'liema mod id-dipartiment iħares lejn l-applikazzjoni tagħhom, fis-sens jekk dawn jiġu meqjusa b'urġenza minħabba l-periklu potenzjali li jkunu fih kemm għal saħħithom kif ukoll għal saħħet dawk ta' madwarhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' jaddotta sistema ta' assessments kemm mediċi u soċjali li minn dawn l-assessments toħroġ l-istampa ċara ta' l-anzjan/a. Dan jgħodd għal kull mard relatat ma' l-anzjanita' bħad-dementia u kull każ jiġi meqjus fuq il-merti tiegħu personali.

Djar ta' l-Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għandux sistema ta' fast track fuq applikazzjonijiet ta' anzjani bi ħtieġa urġenti li jiġu rikoverati f'xi dar għalihom? Jekk għandu, x'inhuma l-kriterji li juża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' għandu sistema ta' kif jevalwa l-applikazzjonijiet fejn il-bżonn jiġi bħala l-ewwel kriterju. Dan il-kriterju jibbaża ruħu fuq l-assessments mediċi u soċjali li jkun ippreżentat.

Djar ta' l-Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għadux isegwi l-policy li meta d-djar ta' l-anzjani tiegħu jkunu mimlijin, jissussidja d-dħul tagħhom fi djar privati kif kien jagħmel ftit taż-żmien ilu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' għadu isegwi l-policy li jissussidja d-dħul ta' l-anzjani fi djar privati.

Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar il-waiting list ta' l-applikazzjonijiet ta' anzjani li qed jistennew biex jidħlu f'xi dar għalihom, skond id-dar indikata, skond meta saret l-applikazzjoni u minn liema belt jew raħal ġejjin dawn l-anzjani?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Health Centres

Question

Jaf il-Ministru li persuni li jmorru jiġbru l-mediċini mill-health centres u dawn ma jkunux in stock jingħad lilhom biex imorru jipprovaw isibu l-mediċina minn health centres oħra? Jista' jispjega x'inhi l-policy meta persuni li huma eliġibbli għal mediċini b'xejn, imorru biex jiġbru l-medicini mill-health centres u ma jkunux in stock?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn żmien għal żmien, minħabba ċirkustanzi li d-Dipartiment tal-Kura Primarja ma għandux kontroll fuqhom, is-supply ta' ċertu mediċini jonqos mill-ispiżeriji tal-gvern. Meta dan jiġri, il-policy hija kif ġej: Jekk ma hemmx stock, l-ispiżjar li ma jkollux il-mediċina jinforma l-pazjent li l-mediċina hija out of stock L-ispiżjar jiċċekja jekk hemmx spiżeriji oħra tal-gvern li għandhom il-mediċina u jinforma l-pazjent Tinħareġ karta tal- out of stock li tingħata lill-pazjent sabiex tiġi ppreżentata minflok riċetta meta l-pazjent imur jiġbor il-mediċina minn spiżerija oħra li ma tkunx taqdi d-distrett tiegħu. Fuq il-karta tal- out of stock ikun hemm in-numru tat-telefon tal-ispiżerija biex jekk il-pazjent ma jkunx irid jiġbor il-mediċina minn spiżerija alternattiva għax ikun fadallu xi ftit id-dar, ikun jista' jċempel iżjed tard biex jiċċekkja jekk din tkunx waslet. Jekk ma jkunx hemm spiżeriji tal-gvern oħra li jistgħu jagħtu ftit mis- supply tal-mediċina, l-ispiżjar jgħid lill-pazjent meta x'aktarx ser jidħol l- istock il-ġdid, sabiex jerġa' jgħaddi u jinqeda.

SVPR — Pilloli out of stock

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17663 u jgħid liema huma l-mediċini out of stock ġewwa San Vincenz de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta tingħata f'xi seduta oħra ladarba tkun lesta.

Floriana — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu miċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana fis-sena 2004 u 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta' pazjenti li għamlu użu miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fis-sena 2004 u 2005 huwa ta' 238,170 u 249,108 rispettivament.

Sptar San Luqa — Casualty department

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mill-Casualty Department fl-isptar San Luqa fis-sena 2004 u 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 17900 tas-Seduta numru 372.

Breast screening

Question

Jista' il-Ministru jgħid, fid-dawl tar-risposta għall-interpellanza tiegħi 36717 tal-11 ta' Novembru 2002, li l-pożizzjoni tas-saħħa fuq breast screening fuq bażi nazzjonali kellha tiġi evalwata fis-sena 2005, fiex wasal dan il-proċess illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-evalwazzjoni interna tar-rapport dwar breast-screening qed tiġi konsidrata mill-Health Policy Board tal-Ministeru.

Tobba

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali (tobba jew ta' professjoni oħra) jaħdmu fid-direttorat responsabbli għall-finanzi u amministrazzjoni politika dwar is-saħħa u ippjanar u riżorsi umani? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minnhom? Kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistix Direttorat bit-titolu ndikat fil-Mistoqsija Parlamentari.

Kors B.Sc (Hons) Nursing

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-istudenti tal-B.Sc (Hons) Nursing - intake October 2004 mhux se jingħataw sponsorships, u dan minkejja li korsijiet kemm ta' qabel kif ukoll ta' wara qed jingħataw sponsorship?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Onor .Interpellant hija żbaljata fil-Mistoqsija l-għaliex filwaqt li hu veru li f'Ottubru 2004 ma ġewx offruti boroż ta' studju għal studenti infermiera, l'anqas is-sena ta' wara ma ngħataw dawn l-ischolarships minnħabba bidla fil-policy. Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma għadhiex toffri paga minima lil dawk l-infermiera li jagħżlu Baċellerat fl-Istudji Infermeristiċi mill-Universita' ta' Malta.

Raħal Ġdid — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu miċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid fis-sena 2004 u 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta' pazjenti li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid fis-sena 2004 u 2005 huwa ta' 307,380 u 287,552 rispettivament.

Spezzjonar ta' stabilimenti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien in-numru ta' stabilimenti ta' l-ikel u/jew proċessuri ta' l-ikel, eċċ. li ġew spezzjonati? Kemm kienu f'Malta u kemm kienu f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li matul is-sena 2005 saru 9,809 l-ispezzjoni ġo stabbilimenti ta' l-ikel u/jew produtturi ta' l-ikel f'Malta u f'Għawdex, jiġifieri 8,689 spezzjoni ġo stabbilimenti ta' l-ikel f'Malta u 1,120 l-ispezzjoni ġo stabbilimenti ta' l-ikel f'Għawdex.

Sptar San Luqa — Persuni li ngħataw kura minħabba xorb eċċessiv

Question

Matul l-2005, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu għall-kura kawża ta' xorb eċċessiv? X'etajiet kellhom? Kemm kienu f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (HAA) jirriżulta li fis-sena 2005 ġew ammessi 77 -il każ minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa. Il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji: Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.2) Kategorija B: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda il-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0) Kategorija C: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70) L-etajiet għal pazjenti f'kull kategorija kif ġej: Numru ta' pazjenti li ddaħlu fl-Isptar San Luqa Eta Karegorija A Kategorija B Kategorija C 10-19 1 10 - 20-29 2 5 - 30-39 2 4 1 40-49 6 4 7 50-59 3 8 8 60-69 4 1 7 70-79 1 - - 80+ 1 - 1 Mhux speċifikat - 1 - Total 20 33 24 Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Każ dwar leave ta' persuna

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għandux permess sabiex jassenti ruħu darbtejn fil-ġimgħa mill-post tax-xogħol? Għandu permess li jitlaq minn fuq il-post tax-xogħol qabel il-ħin, kuljum? Għandu permess li japplika għal sick leave b'mod esaġerat u jekk iva, x'passi ttieħdu ? Ħa leave without pay?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma jeżisti l-ebda mpjegat fl-Isptar San luqa bl-isem li ntbagħat separatament mal-Mistoqsija.

Ħal Qormi — Triq Nikol Baldacchino

Question

Jista' id-dipartiment tas-saħħa pubblika jinvestiga l-ilmenti tar-residenti li jgħixu fi Triq Nikol Baldacchino f'Ħal Qormi dwar ilma li ħiereġ minn katusa li hemm imwaħħla ma' ħajt tal-fabbrika f'din it-triq minħabba l-inkonvenjent li qed jgħaddu minnu dawn ir-residenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nvestigazzjonijiet neċessarji kienu diġa saru minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika dwar l-ilment fi Triq Nikol Baldacchino f'Ħal Qormi. Dan id-Dipartiment kien ordna li jsiru diversi tiswijiet meħtieġa permezz ta' nuisance report mibgħut fit-23 ta' Marzu 2006. Wara spezzjoni li saret nhar il-Ħamis 30 ta' Marzu 2006 ġie vverifikat li tali tiswijiet ġew finaliżżati.

SVPR

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm kienu l-ħaddiema li jaħdmu San Vincenz de Paule li mietu waqt li kienu għadhom fis-servizz mill-1990 sal-lum? Liema grad kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 8 impjegati li kienu jaħdmu San Vinċenz de Paul u mietu waqt li kienu għadhom fis-servizz mill-1990 sal-lum. Dawn kien b'dawn il-gradi: EN 1A Kitchen Hospital Auxiliary Hospital Auxiliary General Hand Casual Cleaner Motor Transport Diver (C) Nursing Officer Hospital Auxiliary (B)