Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37967 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal li jkollhom bżonn attenzjoni partikolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ssir mill-għalliema u/jew kap ta' l-iskola meta tifel/tifla jkunu ssuspettati li jkollhom bżonn ta' xi tip ta' attenzjoni partikolari biex jilqgħu għal xi learning difficulty?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema jkunu l-ewwel li jidentifikaw xi bżonn partikolari fit-tfal. L-Għalliema tal-klassi ħafna drabi jagħmlu l-ewwel kuntatt mal-'complementary teacher' li hemm f'kull skola. Meta l-għajnuna trid tkun iżjed speċjalizzata, bħal fil-każ ta' possibilita` ta' 'dyslexia', il-Kap ta' l-Iskola tibgħat rapport lill-Unit ikkonċernat u titlob li l-każ jiġi assessjat.
Leg 9 PQ #37974 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsijiet — Facilitators

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jerġa jkun hemm courses tal-facilitators?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tweġiba ma laħqitx waslet, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37735 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Self ta' flus

Question

Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u l-APS Bank Ltd biex dan il-Bank isellef flejjes lill dan il-Fondazzjoni, filwaqt li jpoġġi wkoll l-awtorizazzjoni maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi biex tali self ikun jista' jsir?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Mistoqsijiet Parlamentari ta' l-Onor. Membru li jidhru hawn taħt (kolonna A) kollha ġew ripetuti kelma b'kelma minkejja li ġew imwieġba fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari ta' l-istess Onor. Membru (kolonna B). Kolonna A Kolonna B PQ Nru imwieġba PQ Nru 37735 -- 35665 37854 -- 35655 37855 -- 35654 37857 -- 35657 37858 -- 35656 37874 -- 35660 37875 -- 35659 37879 -- 35665 37880 -- 35664 37883 -- 35662 37884 -- 35661 37896 -- 35668 37897 -- 36583 37899 -- 35665
Leg 9 PQ #37736 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola sekondarja tal-bniet fil-Mosta — Infiq ta' flus

Question

Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jgħid x'infiq sar fl-iskola sekondarja tal-bniet fil-Mosta mill-1 ta' Jannar 1994 sal-lum minn fondi tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu minn fondi kapitali u rikorrenti filwaqt li jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar f'din l-iskola fis-snin 1995, 1996 u 1997?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-ġbir ta' din l-informazzjon jinħtieġ ċertu żmien u jkun jista' jinġabar skond il-priorita` tax-xogħol.
Leg 9 PQ #37737 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Riżenji

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopji ta' l-ittra/i li l-membri fil-Bord ta' l-Inkjesta, biex tinvestiga l-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada ffirmaw biex jirriżenjaw mill-ħatra tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-dokument mitlub jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #37759 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Budget/riżorsi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37443, jista' l-Ministru jgħid fejn se jkun qed jiltaqa' dan il-panel fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin peress li mhux se jkun jista' jiltaqa' fejn iltaqa' s'issa minħabba xogħlijiet fil-bini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord ser jibda jiltaqa' f'parti oħra tal-kumpless li jagħmel ma' l-iskola ta' l-Imsida.
Leg 9 PQ #37862 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Coaches barranin — Skejjel

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37372, peress li jien naf li dan l-istat ta' fatt jeżisti, jista' jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-indaġini tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm żewġ coaches barranin, it-tnejn Jugoslavi, li qed jikkowċjaw fil-basketball average ta' siegħa kull wieħed fil-ġimgħa fl-iskola msemmija. Kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet iżda ma kienx hemm tweġiba. Għalhekk kien sar arranġament mill-iskola mal-Malta Basketball Association li qed tipprovdi lil din l-iskola b'dawn is-servizzi limitati ta' żewġ coaches esperti Jugoslavi.
Leg 9 PQ #37864 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Rapporti dwar tehid ta' drogi

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 37377 dwar rapporti ta' tehid ta' drogi fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm ftit każi ta' rapporti ta' suspetti ta' teħid ta' droga minn studenti. Il-proċeduri li ttieħdu kienu dejjem skond iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ. Kien hemm fejn intalab l-intervent tal-pulizija u ta' l-aġenzija governattiva Sedqa. F'każijiet oħrajn ma kienx hemm il-ħtieġa, speċjalment fejn ma kienx hemm suspetti serji. Biss dejjem ġew segwiti l-proċeduri tal-policy stabbilita fid-dokument ta' Settembru 2001 "Tackling Substance Abuse - Procedures for Schools".
Leg 9 PQ #37870 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Furjana - Skola primarja

Question

Jista' d-dipartiment jikkonsidra li jitranġaw ħsarat fis-saqaf u f'gallarija fl-iskola primarja tal-Furjana?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed taħdem fuq audit komprensiv tal-bżonnijiet ta' l-iskola primarja tal-Floriana biex jitwettaq pjan ta' refurbishment sħiħ ta' l-iskola fil-parametri tal-proġett tal-Gvern għall-iskejjel tiegħu.
Leg 9 PQ #37731 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Divizjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatistika miġbura mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni skola, skola, sena b'sena hekk kif kienet fl-aħħar ta' Ġunju 2002, subien u bniet għalihom għall-iskejjel statali f'Malta u Għawdex kif ukoll lista ta' l-impjegati kollha skola skola, sena b'sena għal dawk li jaħdmu ġo klassi u wkoll għal dawk li mhux assenjati klassi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37732 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Oġġetti u materjal mixtri

Question

Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' inventarju miżmum mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għal dawk l-oġġetti u materjali li xtrat għaliha jew inkella biex jintużaw fuq xi lant partikolari tax-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37733 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat xi tħallsu l-membri tal-board tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada xahar b'xahar mill-10 ta' Mejju 2001 sal-lum.

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37723 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola primarja Wied il-Għajn — Pagamenti

Question

Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' pagamenti li saru mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu fil-perjodu l-1 ta' Jannar 1994 sal-lum minn fondi rikorrenti u kapitali favur inizjattivi fl-iskola Primarja ta' Wied il-Għajn filwaqt li jgħid kull nefqa liema awtorizazzjoni kellha biex issir?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37724 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-awtorizazzjoni mogħtija mill-Ministeru tiegħu lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada biex din tkun tista' tissellef mill-APS Bank?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37725 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija — Liċeo tal-bniet

Question

Jista' il-Minstru jgħid meta ingħata bidu għat-tqiegħed ta' l-ewwel ġebla tal-Liċeo tal-bniet f'Santa Luċija u meta dan l-istess Liċeo laqa' fi ħdanu l-ewwel studenti tiegħu filwaqt li jgħid x'kienu l-faċilitajiet użati minn dawn l-ewwel studenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37726 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, b'mod dettaljat, lista ta' xogħlijiet u pagamenti billi juri meta saru u lil min, mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada fil-perjodu 1 ta' Jannar 2002 sal-lum fir-rigward tal-Liċeo tas-Subien f'Kordin u ta' l-iskola primarja tal-Pieta` filwaqt li jgħid ukoll x'pagamenti huma antiċipati li jsiru xahar b'xahar mil-lum sal-31 ta' Diċembru 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37727 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Impjieg ta' Messaġġier

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' xogħol li permezz tiegħu l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada mpjegat messaġġier magħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37728 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Liċeo tal-Bniet f'Pembroke — Xogħlijiet f' wings A u B

Question

Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni b'mod dettaljat igħid x'intefaq fuq xogħlijiet f'Wings A u B fil-Liċeo tal-bniet f' Pembroke billi jagħti infieq dettaljat ta' xi tħallas f'pagi u overtime mpjegati tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, kuntratturi tal-Kumpannija Kalaxlokk u Dipartimenti, Korporazzjonijiet, Kumpanniji u Koperattivi oħra Governattivi filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-ittri ta' aċċettazzjoni ( Letters of Acceptance ) li permezz tagħhom setgħu jsiru tali xogħlijiet u kopji ta' l-aporvazzjonijiet relattivi li nkisbu mill-Ministeru tal-Finanzi biex tali xogħlijiet jiġu segwiti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37796 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Drivers Personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm drivers personali miegħu u mas-Segretarju Parlamentari?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numur ta' drivers/security hu kif hu stabbilit mid-direttiva dwar drivers/security għall-Ministri / Segretarji Parlamentari.
Leg 9 PQ #37717 Sitting 841 2002-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-sejħiet għall-offerti dipartimentali maħruġa mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada mill-1 ta' Jannar 2002 sal-lum u li meta l-istess sejħiet għalaq iż-żmien tal-pubblikazzjoni tagħhom irriżulta li qabżu l-figura ta' Lm 20,000. Għaldaqstant, jista' l-Ministru jgħid liema minnhom ġew riferuti lid-Direttur tal-Kuntratti, mil-liema minnhom sar tnaqqis ta' kwantitajiet jew items biex jiġu taħt il-valur ta' Lm 20,000 u għalhekk għal liema minnhom kellhom jerġgħu joħorġu sejħiet għall-offerti ġodda peress li jkun sar dan it-tnaqqis iżda fl-istess ħin xorta jkun meħtieġ li jiġu prokurati tali ħtiġijiet filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Letters of Acceptance, kollha li ħarġu minn din il-Fondazzjoni flimkien mal-Bills of Quantities rispettivi tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.