Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26132 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti minħabba: i) Traffiku ta' Droga ii) Pussess u Traffikar ta' Droga iii) Pussess ta' Droga sena b'sena matul l-aħħar 5 snin? Kemm minnhom kellhom eta' ta' anqas minn 30 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, ċioe` mill-1996 sal-31 ta’ Mejju 2001, tressqu persuni l-Qorti minħabba traffikar/pussess ta’ droga kif ġej:- 1996 1997 1998 1999 2000 2001* Pussess u Traffikar ta’ Droga 70 72 98 109 128 55 Pussess u Droga 226 237 233 207 251 109 Persuni li kellhom anqas minn 30 sena 218 245 267 230 287 113 ¨ sal-31 ta’ Mejju.
Leg 9 PQ #26134 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Breathalyser Test

Question

Jista' l-MInistru jgħid kemm-il persuna ntalbet tagħmel breathalyser test f'dawn l-aħħar xhur? Kemm minnhom irriżultaw posittivi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-31 ta` Mejju 2001, kien hemm 42 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. Minn dan in-numru ta` testijiet, 32 irriżultaw pożittivi filwaqt li f`żewġ każi r-riżultat tat-test għadu mhux magħruf.
Leg 9 PQ #26135 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Pulizija fil-viċinanzi tal-Junior College fl-Imsida sabiex tiġi nfurzata l-liġi kontra żgħażagħ li allegatament qed jabbużaw mix-xorb u mid-droga fl-inħawi? Kemm tressqu l-Qorti f'dawn l-aħħar xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi jsiru diversi spezzjonijiet mill-Pulizija, kemm tad-Distrett kif ukoll tat-Taqsima ta’ kontra d-droga, fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Bħala riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet, kien hemm tlett okkażżjonijiet matul din is-sena fejn inħarġu ċitazzjonijiet kontra sidien ta’ ħwienet li nstabu li kienu qed jiksru l-kundizzjoni tal-liċenzja.
Leg 9 PQ #26171 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Prison Warden

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-persuna li d-dettalji tagħha qiegħdin jintbagħtu separatament illi taħdem bħala prison warden fil-faċilita korrettiva ta' Kordin tingħata t-transfer illi hija talbet mid-Diviżjoni illi hija qiegħha fija bħalissa, u dan minħabba raġunijiet serji ta' saħħa skond ċertifikati ppreżentari minnha diġa?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant hu mitlub li jindika għal liema post din il-persuna talbet "transfer".
Leg 9 PQ #26174 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Żabbar — Triq il-Farfett tal-Fejġel

Question

Jista' l-Ministru jara li jittellgħu ħitan mal-plots mhux mibnija li hemm fi Triq il-Farfett tal-Fejġel, Żabbar, u dan kif wara kollox titlob il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari mill-Onorevoli Membru, irid jingħad li l-Att ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ma jobbligax lis-sid biex ittella` ħitan madwar kull plots vojta. Pero` Sezzjoni 50 ta` l-istess Att tgħid: "Jekk l-Awtorita` jidhrilha li l-ġmiel jew siwi ta` żona huwa mħassar bid-dehra jew kundizzjoni ta` xi art, li tkun ġnien, sit vojt jew art oħra fil-beraħ, l-Awtorita` tista` tinnotifika lis-sid ta` l-art jew lil min ikun jokkupaha b`avviż li fih ikun meħtieġ li jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas il-ħsara li tiġi speċifikata fl-ordni". A bażi ta` din il-parti tal-liġi ser jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex is-sidien ta’ dawn il-plots jiġu identifikati u ordnati jnaddfuhom u jtellgħu boundary walls.
Leg 9 PQ #26176 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Scrap Yards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn scrap yards li għandhom il-permessi meħtieġa biex joperaw f'Malta kif wkoll f'Għawdex? Jista' jgħid fl'liema lokalitajiet jinstabu? Jista' jgħid wkoll kemm hawn scrap yards li qed joperaw u li ma għandhomx il-permessi meħtieġa? Jista' jgħid f'liema lokalita' jinstabu? X'qed isir dwar dawn u biex jirregolarizzaw il-posizzjoni tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hawn 8 liċenzji tal-Pulizija li jkopru scrapyards. Dawn jinsabu kif ġej:- 2 f`Ħal Luqa u 1 f`kull waħda minn dawn il-lokalitajiet: Kalkara, Għaxaq, Żejtun, Mosta, Burmarrad, San Pawl il-Baħar. Min-naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi hemm 73 azzjoni pendenti kontra scrap yards li m`għandhomx il-permessi meħtieġa f`dawn il-lokalitajiet: Birżebbugia 9 Għajnsielem 4 Għaxaq 1 Gudja 2 Iklin 2 Luqa 3 Mġarr (Malta) 9 Mosta 5 Marsascala 1 Marsaxlokk 2 Naxxar 1 Qormi 1 Qrendi 1 Rabat (Malta) 3 Siġġiewi 1 San Lawrenz 1 San Pawl il-Baħar 3 Santa Luċija 2 Xagħra 5 Xewkija 3 Żabbar 3 Żebbuġ (Malta) 1 Żejtun 6 Żurrieq 4 Dawn il-każi huma f`diversi stadji ta` proċess jiġifieri: Qegħdin fl-istadju fejn il-liġi tipprovdi għal sottomissjoni ta` appell kontra l-Avviż jew applikazzjoni sabiex jiġi ssanzjonat l-iżvilupp; jew Qegħdin jistennew eżitu minn appell jew applikazzjoni; jew Ġew riferuti sabiex tittieħed azzjoni diretta mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar stess.
Leg 9 PQ #26201 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tivverifika dak li qiegħed isir skond PA929/00 peress li jidher ix-xogħol ma jikkonformax mall-pjanti approvati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi saret spezzjoni mill-Uffiċjal ta` l-Infurzar inkarigat mill-Area u rriżulta li x-xogħol li sar s’issa huwa skond il-pjanti approvati fil-permess PA929/00, li nħareġ fis-7 ta’ Marzu, 2001. Bħalissa qiegħed isir xogħol ta’ tikħil fuq il-faċċata (fuq il-fil), li ukoll huwa kopert bl-imsemmi permess.
Leg 9 PQ #26222 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallsu is-sidien ta' postijiet li kienu twaqqgħu f'Marsa Road, Marsa u li l-qorti kienet qaltilhom li jitħallsu skond iż-żmien? JIstgħu dawn l-individwi jiġi nfurmati bl-aħħar żviluppi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`Marsa Road twaqqgħu b`kollox sitta u tletin (36) post. Il-ħlas lis-sidien ta` wieħed u għoxrin (21) post minnhom tlesta. Għar-rigward tal-ħmistax-il post li l-ħlas għadu ma sarx, qegħdin isiru r-riċerki neċessarji, biex dawn jitlestew mill-aktar fis possibli.
Leg 9 PQ #25247 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

U.E.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni minn pajjiżi membri ta' l-U.E. jew applikanti li qed jaħdmu f'Malta illum u/jew qed japplikaw biex jaħdmu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li għandhom permess jaħdmu f`Malta u li ġejjin minn pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea hu ta` 755 filwaqt li n-numru ta` dawk ġejjin minn pajjiżi applikanti hu ta` 166. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa hemm madwar 1,450 applikazzjoni li għadhom qed jiġu pproċessati, iżda f`dan l-istadju ta` proċessar ma tinżammx statistika dwar minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni.
Leg 9 PQ #25886 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Performance Bonus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il-Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus? Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju? X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?

Response (BORG, TONIO)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar uffiċjali fuq "performance agreement" fid-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #25919 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħsejjes

Question

Jista' jgħid x'passi ħadet il-pulizija tul din is-sena dwar ilmenti ta' ħsejjes ħerġin mill-post 62, St. Dominic Str, Sliema peress li qed jasluli rapporti li regolarment jinstema storbju ta' mużika anki fil-ħinijiet tas-sigħat bikrin ta' filgħodu bi tbatija kbira għal dawk li jgħixu fl-istess triq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena l-Pulizija ma sarulhiex rapporti ta` storbju ta` mużika mill-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Meta tirċievi rapport f`każijiet bħal dan, il-Pulizija tieħu l-passi neċessarji u jekk jirriżulta li jkun hemm provi biżżejjed ta` ksur tal-liġi jittieħdu passi bil-Qorti.
Leg 9 PQ #25995 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Priġunieri Libjani

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 25907, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu lill-Gvern biex ma joggezjonax li 4 priġunieri libjani jiġu trasferiti f'ħabsijiet fil-Libja? X'kienu r-raġunijiet li wasslu sabiex il-Gvern jirrifjuta li jikkunsidra favorevolment it-talbiet tat-3 priġunieri libjani l-oħrajn?

Response (BORG, TONIO)

Biex il-priġunier ikun jista` jiġi kkunsidrat għal trasferiment għal ħabs fil-Libja minn dak ta` Malta (jew viċi versa) irid ikun eliġibbli skond il-ftehim li jeżisti bejn iż-żewġ pajjiżi fuq din il-materja, fosthom li hu jrid ikun b`sentenza finali tal-Qorti, li jaċċetta li jiġi trasferit, u li ż-żewġ gvernijiet jaqblu wkoll, li s-sentenza fil-pajjiż fejn ikun qed jiskonta s-sentenza tkun tikostitwixxi offiża kriminali ukoll fil-pajjiż l-ieħor fejn ser jiġi trasferit. Il-Gvern adotta "policy" li jirreferi il-każ lill-Korp tal-Pulizija għall-opinjoni tagħhom. Fejn dan kien favorevoli, ingħatat approvazzjoni għat-trasferiment. Nerġa` nfakkar lill-Onor. Interpellant li ma jista` jsir l-ebda trasferiment jekk il-pajjiż li se jirċievi l-priġunier ma jagħtix il-kunsens tiegħu.
Leg 9 PQ #25996 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Priġunieri Barranin

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numri 25620 u 25907, jista' l-Ministru jgħid 1) għal-liema reati kienu ġew ikkundannati piena karċerarja l-erbgħa priġunieri Libjani li l-Gvern ma sabx oggezzjoni li jiskuntaw is-sentenza tagħhom f'pajjiżhom 2) Min huma? 3) Meta ġew arrestati 4) Meta tressqu l-Qorti 5) Meta ġew kkundannati 6) għal kemm żmien ġew ikkundannati l-ħabs 7) kemm kellhom jiskuntaw żmien fil-ħabs tenut kont ta' amnestiji u remissions u 8) kemm fadallhom żmien biex jiskuntaw is-sentenza tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed minn dawm l-erbgħa libjani kif wkoll għaż-żewġ olandiżi li l-każ tagħhom għadu qiegħed jiġi kkunsidrat, id-data meta applikaw biex jiġi trasferiti f'ħabsijiet f'pajjiżhom? Jista' jgħid wkoll x'passi ta' dixxiplina ttieħdu fil-konfront tagħhom, jekk kien emm, waqt il-perjodu ta' karċerazzjoni. Jista' jgħid min huma ż-żewġ olandiżi li l-każ tagħhom qiegħed jiġi ikkunsidrat?

Response (BORG, TONIO)

Sa issa t-trasferiment ma ġiex finalizzat; meta jkun finalizzat inkun nista` nagħti t-tagħrif neċessarju. Infakkar lill-Onor. Interpellant li jrid ikun hemm il-kunsens tal-Gvern Libjan, tal-Gvern Malti u tal-priġunier sabiex isir dan it-trasferiment.
Leg 9 PQ #26054 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jagħmel riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25067 dwar l-iżviluppar ta' l-aħħar parti ta' Triq id-Dragun f'Ħal Qormi u li tmiss ma' Triq il-Ħelsien u li hija magħrufa bħala New Street fi Triq il-Ħelsien? Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-planning schemes tal-lokalita' li tipproduċi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kif indikat mill-Ministru Ċensu Galea fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija msemmija?

Response (BORG, TONIO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi l-iskema uffiċjali ta` kif se tiġi żviluppata l-aħħar parti ta` Triq il-Ħelsien f`Ħal Qormi kantuniera ma` Triq id-Dragun. Din l-iskema ġiet approvata fil-11 ta` Ottubru 1999, wara deċiżjoni tal-Qorti ta` l-Appell, li kienet iddikkjarat parti mill-art f`din it-triq bħala art saqwi skond l-Att XVI ta` l-1967 (para 2b).
Leg 9 PQ #26097 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Xorb Alkoħoliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu bejjiegħa tal-ħwienet il-Qorti talli biegħu xorb alkoħoliku lil tfal taħt is-16-il sena, sena b'sena matul dawn l-aħħar snin?

Response (BORG, TONIO)

B`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 12783 u Nru. 22701, ninsab infurmat illi matul din is-sena, kien hemm persuna waħda li ġiet imressqa quddiem il-Qorti talli biegħet xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-16-il sena.
Leg 9 PQ #26131 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Car Wash

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk il-propjeta , garage no. 10, Triq in-Nutar Zarb, Ħ'Attard għandux permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tal-Pulizija sabiex iservi bħala car wash peress li din l-attivita qiegħda toħloq inkonvenjent kbir lil ġirien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ ilu jiġi segwit mis-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar peress li kien hemm diversi rapporti dwar dan il-garaxx. Jirriżulta li kienet saret applikazzjoni b`referenza PA 5602/96 għall-bdil t`użu minn garaxx għall-'showroom' ta` karozzi użati. Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata fis-7 ta` Mejju 1997. Għaldaqstant kien inħareġ Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq fil-15 ta` Settembru 1997, referenza ECF 920/97, talli sar bdil t`użu ta` garaxx għall-post minn fejn qiegħed isir negozju ta` vetturi. Irriżulta wkoll li wara spezzjoni minn uffiċjali ta` l-Infurzar, il-garaxx ma baqax jintuża bħala 'showroom' tant li nqala l-bieb tal-ħġieġ u tpoġġa bieb sħiħ ta` l-injam. Anke xi tabelli li kien hemm fuq il-bieb ġew maqlugħa. Għaldaqstant il-proċeduri ta` Infurzar skond l-imsemmi Avviż ma baqgħux jiġu segwiti għax is-sitwazzjoni ġiet regolarizzata. Pero` il-font imsemmi xorta qiegħed jiġi spezzjonat biex jiġu nvestigati rapporti fuq ħasil ta` karozzi. Għal dak li jirrigwardja l-Pulizija, ninsab infurmat illi l-post imsemmi mhux kopert b`liċenzja tal-Pulizija biex jopera. Infurmat ukoll illi għalkemm il-Pulizija qatt ma kellha xi rapporti dwar dan il-post, ser jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #25239 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi u Nassaba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi u nassaba jiksru xi regolament din is-sena? Kemm inqabdu fuq l-art u kemm fuq il-baħar u x'tip ta' regolarment kissru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` April 2001 inqabdu 140 persuna, 122 fuq l-art u 18 fuq il-baħar, jiksru r-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Leg 9 PQ #25240 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Copyright

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni il-qorti fuq ksur tal-liġi tal-copyright u kemm inqabad materjal illegali is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000 u t-30 ta` April 2001, il-Pulizija qadet 17-il persuna bi ksur tal-liġi dwar il-copyright. Il-materjal maqbud kien jinkludi ħwejjeġ, D.V.D`s, logħob, CD`s, smart cards, video cassettes u sigaretti.
Leg 9 PQ #25375 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (BORG, TONIO)

Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25974 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza Doppja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni kkwalifikaw u fil-fatt ingħataw iċ-ċittadinanza Maltija kif wkoll id-doppja ċittadinanza mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25175, ninsab infurmat illi minn mindu sar it-tibdil fil-Liġi taċ-Ċittadinanza li ġie fis-seħħ fl-10 ta` Frar 2000, in-numru ta` persuni li s`issa ġie lilhom ikkonfermat li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi huwa ta` 1,795 u n-numru ta` dawk li akkwistaw (jew reġgħu akkwistaw mill-ġdid) iċ-ċittadinanza Maltija huwa ta` 1,064.