Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ ħaddiema, wieħed fi skala 14 u l-ieħor fi Skala 11 li jaħdmu fl-ispettorat fid-Dipartiment tas-Saħħa, apparti l-overtime fix-xogħol relatat mal-ispettorat, jekk fl-istess żmien, għamlux xogħol overtime fix-xogħol propji relatat mal-iskola tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ż-żewġ ħaddiema li jaħdmu fl-ispettorat fid-Dipartiment tas-Saħħa, jagħmlu wkoll "overtime" fix-xogħol propji tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar 2001 sallum ġewx impjegati tobba ġodda barranin fl-isptarijiet tal-gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid 1) l-isem tagħhom 2) f'kull każ ilgrad li fih qed jaħdmu 3) meta ġew ingaġġati 4) jekk kellhomx permess tal-kunsill mediku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-1 ta` Jannar 2001 sal-lum ġew ingaġġati dawn it-tobba barranin fl-isptarijiet tal-gvern:
Dr. Wojciech Sawicki bħala Medical Officer fl-1 ta` Lulju
Dr. Artemis Vlastarakou bħala Medical Officer fl-1 ta` Ottubru
Dawn is-seba` tobba li ġejjin ġew ingaġġati fil-grad ta` Senior Registrar:
Dr. Sonja Stupar fit-13 t'Awissu
Dr. Marcin Pospiech fil-31 ta` Lulju
Dr. Snejana Diakova - Toneva fil-25 ta` Lulju
Dr. Violeta Dimitrovska fid-9 ta` Settembru
Dr. Nebojsa Milenkovic fid-9 ta` Settembru
Dr. Livia Klembarova fid-9 ta` Settembru
Dr. Jovan Radakovic fid-9 ta` Settebmbru
It-tobba kollha kellhom il-Liċenzja tal-President tar-Repubblika maħruġa mill-Kunsill Mediku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tabib/speċjalista barranin li jiġi għal perjodu ta' ftit jiem taħt l-iskema ta' visiting consultant, iridx ikollu l-awtorita' li jipprattika ta' tabib wara li jintalab permess tal-kunsill mediku?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex isirilhom Holter ECG? Dawn kollha ngħatatilhom data meta ser isirilhom din l-investigazzjoni? Jekk fl-affermattiv liema hi dik id-data l-aktar 'l bogħod biex issir din l-investigazzjoni? Wara li pazjent jagħmel dan it-test, x'inhi r-raġuni li r-rapport jieħu ġimgħat sħaħ biex jinħareġ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li qed jistennew biex isirilhom Holter ECG huwa ta` 750. Dawn kollha ngħatatilhom data u s'issa din twassal sa l-aħħar ta` Mejju, 2002.
Dawn ir-rapporti jiġu nterpretati tlett darbiet fil-ġimgħa minn żewġ tobba. Waħda minnhom taħdem "partime". Minħabba n-nuqqas ta` "Junior Staff" dawn ir-rapporti ma jistgħux jiġu nterpretati qabel. Talbiet li huma urġenti jiġu rrapurtati minnufih.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li jsir obbligatorju li t-tobba jinfurmaw lid-Dipartiment bil-każijiet ta' ażma li jiltaqgħu magħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li skond il-provedimenti tal-liġijiet ta` pajjiżna, l-irrapurtar obbligatorju ta` mard speċifiku jkopri biss mard infettiv u għaldaqstant ir-risposta trid tkun fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pilloli nadolol, jinstabu fl-isptar San Luqa iżda ma jinstabux fl-ispiżeriji fiċ-ċentri tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-pilloli Nadolol 40mg ġew maqtugħa minn fuq il-Formolarju wara ftehim ma DTC (Drugs and Therapeutic Committee) fil-2/6/99. Minn din id-data l-GPS ma baqgħux jixtru dawn il-pilloli. Sal-ġimgħa l-oħra l-ispiżeriji tal-Gvern ta` Għawdex, Qormi, Mosta, Gżira, B'Kara, NOPD-SLH kien għad fadlilhom stock ta` din il-mediċina.
1) Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies ibagħtu minn overdose ta' drogi fl-isptarijiet f'Malta u Għawdex s'issa matul din is-sena?
2) Kemm kien hemm imwiet minn overdose matul l-istess żmien?
3) F'kull każ f'1 u f'2 kemm kienet irġiel u kemm nisa?
4) Kemm kellu l-iżgħar u kemm l-akbar vittma tad-droga?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Settembru 2001 in-numru ta` każi ta` "overdose" li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa jidhru hawn taħt:
It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44)
Kategorija B: Attentat ta` suwiċidju kkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64)
Katgorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14)
Kategorija
Irġ
iel
Nisa
Total
A
15
14
29
B
0
0
0
C
63
59
122
Ninsab infurmat ukoll li minn tagħrif miġbur mir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet jirriżulta li matul din is-sena s'issa kien hemm sitt (6) każi ta` mewt ikkaġunat minn "overdose". Dawn l-imwiet kienu ta` ħames (5) irġiel u mara waħda (1). L-etajiet kienu bejn 24 u 47 sena.
Mwiet kaġun ta` "overdose" jinkludu każijiet fejn l-'underlying cause of death' kienet ikklassifikata skond l-ICD-10 fil-kategoriji li jidhru fil-bidu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mis-7 ta' Settembru 1998 sallum għall-użu tal-Ministru, użu tas-Segretarjat, użu tad-dekasteru tas-saħħa inkluż kull fondazzjoni, kummissjoni, koperattiva u Zammit Clapp Hospital? F'kull każ separat, jista' l-Ministru jgħid 1) jekk hux ġodda jew second-hand 2) id-ditta u t-tip ta' karozza 3) għall-użu ta' min 4) kemm ġiet tiswa l-karozza 5) meta nxtraw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 29549, jista' l-Ministru jgħid jekk il-koperattiva KOLS Ltd ħarġitx sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ħaddiema tagħha u għall-ħaddiema fid-dekasteru tas-saħħa biex jingħataw sponsor ħalli jagħmlu l-kors li jwassal għall-MBA? Jekk fl-affermattiv, meta ġew u fejn ġew ippublikati dawn is-sejħiet għall-applikazzjoni, kemm applikaw ħaddiema u minn min kien iffurmat il-bord tal-għażla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bħala entita privata, il-KOLS mhix marbuta biex taddotta sistemi li japplikaw għal dipartimenti tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru angiograms fl-isptar San Luqa, sena b'sena, mill-1996 sa l-aħħar tas-sena 2000? Kemm minn dawn l-angiograms irriżultaw pożittivi? Kemm minn dawn l-angiograms wara kien jinħtieġ xi forma ta' intervent kijurġiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex isirilhom echocardiogram? Dawn kollha ngħatitilhom data meta ser isirilhom din l-investigazzjoni? Jekk fl-affermattiv, liema hi dik id-data l-aktar 'l bogħod biex issir din l-investigazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li qed jistennew biex isirilhom echocardiogram, mhux urġenti, hu ta` 1500. Dawn kollha ngħatatilhom data u sa issa din twassal sa l-aħħar ġimgħa ta` Awissu 2002.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-operazzjoni tal-cartipage għal kull professur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-waiting list għall-operazzjoni tal-cartilage hi kif ġej:
Konsulent
Arthroscopy
Mr. F. Zammit Maempel
over 300
Mr. A. Bernard
154
Mr. C. Grixti
84
Mr. C. Sciberras
over 400
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-operazzjoni tal-cruxiate għal kull professur
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-waiting list għall-operazzjoni tal-cruciate hi kif ġej:
Konsulent
Cruciate
Mr. F. Zammit Maempel
25
Mr. A. Bernard
10
Mr. C. Grixti
Mr. C. Sciberras
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-isptar Monte Karmeli? Jista' jgħid kemm minnhom għandhom permess li f'xi jum jingħaqdu mal-familja? Min jista' jibbenefika minn dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li sat-8 ta` Novembru 2001 kien hemm 497 pazjent ġewwa l-Isptar Monte Karmeli u 227 li kienu qegħdin bil-'leave'.
Infurmat ukoll li hu numru żgħir minn dawk li qegħdin ġewwa li m'għandhomx permess li f'xi jum jingħaqdu mal-familja minħabba li minn żmien għal żmien ikunu disturbati ħafna. Fil-fatt, 409 pazjent jibbenifikaw billi f'xi jum jingħaqdu mal-familja.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-konsulent li ismu qed jintbagħat separatament jerġa' jkun f'pajjiżna sabiex jagħti s-servizzi tiegħu lill-pazjenti li huma bżonnhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li dan il-konsulent għandu bħala data provviżorja biex jiġi Malta s-6 ta` Diċembru 2001. Imma din id-data għadha mhix ikkonfermata.
Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni riġward id-drittijiet li għandhom turisti li għandhom british passport bħala servizz tas-saħħa meta jkunu fuq btala f'pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li turisti bi "British Passport" li jkunu ilhom Malta għal mhux aktar minn 30 jum u li jkollhom ħtieġa ta` kura medika urġenti jistgħu jingħataw din il-kura bla ħlas f'xi wieħed mill-isptarijiet jew Ċentri tas-Saħħa tal-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid meta sejjer isir l-intervent kirurġiku fuq il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilha 5 xhur tistenna li ssirilha dik li hi magħrufa bħala molla biex tinfetħilha l-vina jew arterja tal-qalb?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 29472?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li pazjenti mill-Isptar Monte Karmeli jintbagħtu d-Dipartiment ta` l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa peress li jkunu jinħtieġu kura jew investigazzjonijiet speċjalizzati li jistgħu isiru biss fl-Isptar San Luqa. Dawn il-pazjenti normalment iridu jsegwu r-regoli tad-Dipartiment ta` l-Emerġenza rigward triage. F'dan il-każ il-pazjent konċernat qabeż is-sistema ta` triage u ddaħħal mal-ewwel fid-Diaprtiment ta` l-Emerġenza.
Peress li l-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinvolvi dettalji ta` natura personali. għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għal-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.