Legislature:
Category:
Reset
Active:

Refund tat-taxxa tal-VAT fuq reġistrazzjoni tal-karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw lura flus s’issa permezz tar-refund tat-taxxa tal-VAT fuq reġistrazzjoni tal-karozzi u kemm kienu l-persuni li bbenefikaw s’issa mir-refund tat-taxxa tal-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi għall-2014, l-2015, u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Kemm huwa mistenni li jingħataw flus lura sakemm tiġi eżawrita din l-iskema? Kemm huwa mistenni li jibbenefikaw persuni sakemm tiġi eżawrita din l-iskema?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fis-sena 2014 kien hemm 29,126 persuna li ħadu pagament ta’ Ewro 110 jew ta’ Ewro 55 bħala refund ex-gratia ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi. L-ammont totali li ingħata lura fi flus s’issa permezz tar-refund tat-taxxa tal-VAT fuq reġistrazzjoni tal-vetturi kien ta’ Ewro 3,274,480.00 fis-sena 2014 filwaqt li fis-sena 2015 kien hemm 3,336 persuna li ħadu l-ħlas kollu dovut bħala refund ta’ VAT fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi reġistrati bejn l-1 ta’ Mejju u l-aħħar ta’ Diċembru 2004. Dawn ingħataw l-ammont ta’ Ewro 2,315,847.57 Transport Malta għandha wkoll allokat baġit ta' €4.3 miljun għall-għotjiet li ser jitħallsu fil-2016 għal sidien ta’ vetturi li rreġistraw vettura fil-2005. Bħalissa l-Awtorita’ qiegħda tilqa’ l-applikazzjonjiet għal dawk is-sidien ta’ vetturi li rreġistraw vettura fl-2005 L-ammont ta’ persuni li mistennija jibbenefikaw minn din l-iskema jkun magħruf fis-sena 2019 meta jiġu eżawriti l-iskemi kollha.

San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – sistema ta’ sinjali tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li s-sistema ta’ sinjali li saret, marbuta mal-bidliet li daħlu fis-seħħ fis-sistema tat-traffiku f'San Ġwann fil-junction ta' bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli mhux qed tinforma lis-sewwieqa minn kmieni, imma s-sewwieqa qed isibu ma' wiċċhom dawn is-sinjali tas-sistema l-ġdida tard wisq u meta jkunu ħadu d-direzzjoni l-ħażina?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26285.

San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – kampanja informattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li għandha ssir kampanja informattiva biex is-sewwieqa jkollhom aċċess faċli għall-bidliet li saru fis-sistema tat-traffiku fil-junction ta' bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli f’San Ġwann sabiex jilħqu jagħżlu r-rotta li se jgħaddu minnha, qabel jaqbdu t-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26285.

Kappara Junction – Sistemi tat-traffiku — kampanja informattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra kampanja informattiva fid-djar u fuq il-media dwar bidliet li se jsiru fis-sistemi tat-traffiku fiż-żona madwar il-Kappara Junction biex minn issa jibdew jindraw is-sistemi ġodda ta' rotot?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26285.

San Ġwann – sistema tat-traffiku – rotot tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bil-bidliet fis-sistema tat-traffiku f'San Ġwann kenux affettwati xi rotot tat-trasport pubbliku? Liema kienu dawn ir-rotot u kif kienu affettwati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba t-tibdil li kien hemm fis-sistema tat-traffiku f’San Ġwann, ir-rotot 22, 24, 35, 120, 202 u 203 kellhom ir-rotta modifikata. Minkejja din il-modifika, il-bus stops kollha baqgħu jiġu servuti hekk kif kienu jiġu servuti qabel dan it-tibdil.

San Ġwann – bidliet fis-sistema tat-traffiku – rotot tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li topera s-sistema tat-trasport pubbliku kenitx infurmata bil-bidliet fis-sistema tat-traffiku f'San Ġwann? Jekk fl-affermattiv, meta kienet infurmata l-kumpanija u jekk is-sewwieqa li joperaw il-karrozzi tal-linja fiż-żona kenux infurmati b'tali bidliet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċedura addottata minn Transport Malta hija li l-operatur tat-trasport pubbliku jiġi nfurmat fl-eventwalita’ ta’ tibdil ta’ sistemi jew immaniġġjar tat-traffiku.

San Ġwann u l-Kappara – bidliet fis-sistemi tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru f'dan l-istadju, jgħid fejn se jsiru aktar tibdiliet fis-sistema tat-traffiku fiż-żona ta' San Ġwann u Kappara b'rabta mal-proġett tal-Kappara Junction? Jista’ jagħti d-dettalji ta' dawn il-bidliet? Meta se jidħlu fis-seħħ? Se jkunu temporanji jew permanenti? Kemm se jiġu jiswew ix-xogħlijiet fuq tali ħidmiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26285.

Il-Fgura – Triq San Tumas – servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jiġi estiż is-servizz tat-Trasport Pubbliku sabiex tgħaddi karozza tal-linja mill-Fgura sa Ħal Tarxien mill-parti ta’ fuq ta’ Triq San Tumas Fgura?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li Triq San Tumas ġewwa l-Fgura hija kemm xejn twila, liema triq taqsam il-lokalita’ minn tarf għal-ieħor, nitolbu sabiex ikun aktar speċifiku għal-liema parti ta’ Triq San Tumas qed jirreferi għaliha.

Kunsilli lokali — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif li ntalab fil-mistoqsija parlamentari 25985 u ċjoè jgħid liema mix-xogħol indikat fit-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 25505, 25506 u 25507 fil-fatt jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-kunsilli lokali rispettivi u mhux taħt il-Gvern Ċentrali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista mpoġġija mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25985 huma xogħlijiet li jinsabu f’ dawk li jitqiesu bħala konfini tal-Kunsilli Lokali rispettivi.

Il-Mosta – Triq Wied is-Sir – problema ta’ għargħar

Question

Billi fi Triq Wied is-Sir, il-Mosta, teżisti problema ta’ għargħar (meta tagħmel ix xita), bil-konsegwenza li ċertu djar jegħrqu, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan l-għargħar ma jibqax iseħħ? Billi jidher li Transport Malta kienet ħarġet xi tender biex ikun jista’ jsir xogħol f’din it-triq, jista’ jikkonferma li fil-fatt ħarġet din it-tender? Jekk le, jista’ jara li toħroġ tender biex dan ix-xogħol isir?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tender kien ikkanċellat. Inżid, illi din it–triq għadha fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obbligi tagħhom. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akkwist.

Tallinja Card — ritratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'se jkun qed jiġri fil-każ ta' dawk il-persuni li għad m'għandhomx l-ID card, għax għadhom żgħar, u lanqas għandhom passport, li iżda għandhom tallinja card, għaliex dawn ma jafux x'se jagħmlu issa li tallinja card trid tkun bir-ritratt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tfal t' għaxar snin jew iżgħar ma jkollhomx ritratt fuq it-tallinja card tagħhom. Persuni li m'għandhomx il-karta tal-identita’ jkunu jridu jissupplixxu lill-operatur tat-trasport pubbliku b'ritratt tagħhom, li jista’ jkun kemm b'format elettroniku jew inkellha ritratt stampat. Sal-24 ta' Ġunju dawn il-cards kienu qed jiġu mibdulin ġewwa l-Istitut Kattoliku, il-Furjana. Wara din id-data, dawk il-cards li m’għandhomx ritratt qed jiġu di-attivati. Wara din id-data u għal perjodu limitat ta’ żmien, sabiex tiġi mibdula din il-card persuna tkun trid tmur ġewwa wieħed mit-ticket booths li jopera l-operatur tat-trasport pubbliku li jinsabu ġewwa il-Belt Valletta, tas-Sliema, l-Ajruport, l-Universita’, l-Isptar Mater Dei u Victoria Għawdex. Ikun hemm ħlas ta’ €5 kif ukoll l-ispejjeż tal-posta sabiex il-card tinbidel. Wara dan il-perjodu limitat, il-cards ikunu jistgħu jiġu mibdula biss mill-kiosk tal-operatur tat-trasport pubbliku ġewwa l-Belt Valletta.

San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – konsultazzjonijiet dwar tibdil fis-sistema tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu, jew rappreżentanti tal-Ministeru tiegħu jew inkella rappreżentanti ta’ Transport Malta humiex se jkunu qed jagħmlu xi laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar it-tibdil fis-sistema tat-traffiku f’San Ġwann, b’mod partikolari t-tibdil li sar fil-junction ta’ bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nżammu numru ta’ laqgħat f’dawn l-aħħar xhur speċifikament fuq din is-sistema tat-traffiku. Dawn il-laqgħat dejjem saru fil-presenża tas-Sindku, Kunsilliera u s-Segretarju Eżekuttiv min-naħa tal-Kunsill ta’ San Ġwann, uffiċjali mid-Direttorat tat-Toroq u uffiċjali mid-Direttorat tal-Immaniġġjar tat-Traffiku u Sigurta’ fi ħdan Transport Malta. Saru wkoll laqgħat b’mod regolari ma’ rappreżentanti tal-GRTU. Is-sistema kif qed titħaddem llum ġiet maqbula minn dawk preżenti. Addizzjonalment, ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema li qiegħda titħaddem fi Vjal ir-Riħan u t-toroq tal-madwar tifforma parti minn pjan holistiku li jindirizza l-influss tat-traffiku, north-bound u south-bound, minħabba l-Proġett tal-Kappara. Is-sistema addottata hija ntenzjonata li tiffaċilita l-influss tat-traffiku li se jiġi ddevjat f’diversi toroq skont id-destinazzjoni tas-sewwieqa. L-implimentazzjoni ta’ din is-sistema kienet maqsuma fuq diversi fażjiet li kienu jinkludu xogħlijiet infrastrutturali, xogħlijiet ta’ line markings u organizzazzjoni tal-parking bays kif ukoll, fl-aħħar fażi, l-installazzjoni tat-tabelli u sinjali neċessarji. Dawn ix-xogħlijiet kollha saru skont l-istandards applikabbli. Transport Malta qiegħda kontinwament ssegwi s-sitwazzjoni u l-andament tat-traffiku permess tal-Enforcement Officers fuq is-sit kif ukoll permezz tal-preżenza ta’ uffiċjali oħra mid-Direttorat tat-Toroq. Ix-xogħlijiet li kellhom isiru fuq it-toroq identifikati bħala toroq alternattivi għal tul il-Proġett tal-Kappara huma prattikament lesti u m’hemmx ippjanati xogħlijiet kbar addizzjonali. Il-pjan totali għall-immanniġġjar tat-traffiku marbut mal-Proġett tal-Kappara se jkun ikkomunikat fil-ġimgħat li ġejjin qabel ma’ dan il-pjan jiġi attwalment implimentat. Il-kommunikazzjonijiet se jkunu qegħdin jispjegaw, fid-dettall, it-toroq alternattivi kollha u d-devjazzjonijiet neċessarji sabiex is-sewwieqa u l-pubbliku in ġenerali jkollu l-informazzjoni kollha meħtiega. Il-pjan tal-implimentazzjoni jolqot diversi lokalitajiet li jinkludu San Ġwann, San Ġiljan, tas-Sliema, Gżira, is-Swatar, B’Kara, Ta’ Xbiex, l-Ibraġġ, Madliena, s-Swieqi, l-Imsida u Għargħur. L-ispejjeż kollha marbuta max-xogħlijiet li saru se jkunu ippubblikati fil-ħin opportun. Ta’ min izid li parti kbira minn dawn ix-xogħlijiet ser jigu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea. L-iskemi tal-immanniġġjar tat-traffiku marbuta mal-Proġett tal-Kappara ġew spjegati u diskussi fid-dettal f’laqgħa li Transport Malta żammet mal-istakeholders nhar il-5 t’April. Id-dettalji tal-iskemi tal-immanniġġjar tat-traffiku nklużi l-pjanti ilhom li tħabbru fuq is-sit elettroniku ta’ Transport Malta https://news.transport.gov.mt/kappara-project/traffic-management/ ‘l fuq minn xahar. Ġew spjegati wkoll f’laqgħa separata li nżammet għall-membri tal-media fil-11 t’April. Addizzjonalment, ġew ippublikati diversi stqarrijiet għall-istampa li speċifikament iffukaw fuq id-diversi xogħlijiet infrastrutturali u l-mod ta’ kif kien se jgħaddi t-traffiku. L-istess stqarrijiet ġew ippublikati fuq is-sit www.news.transport.gov.mt , fuq il-Facebook page ta’ Transport Malta u fuq Twitter. Fil-ġranet li għaddew bdew ukoll jitqassmu, fid-djar kollha madwar Malta u Għawdex, booklets b’dettalji għall-pubbliku dwar il-proġett, filwaqt li l-kampanja t’informazzjoni mistennija tintensifika fil-ġranet li ġejjin u tul il-proġett. (Informazzjoni Addizzjoni: Ara Dokument Nru. PL 7458 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 4 ta' Lulju 2016 f'Seduta 412)

San Ġwann – bidliet fis-sistema tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru bidliet oħra fis-sistema tat-traffiku f’żoni oħra ta’ San Ġwann? Jekk fl-affermattiv, jista’ jindika x’se jkunu u kif se jsiru dawn il-bidliet fis-sistema tat-traffiku f’żoni f’San Ġwann?

San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – sistema tat-traffiku — junction

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-bidla fis-sistema tat-traffiku f’San Ġwann, fil-junction ta’ bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli hux qed issir bħala rabta mal-proġett tal-flyover fil-junction tal-Kappara?

San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – devjazzjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jindika kif id-devjazzjoni tat-traffiku fil-junction ta’ bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli, San Ġwann, hux se jwassal biex it-traffiku jkun devjat ‘l hinn mill-junction tal-Kappara?

San Ġwann – Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli – sistema tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk it-tibdil fis-sistema tat-traffiku fil-junction ta' bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli, San Ġwann hux wieħed temporanju sakemm isiru x-xogħlijiet fuq il-proġett tal-junction tal-Kappara jew inkella hux permanenti?

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn is-sistema tas-sinjali tat-traffiku biex tinforma lis-sewwieqa bil-bidliet li daħlu fis-seħħ fil-junction ta' bejn Vjal ir-Rihan u Triq Caruana Dingli f’San Ġwann ma saritx mill-ewwel iżda saret wara li beda jinħoloq il-konfużjoni li ġabet magħha din il-bidla?

Parkeġġi riservati — Persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej proċess sabiex il-parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti u entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta jiġu riorganizzati.

Parkeġġi riservati — Persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta huma riservati biss waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba li hemm bosta ħaddiema f’Ministeri jew dipartimenti tal-Gvern li jaħdmu b’ħinijiet flessibli jew wara l-ħin, il-parkeġġi riservati għalihom m’humiex limitati għal waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.