Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12816, il-Ministru ta' l-Intern irrifera l-ewwel parti ta' dik il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, jista' l-Ministru jgħid, mingħajr ma jingħataw ismijiet, kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' omiċidju volontarju quddiem il-qorti kriminali mill-1987 'il hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi l-persuni msemmijin f`din il-Mistoqsija jiġu mressqa l-Qorti u akkuzati mill-Pulizija Ezekuttiva, u billi l-Qrati ma jżommux statistika dettaljata dwar il-kazi, nissuġġerixxi li din il-mistoqsija tiġi riferita lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12817, il-Ministru ta' l-Intern irrifera l-ewwel parti ta' dik il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, jista' l-Ministru jgħid mingħajr ma jagħti ismijiet, kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet tal-ferita gravi segwita bil-mewt quddiem il-qorti tal-ġustizzja mill-1987 'il hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi l-persuni msemmijin f`din il-Mistoqsija jiġu mressqa l-Qorti u akkuzati mill-Pulizija Ezekuttiva, u billi l-Qrati ma jzommux statistika dettaljata dwar il-kazi, nissuġġerixxi li din il-mistoqsija tiġi riferita lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa tal-konkos li ngħata mill-Kunsill Lokali tar-Rabat matul dawn l-aħħar tlieta snin (li jkopru wkoll ix-xhur tas-sena 2000) fit-toroq rurali u urbani fil-konfini tar-Rabat?
Liema huma t-toroq li fil-fatt ingħataw dan il-konkos matul il-perjodu msemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mijiet ta' nies jitħallew jidħlu fil-qorti kuljum mingħajr ma jkun hemm sigurta' serja, minkejja li teżisti makna tas-sigurta' li kulħadd irid jgħaddi minnha fl-entratura tal-qorti? Japprezza l-Ministru li, għalkemm ikun hemm żewġ uffiċjali tas-sigurta' u anke pulizija preżenti, ħadd ma jitwaqqaf meta l-makna tas-sigurta' ddoqq l-alarm? Japprezza li b'hekk faċilment tista' tiddaħħal arma fil-qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jaħdmu l-local wardens mal-kunsilli lokali? Kemm ħarġu permessi ta' local wardens s'issa? Kemm-il applikazzjoni kellha l-ETC mingħand persuni li jirreġistraw għax-xogħol biex jibdew jieħdu taħriġ li jwassalhom għal-local wardens?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Peress li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi uża fondi pubbliċi biex alloka kuntratt ta' computing, u peress li jidher li l-ebda tender pubblika ma saret mill-istess kunsill, jista' l-Ministru jinvestiga biex jara jekk il-proċeduri finanzjarji u l-proċeduri normali ġewx esegwiti u jekk le, dan il-proċess jitwaqqaf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f`seduta oħra.
B'riferenza għall-avviż għall-għanijiet ta' l-Att ta' l-1996 dwar gwardjani privati u lokali (Att Nru. XIII ta' l-1996) nru 898 maħruġ fil-gazzetta tal-gvern nru.16,878 bid-data tas-26 ta' Novembru, 1999, paġna 8266, għaliex il-lista ta' l-applikazzjonijiet li rċieva l-Kummissarju tal-pulizija skond l-artikoli 7 u 8 ta' l-Att ta' l-1996 dwar gwardjani privati u lokali, ma ġietx stampata kif attwalment jindika l-avviż imsemmi? Jista' l-Ministru jagħti din il-lista ta' l-applikazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-Avviz No. 898 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-26 ta` November 1999 ġie pubblikat mill-Kummissarju tal-Pulizija, l-mistoqsija ghandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13460 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fi ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid terġa'tinfetah mill-ġdid il-gabbana u l-public toilet u jiġu rranġati l-pompi? Min huwa responsabbli tal-ġnien, il-Gvern ċentrali jew il-kunsill lokali Paola? Kemm hija l-kirja tal-gabbana? Hemm il-ħsieb li tonqos fil-prezz biex tagħmel kuraġġ lill-individwi li japplikaw biex b'hekk ir-residenti ta' Paola jkollhom post rikreattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni ta` Ġnien Pawlu Boffa, Paola taqa` taħt ir-responsabbilita` tal-Kunsill Lokali Paola.
Peress li l-amministrazzjoni tal-ġnien ghadu f`idejn it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, il-kiri tal-gabbana taqa` taħt ir-responsabbilita` ta` din it-Taqsima.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex sal-lum għadu ma ntlaħaqx ftehim dwar ir-reviżjoni tal-ftehim kollettiv għas-segretarji eżekuttivi mal-kunsilli lokali? Jista' jikkonferma l-informazzjoni li għandi li n-negozjati dwar il-ftehim kollettiv ħadu daqqa ta' ħarta wara li daħal fin-negozjati r-rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi? Il-Ministru huwa konxju li lil dawn il-ħaddiema qed joffrulhom kondizzjonijiet ta' xogħol inferjuri milli għandhom illum? Meta beħsiebu jintervjeni f'din il-kwestjoni biex ma jħallix il-kunsilli lokali jibqgħu jiġu milquta mill-azzjonijiet industrijali li qed jittieħdu bħalissa, b'detriment għaċ-ċittadini fid-diversi lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li ghadhom sejrin id-diskussjonijiet bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Union tas-Segretarji u l-partijiet l-oħra konċernati ma naħsibx li hu ghaqli li tinghata tweġiba f`dan l-istudju ghajr li nghid li d-domanda fiha ħafna asserzjonijiet ta` fatti li mhux minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus persuni mqabbda mill-Qorti biex iservu bħala "esperti tal-Qorti" matul is-sena 1999? kemm kien in-numru ta' persuni li tħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpelant illi l-ammont ta` flus imħallsa direttament mill-Qorti lill-persuni li servew bħala `esperti tal-Qorti` kien ta` LM231,733.
In-numru ta` esperti tal-Qorti li tħallsu kien ta` 192.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li inti għażilt li ma tattendix l-ewwel żjara presidenzjali lill-qrati Maltin?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-premessi tad-domanda tal-Onor. Interpellant huma żbaljati. Iż-żjara ma kienitx mill-President tar-Repubblika fil-Qorti iżda mill-President bħala Chairperson tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja lill-Ġudikatura.
Kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Ġudikatura huma u ghandhom jibqghu ndipendenti mill-Gvern u konsegwentament jidirlhi li l-ħaġa korretta kienet li jien la niġi mistieden u l-anqas nattendi.
Nista` nassigura lill-Onor. Interpellant li kieku ż-żjara saret mill-President tar-Repubblika lid-Dipartiment tal-Qorti kont inkun prezenti kif kien ikun d-dover u l-pjaċir tieghi.
B'riferenza għar-rapporti li l-qorti Maltija damet ma appuntat persuna biex tittraduċi dokumenti bl-iSpanjol konnessi ma' każ tal-feriment ta' Joseph Spiteri minn kadetti Cilejani, jista' l-Ministru jgħid x'wassal għal dan id-dewmien? Dan ifisser li l-qorti ma kenitx sabet il-persuna/i adatti mill-bidu għal dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-Qorti insistiet li t-traduzzjoni tad-dokumenti mill-Malti ghall-Ispanjol issir min persuna li mhux sempliċiment taf il-lingwa, iżda li l-kapaċita` taghha hi sostnuta min kwalifiċi akkademiċi.
Jista' l-Ministru jifli l-proposta li l-kunċett tal-plea bargaining jiġi kristalizzat u ntrodott fil-Kodiċi Kriminali stante l-fatt li, filwaqt li jsir regolament fil-Qorti Kriminali u huwa konswetudini, qatt ma jseħħ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u allura tajjeb li l-liġi tirregola dan l-istitut?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan is-suggeriment qieghed jiġi studjat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-allokazzjoni li kull kunsill lokali ħa bħala budget għal din is-sena bil-formula l-ġdida? Jista' jgħid ukoll kemm kienet l-allokazzjoni ta' kull kunsill fil-budget għas-sena li għaddiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.