Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #13089 Sitting 286 2005-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Diretturi u chairpersons

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Leg 10 PQ #13260 Sitting 286 2005-07-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jagħti statistika ta' kemm saru trips ta' safar matul l-2002, l-2003, l-2004 u l-2005 sal-lum minn persuni fis-settur pubbliku kollu, cioe' persuni li mhux biss jaħdmu fiċ-ċivil imma wkoll fis-settur pubbliku kollu, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onorevoli Membru, li tkopri medda ta' erba' snin, trid ħafna żmien biex tinġabar u naħseb li l-ħin tal-uffiċċjali li jkunu jridu jitqabbdu biex jiġbruha jista' jintuża aħjar.
Leg 10 PQ #13329 Sitting 286 2005-07-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Studenti — Żjarat fil-mużewijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ttieħdu mill-iskola tagħhom biex iżuru l-mużewijiet minn Jannar 2005 sal-lum? Tinżamm statistika ta' kemm minnhom kienu mill-iskejjel ta' l-Istat? Jekk iva, jista’ jagħti l-ismijiet ta' l-iskejjel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #13227 Sitting 285 2005-06-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kien hemm 6 persuni li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel xhur tas-sena f'dipartimenti/dekasteri/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura.
Leg 10 PQ #13066 Sitting 284 2005-06-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Proġett tal-Kottonera

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet li suppost iridu jsiru mill-ministeru tiegħu marbuta mal-proġett tal-Kottonera, għadhom ma sarux u se jsiru din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onor interpellant li m'hemm l-ebda xogħol pendenti xi jsir mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura fil-Proġġett tal-Kottonera.
Leg 10 PQ #13080 Sitting 283 2005-06-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dipartiment tal-mużewijiet — Sejba ta' katakombi f'Targa Gap

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-mużewijiet huwiex se jiskava f'art jew ġonna privati li hemm f'Targa Gap fejn instabu katakombi dan l-aħħar u jekk le, għaliex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-art fejn jinsabu il-katakombi magħrufa bħala Tal-Bistra, limiti tal-Mosta, jinsabu kollha ġewwa propjeta tal-Gvern. Dan jinkludi dawk il-katakombi li reġgħu inkixfu mill-ġdid iktar kmieni dis-sena, waqt xogħol ta’ tranġar tat-toroq. Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hija responsabli għall-investigazjonijiet li għaddejjin f’din il-parti tal-katakombi reċentement mikxufa. Dawn l-investigazjoniet se jitkomplew mis-Sovrintendenza biex is-sit jigi dokumentat u skavat kif jixraqlu. Il-bqija tas-sit magħruf bħala Tal-Bistra kien ġie skavat fil-1914 u fil-1933 mid-Dipartiment tal-Muzewijiet.
Leg 10 PQ #13152 Sitting 283 2005-06-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Mużewijiet/siti storiċi — Żjarat minn tfal ta' l-iskola

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tfal ta' l-iskejjel żaru mużewijiet u siti ta' wirt storiku matul is-sena 2004 xahar b'xahar u kemm żaru l-istess postijiet matul ix-xhur Jannar - April 2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #12980 Sitting 282 2005-06-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajja ta' Buġibba

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-bajja ta' Buġibba li se tiġi rranġata? Min se joħroġ il-flus? Wara li tiġi rranġata, il gvern se jgħaddi din lill-privat? Jekk iva, kif?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-istima tal-bajja hija ta' Lm 400,000 imma dan jiddependi mir-reviżjonijiet tekniċi li jistgħu jinfluenzaw is-somma msemmija. Dwar il-finanzjament tal-bajja, qegħdin jiġu preparati skemi li jistgħu jinvolvu partnership mal-privat. Bħal fil-każ tal-bajja ta' San Ġorġ, din il-bajja mhux ser tgħaddi lill-privat, iżda jiġi kkonsidrat beach enroachment, li huwa neċessarju biex ikun possibli li l-manutenzjoni tal-bajja jiġi kopert.
Leg 10 PQ #13148 Sitting 282 2005-06-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'Diċembru 1998 u f'Ġunju 2004 x'kien in-numru ta' lukandi fil-kategorija 5 star, 4 star 3 star, 2 star 1 star u unclassified fil-gżira ta' Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #13151 Sitting 282 2005-06-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Applikazzjoni tal-kumpannija Maryna Chu Ltd

Question

Tista' tintlaqa' l-applikazzjoni tal-kumpannija Maryna Chu Ltd (ta' Maryna Chupika) Ref TRA/M/49 li applikat ma' l-awtorita' Maltija għat-turiżmu biex topera fl-incoming tourism? Għaliex ma ntlaqgħetx din l-applikazzjoni meta kumpanniji oħra simili tħallew joperaw u ngħataw il-permessi meħtieġa biex joperaw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tas-Sinjura Chupika, ċittadina mill-Ukraina, qed tiġi proċessata skond normi stabbiliti bħal ma jiġu proċessati applikazzjonijiet simili minn barranin biex jieħdu liċenza joperaw bħala aġenti ta' l-ivjaġġar. Is-Sinjura Chupika ġiet mitluba s-sena l-oħra biex tissottometti dokumenti ma' l-applikazzjoni tagħha. L-Awtorita' reġgħet kitbet lis-Sinjura Chupika din is-sena titlobha dawn id-dokumenti biex l-applikazzjoni tagħha tkompli tiġi proċessata. Billi dawn baqgħu ma waslux, l-Awtorita' ma kienietx f'pożizzjoni li tkompli tiproċessa din l-applikazzjoni.
Leg 10 PQ #13165 Sitting 282 2005-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kien hemm 7 ħaddiema/uffiċjali li jaħdmu ma' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura li ġew sospiżi jew immultati.
Leg 10 PQ #13188 Sitting 282 2005-06-21 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Host families — Tiġdid ta' permessi

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm host families li ma ġeddewx il-permess tagħhom għall-2005? Jista' jagħti rendikont ta' kemm kien hemm host families liċenzjati sena b'sena mill-2001?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numri ta' Host Families liċenzati biex iżommu studenti magħhom bejn is-sena 2001 u s-sena 2005 kienu dawn: 2001 - 1,031 2002 - 1,097 2003 - 1,258 2004 - 1,691 2005 - 856 (sa llum) Naturalment, billi għadna f'Ġunju, hemm Host Families li kienu liċenzati s-sena l-oħra iżda li għadhom ma ġeddewx il-liċenza tagħhom għal din is-sena. Għalhekk, iċ-ċifra ta' 856 mistennija tiżdied fix-xhur li ġejjin kif jiġri kull sena.
Leg 10 PQ #12959 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għadira — Lukanda

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk lukanda ewlenija li hemm fit-tarf tal-bypass tal-Mellieħa quddiem il-bajja hijiex se tingħata parti mill-bajja ta' l-Għadira biex timmaniġġjaha hi bi ħlas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #12988 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Ġarr ta' turisti bid-dgħajjes

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jaqbilx ma' l-idea li qed tissemma li sidien tad-dgħajjes li jġorru t-turisti f'Għawdex jibdew iħallsu Lm30 kull darba li jużaw il-moll ta' l-Imġarr f'Għawdex? Ma jaħsibx li dan ikisser lill-operaturi b'taxxa ġdida, tant li jkollhom iżarmaw għax dan iżidilhom l-ispejjeż u jgħolli ħafna s-servizz li jagħtu lit-turisti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

A tenur ta' l-Ordni Permanenti tal-Kamra tad-Deputati numru 27 (5), ma nkunx korrett li nagħti tweġiba għal din it-tip ta' mistoqsija.
Leg 10 PQ #13019 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Belt Valletta — Mediterranean Conference Centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-residenti ta' Old Wells Str, il-Belt Valletta għadhom isofru l-inkonvenjent ta' ħsejjes ta' air-conditioners u ħsejjes ta' mużika ġejjin minn naħa tal-Mediterranean Conference Centre?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta’ l-air-conditioners, ninsab infurmat li kif konfermat f’numru ta’ risposti mogħtija lil din il-Kamra, b'mod partikolari PQ 11682, 11683 u 11684, diversi kienu l-miżuri li ttieħdu. L-air-conditioners, kif wiegħed il-Bord ta’ Tmexxija, issa twaħħlu f’posthom u qed issir l-aħħar komunikazzjoni interna qabel dawn jibdew jintużaw. L-inkonvenjent diġà naqas sostanzjalment u mistenni li jonqos aktar hekk kif jibdew jintużaw l-air-conditioners il-ġodda. Dwar il-mużika, ninsab infurmat li hawn ukoll qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji u dan ukoll naqas drastikament.
Leg 10 PQ #13020 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Belt Valletta — Mediterranean Conference Centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet tal-Mediterranean Conference Centre biex jispiċċa l-inkonvenjent ta' ħsejjes ta' air-conditioners u ħsejjes ta' mużika għolja li qed jagħmlu l-ħajja diffiċli għar-residenti ta' Old Wells Str, il-Belt Valletta, speċjalment bil-lejl?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Numru 13019.
Leg 10 PQ #13062 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Raħal Ġdid — Palazz Perellos

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġi restawrat il-Palazz Perellos li jinsab f'Arcade Str, Raħal Ġdid li qiegħed jaqa' biċċiet u hija ħasra li wirt storiku bħal dan jiġi mitluq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Palazzo Perellos hija dar storika tas-Seklu Tmintax li tinstab ġewwa l-Urban Conservation Area ta’ Raħal Ġdid. Ninsab infurmat li Palazzo Perellos illum tinsab maqsuma f’varji propjetajiet privati, skond informazzjoni miġbura mis-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali. Is-Sovrintendenza qed tħares mill-qrib lejn din il-proprjeta kulturali bl-iskop li tiġi skedata u protetta bl-aħjar mod possibli.
Leg 10 PQ #13137 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Shelters tal-gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar shelters tal-gwerra li jinsabu fi proprjetajiet privati - speċjalment fejn hemm urban conservation zones? X'inhi l-pożizzjoni tas-suprintendent tal-wirt kulturali f'każi fejn dawn jistgħu jiġu meqruda fi żvilupp? Jikkonsidra il-Ministru li dawn ix-shelters għandhom jiġu mħarssa, billi aktar ma jgħaddi ż-żmien inqas hemm każi ta' shelters intatti u aktar ikollhom valur storiku?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-shelters tat-Tieni Gwerra Dinjija huma monumenti storiċi, u huma protetti taħt l-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali (2002). Il-pożizzjoni tas-Sovrintendenza hi li dawn il-monumenti storiċi għandhom jiġu imħarsa u ma għandux isirilhom ħsara, anki f’każ ta’ żvilupp ta’ art pubblika u privata. Mit-twaqqif taghħa fil-2003 is-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali għamlet mill-inqas disa’ interventi biex jiġu mħarsa shelters tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn il-kazijiet kienu: 2005 – 2 każijiet (Mtarfa, Gzira) 2004 – 5 każijiet (San Pawl il-Bahar, Zejtun, Rabat, Victoria) 2003 – 2 każijiet (Hamrun, Mtarfa)