Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33950 Sitting 754 2002-06-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu mill-pulizija kontra dawk li ħadu sehem fi ġlied u tkissir fl-istadium Nazzjonali f'Ta' Qali nhar il-Ħadd 26 ta' Mejju waqt il-logħba tat-tazza super cup bejn Hibernians u B'Kara? Tressqu xi nies il-qorti? Bl-liema akkużi? Il-pulizija kienu f'numru sodisfaċenti għall-logħba bħal din?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi in segwitu għall-inċidenti imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 8 persuni. Il-każ tagħhom għadu pendenti quddiem il-Qorti. Infurmat ukoll illi kien hemm numru adekwat ta` Pulizija skond ma kienu jirrikjedu iċ-ċirkostanzi.
Leg 9 PQ #33994 Sitting 754 2002-06-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid id-dipartiment tal-artijiet għadda l-art pubblika lis-sid li se jibni pompa tal-petrol wara l-ground tal-football fil-Mellieħa? Meta sar it-trasferiment? B'liema kundizzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ir-risposta hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #33941 Sitting 753 2002-06-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serq minn vetturi u ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena kemm ġew irrapportati serqiet ta' vetturi u serqiet minn vetturi? Kemm hu stmat li nsteraq mill-vetturi? Jista' jagħti l-figuri għall-Għawdex separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta` din is-sena il-Pulizija kellha 363 rapport ta` serq ta` vettura, li minnhom 25 kienu f`Għawdex u 1,388 serq minn vetturi li minnhom 25 kienu f`Għawdex. Il-valur irrapurtat ta` oġġetti irrapurtati misruqa minn vetturi kien ta` Lm148,957 f`Malta u ta` Lm7,137 f`Għawdex.
Leg 9 PQ #33942 Sitting 753 2002-06-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serq minn djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati serqiet minn djar privati fl-ewwel ħames xhur tas-sena? Kemm kien stmat mis-sidien li insterqilhom oġġetti mid-djar tagħhom? Jista' jagħti l-ammonti għal Għawdex separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta` din is-sena il-Pulizija kellha 279 rapport ta` serq minn residenza f`Malta u 13 f`Għawdex. Il-valur ta` oġġetti irrapurtati misruqa kien jammonta għal Lm219,236 u Lm4,345 rispettivament.
Leg 9 PQ #33945 Sitting 753 2002-06-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Hold-Ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus u oġġetti li nsterqu f'hold-ups matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? F'liema lokalitajiet saru dawn il-hold-ups? Jekk kien hemm hold-ups f'Għawdex, jista' jagħti dawn il-figuri separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-valur ta` oġġetti irrapurtati misruqa f`hold ups matul l-ewwel ħames xhur ta` din is-sena jammonta għal Lm54,908. Il-lokalitajiet fejn seħħew kienu Marsa, Attard, San Ġiljan, Floriana, Wied iż-Żurrieq, Qormi, Sliema, Swieqi, Ħaż Żebbuġ u San Pawl il-Baħar. F`Għawdex ma kien hemm xejn.
Leg 9 PQ #33955 Sitting 753 2002-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li sabiex persuna tibdel madum u aċċessorji f'kamra tal-banju ta' post tal-gvern trid tissottometti applikazzjoni lill-awtorita' ta' l-ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Le, il-bdil ta` madum tal-kamra imsemmija ma jirrikjedi ebda permess mill-MEPA ghax dak hu xogħol ikkunsidrat bħala manutenzjoni.

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati probation officers in konnessjoni ma' l-aħħar applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li in konnessjoni ma` l-aħħar applikazzjoni kienet ġiet impjegata Probation Officer waħda peress li l-persuna l-oħra li kienet ser tiġi mpjegata bħala Probation Officer għażlet li tibqa` taħdem fl-istess impjieg li kellha.

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet l-aħħar applikazzjoni sabiex jiġu mpjegati probation officers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet sabiex jiġu impjegati Probation Officers/Trainee Probation Officers kienet ġiet pubbikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta` Awissu 2000. Pero` kif jirriżulta mir-risposta li għadni kif tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33982 f`din l-istess Seduta, diġa` nbdiet proċedura biex tinħareġ sejħa oħra.

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-universita' li qegħdin isegwu l-kors li jwassal għad-diploma in probation services?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm ħames (5) studenti li qed isegwu l-kors li jwassal għad-diploma in Probation Services.

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru fil-konfront tal-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover li tgħix u taħdem f'Malta, tidħol u toħroġ minn pajjiżna x'ħin trid, u ilha tagħmel dan għal mhux anqas minn erba' snin? Huwa l-każ li din il-persuna stranġiera titkeċċa minn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna imsemmija mill-Onorevoli Interpellanti tinsab fuq liberta proviżorja fi proċeduri kriminali li hemm pendenti fil-konfront tagħha quddiem il-Qorti. Waħda mill-kundizzjonijiet tal-liberta` proviżorja hija li ma tistax tħalli dawn il-Gżejjer jekk mhux bl-awtorita` tal-Qorti. Infurmat ukoll illi f`dawn il-proċeduri kriminali hemm ukoll talba sabiex f`każ ta` ħtija din il-persuna titkeċċa minn Malta.
Leg 9 PQ #32340 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħaddiema Tekniċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru? Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?

Response (BORG, TONIO)

Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta` sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f`kull dipartiment, is-sigħat li tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu. Dipartiment Numru ta` Ħaddiema li ħadmu overtime fl-2001 Numru ta` sigħat li nħadmu fl-2001 Numru ta` sigħat li tħallsu fl-2001 Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti 7 858 858 Ċittadinanza u l-Expatriates 13 2,304.5 2,304.5 Sigurta` ta` l-Ajruport 2 28 28 Reġistrazzjoni Ċivili 14 1,493 1,493 Reġistru Pubbliku 15 170 170 Reġistru ta` l-Artijiet 26 4,214.75 4,214.75 Awtorita` ta` l-Ippjanar* 224 33,232 33,232 Protezzjoni Ċivili 107 36,940 36,477 Servizzi Korrettivi 206 69,034 69,034 Uffiċċju Konġunt 25 9,433 9,433 Taqsima Proprjeta` tal-Gvern 57 10,224 10,224 Pulizija 1,323 150,454 150,454 *Għas-sena finanzjarja li ntemmet fit-30 ta` Settembru 2001.
Leg 9 PQ #33835 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — San Ġiljan - Bejgħ ta' Xorb Alkoħoliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija identifikawx xi ħwienet fl-inħawi ta' San Ġiljan, u dan mhux eżattament f'Paceville, li qed ibiegħu fliexken tax-xorb alkoħoliku lil tfal li għad m'għandhomx 16-il sena? Jista' jara li l-pulizija tieħu ħsieb li ċerti ħwienet tal-merċa ma jibqgħux miftuħin wara l-ħin biex ma jsirx bejgħ ta' fliexken sħaħ ta' xorb alkoħoliku lil żgħażagħ taħt l-eta`?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi ġew identifikati mill-Pulizija xi ħwienet kif imsemmi fil-Mistoqsija. Infurmat ukoll illi l-Pulizija tad-Distrett ta` San Ġiljan jagħmlu ronda fl-inħawi, sabiex jassiguraw li l-ħinijiet ta` l-għeluq tal-ħwienet jiġu osservati.
Leg 9 PQ #33837 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Logħba bejn il-Birgu u St Georges

Question

Jista' l-Ministru jgħid min jiddeċiedi kemm għandu jkun hemm pulizija preżenti fil-grounds tal-football? Jista' jiġġustifika l-ftit pulizija li kienu preżenti għal-logħba tat-tielet diviżjoni play off bejn il-Birgu u St Georges fis-centenary stadium nhar il-Ħadd 19 ta' Mejju? Jaf il-Ministru li din kienet logħba magħrufa bħala high risk? Jaf li għal-logħba ta' anqas interess ikun hemm aktar pulizija? Jaf li f'din il-logħba partikolari l-pulizija ma setgħux jikkontrollaw kullimkien u kien hemm min qabeż fil-ground wara l-logħba? Jaf li weġġa pulizija li ġie attakkat minn numru ta' supporters? Kontra kemm-il persuna ttieħdu passi fuq kontravenzjonijiet ta' l-ordni pubblika fl-istess logħba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għal logħba msemmija mill-Onorevoli Interpellant il-Pulizija ħadet ħsieb li jkun hemm numru adekwat ta` Pulizija skond ma kienu jirrikjedu iċ-ċirkostanzi. Fil-fatt kien hemm tnax-il Pulizija u Spettur. Dan huwa id-doppju li jkun hemm fin-normal. Infurmat ukoll illi dwar l-inċident li nqala` fejn membru tal-Korp weġġa` ħafif, hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti kontra erba` persuni.
Leg 9 PQ #33839 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew rapurtati inċidenti tat-traffiku f' dawn il-junctions għal kull sena, mill-1987 sa 1991? F'kemm min dawn ġew irrapurtati ġrieħi ta' natura gravi, u kemm minhom kienu fatali - roundabout ta' Santa Luċia (qabel tibda Triq tal-Barrani) - ħruġ minn Ħal Tarxien għal ġo Triq tal-Barrani - ħruġ mit-Triq tal-Gudja għal ġo Triq tal-Barrani - ħruġ minn Triq San Leonard għal ġo Triq tal-Barrani - ħruġ minn Vjal 25 ta' Novembru (Zejtun) għal ġo Triq tal-Barrani - roundabout ta' Bir-id-Deheb - ħruġ mit-triq ta' M'Xlokk għal ġo Triq tal-Barrani?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.
Leg 9 PQ #33840 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew rapurtati inċidenti tat-traffiku f'dawn il-junctions għal kull sena, mill-1997 sa 2001. F'kemm minn dawn ġew irrapurtati ġrieħi ta' natura gravi, u kemm minnhom kienu fatali - roundabout ta' Santa Luċia (qabel tibda Triq tal-Barrani) - ħruġ minn Ħal Tarxien għal ġo Triq tal-Barrani - ħruġ mit-Triq tal-Gudja għal ġo Triq tal-Barrani - ħruġ minn Triq San Leonard għal ġo Triq tal-Barrani - ħruġ minn Vjal 25 ta' Novembru (Zejtun) għal ġo Triq tal-Barrani - roundabout ta' Bir-id-Deheb - ħruġ mit-triq ta' M'Xlokk għal ġo Triq tal-Barrani?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi tagħrif dwar inċidenti tat-traffiku huwa disponibbli taħt forma komputerizzata mill-1 ta` Jannar 1998 u jinżamm bit-toroq u mhux eżatt bil-post kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant it-tagħrif disponibbli huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #33918 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Naxxar — Bejgħ ta' Art

Question

Jista' l-Ministru jinformana għal liema raġuni biċċa art ġewwa n-Naxxar (L581/77) ħarġet għall-bejgħ darbtejn u d-darbtejn ġiet irtirata? Hemm ħsieb li terġa' toħroġ u jekk iva, meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-offerti li saru fl-ewwel sejħa ma ġewx aċċettati minħabba li d-Dipartiment ħass li seta jġib prezz aħjar. Fit-tieni sejħa ż-żewġ offerenti li kienu interessati fuq din l-art bdew proċeduri legali kontra d-Dipartiment ta` l-Artijiet għax kull wieħed minnhom ippretenda li jieħu d-dritt ta` l-ewwel rifjut peress li din l-art tmiss ma` proprjeta` tagħhom. In vista ta` dan id-Dipartiment iddeċieda li ma jagħti t-tender lil ħadd. It-tender tista` terġa` toħroġ meta d-Dipartiment jidhirlu li ma hemmx problemi legali.
Leg 9 PQ #33925 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi hemm għall-attivita' li għaddejja tal-luna park f'Pembroke? Għal liema jiem u għal liema ħinijiet tista' topera din il-luna park?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-luna park imsemmija mill-Onorevoli Interpellant għandha permess li topera mit-2 sad-29 ta` Ġunju 2002, bejn id-9.00am u s-1.00pm u mill-5.00pm sa nofs il-lejl. Dan il-permess tal-Pulizija inħareġ wara li kien hemm clearance mid-Dipartiment tal-Artijiet u mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #33926 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministu jgħid xi lmenti rċeviet il-pulizija dwar storbju mil-luna park f'Pembroke? X'passi ħadet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha ilmenti permezz ta` telefonati anonimi, li f`dan il-luna park kienet qed tindaqq mużika b`volum għoli. Dan kien għal ħabta ta` l-10.30pm. Il-Pulizija aċċediet fuq il-post fejn instab illi l-mużika li kien hemm kienet tali li normalment ikun hemm f`dawn il-luna parks. Madankollu il-persuna responsabbli ġiet imwissija mill-Pulizija sabiex ma toħloqx inkonvenjent.
Leg 9 PQ #33927 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministu jgħid x'livell ta' volum ta' mużika għandu permess il-luna park f'Pembroke? X'evalwazzjoni saret mill-pulizija dwar il-livell ta' volum permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-permess maħruġ mill-Pulizija għal luna park imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huwa li l-mużika tista` tindaqq biss sal-11.00pm. Jekk ikun hemm ilmenti l-Pulizija tinvestiga u tieħu l-passi meħtieġa skond dak li jirriżulta.
Leg 9 PQ #33959 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal major projects quddiem l-MEPA? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma għal outline development permits?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm 239 applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA li ġew referuti lill-Major Projects Team għall-ipproċessar. Ħdax minn dawn l-applikazzjonijiet huma Outline Applications.