Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita` tat-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha inkluż disinji, pjanti, stimi, eċċ dwar l-offerta CT 305/97 maħruġa għan-nom tal-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku mid-dipartiment tal-kuntratti kif pubblikata fil-G.G. tal-23-09-1997? Kemm kienu intefgħu offerti? Xi prezzijiet ingħataw u x'kienet id-deċiżjoni ta' l-Awtorita` dak iż-żmien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għamlet talba għall-file in kwestjoni lid-Dipartiment tal-Kuntratti u appena l-informazzjoni mitluba tkun miġbura din tiġi mgħoddija.

Trasport Publiku

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi dwar l-ittra li qed tintbagħat separatament u li kopja tagħha ntbagħat lili?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-persuna li għaliha saret riferenza fl-ittra m'hijiex impjegata ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta kif huwa allegat.

Malta Stamp Design Advisory Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn hu kompost il-Malta Stamp Design Advisory Committee? Meta iltaqa dan il-kumitat biex jiddeċiedi x'bollol se joħroġ għas-sena 2003 u liema membri kienu preżenti għal kull laqgħa? X'inhuma t-tieni magħżula għas-sena 2003? Jikkonfermax il-ministru li minkejja li s-sena d-dieħla hija s-sena Ewropea għall-persuni b'diżabilita' dan il-kumitat irrifjuta li joħroġ bolla biex tikkommemora dan l-avveniment minkejja li kien hemm talba tal-kummissjoni persuni b'diżabilita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-iStamp Design Advisory Board hu magħmul minn:- Mr Anthony Pavia - Chairman Mr Noel Gauci - Segretarju Mr Dominic Cutajar - Membru Mr John Mizzi - Membru Mr John Bonnici - Membru Mr Anthony Fenech - Membru Mr Tony Barbaro Sant - Membru Dr John Mercieca - Membru Dr Vincent Depasquale - Membru Il-Bord iltaqa' fil-5 ta' Ġunju 2002 biex ifassal il-programm għas-sena 2003. Għal din il-laqgħa kienu preżenti l-membri kollha, ħlief is-Sur John Mizzi u Dr John Mercieca. It-temi magħżula għas-sena 2003 huma:- Jannar - Definittiv Valuri Ġodda Frar - Vetturi Klassiċi Marzu - Arkitettura Militari April - San Ġorġ fil-Pittura Mejju - Ewropa u Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ġunju - Ġublew ta' l-Inkurunazzjoni - Elizabetta II Awissu - Arzell tal-Baħar - Miniature Sheet Settembru - Storja Marittima Ottubru - Imtieħen tar-riħ Novembru - Milied Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, it-talba ġiet diskussa flimkien ma' ħafna talbiet oħrajn minn l-iStamp Advisory board, iżda ma ntlaqgħetx minħabba diversi raġunijiet, fosthom li fl-1981 ġa kien inħareġ sett li jfakkar is-Sena għal Persuni b'Diżabilita'. Ta' min isemmi wkoll li kemm il-darba saru Machine Slogans postali u timbri ta' l-idejn li fakkru diversi attivitajiet ta' persuni b'diżabilita'. Ta' min isemmi wkoll li l-għażla tat-temi tkun bażata fuq l-appell tagħhom għal kollezzjonisti u filatelisti, kemm Maltin kif ukoll barranin, u wkoll fuq kif jippromwovu lil pajjiżna.

San Ġiljan — Triq il-Fraxxnu

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax l-awtorita' tal-komunikazzjoni tilqa' t-talba tar-residenti fi Triq il-Fraxxnu, San Ġiljan u tevalwa x'radjazzjoni elettro-manjetika ħtieġa minn fuq it-tagħmir tal-kommunikazzjoni il-bejt tar-residenza Stella Maris fl-istess triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni bħalissa hija mpenjata b'survey xjentifiku ta' ħamsin antenna tal-mobile phone base stations f'diversi bliet u rħula Maltin kif ġie avżat xi jiem ilu. Dan il-proġett għandu jitlesta' sa l-aħħar ta' Settembru meta jiġu ppubblikati r-riżultati. Għalhekk it-talba tar-residenti msemmija tista' tiġi kkunsidrata wara li tintemm il-fażi tas-survey ta' din is-sena. L-Awtorita' ser tkompli b'dan il-proġett fis-sentejn li ġejjin, fejn ser ikomplu jitkejlu madwar ħamsin antenna kull sena.

San Gwann — Triq Gjacinti

Question

Jista' l-Ministru jgħid minħabba x-sharp bend li hemm fi Triq Gjacinti, San Gwann, jista' t-traffiku joħroġ flok jidħol mill-parti ta' fuq tat-triq? Jistgħu jittieħdu passi biex il-karozzi tal-linja ma jibqgħux jgħaddu minn din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta biex tara x'jista' jsir.

Xgħajra — Toroq

Question

Jista' l-Ministru b'riferenza għad-domanda preċedenti jinforma l-kamra x'irriżulta lid-dipartiment tat-toroq rigward Triq Mulett, Xgħajra u Triq A G Chesney, Xgħajra u x'passi ittieħdu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-ispezzjoni li wettaq id-Direttorat għat-Toroq irriżulta li hemm ħafna żvilupp xi jsir f'dawn it-toroq qabel ma dawn jistgħu jiġu asfaltati.

Kalkara — Triq Antonio Falzon

Question

Jista' l-Ministru jingħat uffiċjal mid-dipartiment tat-toroq sabiex jesamina t-triq Antonio Falzon Kalkara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn inspezzjonijiet li saru mid-Direttorat għat-Toroq irriżulta li 70 fil-mija tat-triq ġiet żviluppata. L-istess Direttorat ser jara x'jista' jsir dwar ix-xogħol meħtieġ f'din it-triq.

Fgura — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm saru toroq ġewwa l-Fgura mill-1999 sal-lum mingħajr ma jsemmi Triq Hompesch, Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-1999 s'issa fil-Fgura saru dawn it-toroq:- Dome Street Parti minn Triq San Ġwann Parti minn Triq Velleran Parti minn Triq l-Iskola Parti minn Triq Għarnuq Parti minn Triq Dejma Parti minn Triq Scicluna

B'Kara — By-pass

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi jistgħu jittieħdu għat-traffic management, traffic lights u miżuri li jistgħu jgħinu lill-pedestrians jaqsmu bla periklu għall-ħajjithom il-by-pass ta' B'Kara biex jaslu l-universita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku u d-Direttorat għat-Toroq qed jaħdmu biex jingħata aċċess aħjar għal dawk li jkunu jridu jaqsmu f'dawn l-inħawi.

Utilities

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34153, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni ma l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv meta se joħorġu l-offerti biex jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha ma waslitx minn għand il-utilities.

Utilities

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34152, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni ma l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv meta se joħorġu l-offerti biex jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha ma waslitx minn għand il-utilities.

Utilities

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34151, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni ma l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv meta se joħorġu l-offerti biex jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha ma waslitx minn għand il-utilities.

Ħaż-Żebbuġ — Toroq

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34489, jista' l-Ministru permezz tad-direttorat tat-toroq, jispezzjona fuq il-kriterji indikati fit-tweġiba iż-żewġ fergħat ta' Triq San Ġużepp u Triq il-Parroċċa - Ħaż-Żebbuġ? Il-livelli tat-toroq kif ġew aġġustati huma korretti li l-ilma tax-xita ma jkunx ta' detriment għar-residenti? Il-kisja bit-tarmac hija ta' livell aċċettat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għadu ma rċeviex minn għand il-Kunsill iċ-ċertifikati tal-perit reponsabbli mix-xogħlijiet li x-xogħol tlesta' u li dan sar tajjeb, u għalhekk għalissa mhux il-każ li ssir l-ispezzjoni msemmija mill-Onor. Interpellant.

Zabbar — Triq San Leonardo

Question

Jista' l-Ministru jara huwiex possibbli li l-parti tat-Triq San Leonardo Xgħajra, Zabbar quddiem il-klub tal-boċċi tiġi msewwija billi hemm ħafna toqob ta' perikolu għal min ikun għaddej?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn spezzjoni li għamel id-Direttorat għat-Toroq jidher illi fil-lokalita' sar kanal li r-reinstatement tiegħu qiegħed jinqala' u d-Direttorat għat-Toroq qed jieħu passi ma' l-entitajiet u l-kuntratturi li wettqu x-xogħol biex jirranġawh.

Swieqi — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlestew ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fit-toroq ta' Swieqi, fit-toroq li jieħdu u jagħtu għal Triq is-Swieqi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntratt tax-xogħlijiet f'dawn it-toroq jagħlaq fl-aħħar ta' Settembru u l-proġett hu mistenni jitlesta' fiż-żmien.

Naxxar — Triq in-Nissieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex il-bqija ta' Triq in-Nissieġ fin-Naxxar li għadha maqlugħa u mħarbta tinkesa u tingħata t-tarmac minħabba l-inkonvenjenzi kbar ta' trabijiet u ħsara għas-saħħa tar-residenti tal-lokal?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-direttorat għat-Toroq qed jara x'jista' jsir f'dan il-każ.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema minn dawn it-toroq li tlestew dan l-aħħar saru b'mod li huma accessibli skond il-ligi dwar Opportunitajiet Indaqs: Triq il-Belt Valletta, Mosta Id-Dahla għall-Imgarr Il-by pass ta' Penbroke Triq Psaila, B'Kara Triq l-Imdina, Qormi It-Telgha ta' G'Mangia Triq l-Imdina, Attard Triq il-Mosta, San Pawl il-Bahar Tiq Hal-Far Triq il-Kosta Triq il-Marfa Triq il-Menqa taċ-Ċirkewwa Triq Reġjonali Triq San Maison Ix-Xatt tal-Gzira Ix-Xatt tas-Sleima? Jista l-Ministru jgħid jekk ir-roads department izommx kuntatt mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' biex kemm jista' jkun it-toroq li jagħmel ikunu aċċessibli għall-persuni b'diżabilita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fit-toroq kollha li jkunu qed jinbnew, inklużi dawk imsemmija mill-Onor. Interpellant, mid-Direttorat tat-Toroq isir mill-aħjar biex ikunu saru b'mod aċċessibli skond il-liġi dwar l-opportunitajiet indaqs. Id-Direttorat għat-Toroq qiegħed f'kuntatt attiv mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' biex ir-regoli tal-Kummissjoni jkunu mplimentati fuq ix-xogħlijiet tat-toroq u sabiex fejn dawn ma jkunux jistgħu jitwettqu jkun deċiż x'inhu l-aħjar li jsir.

Maltapost

Question

Billi dan l-aħħar ġew irranġati u msebbħa il-fergħat tal-Maltapost taż-Żurrieq, Żabbar, Mosta, Balzan, Qormi, Ħamrun, B'Kara u Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-uffiċċji huma aċċessibli għall-persuni b'diżabilita' skond il-liġi dwar Opportunitajiet Indaqs?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn meta l-Maltapost bdiet tirranġa xi fergħat ittieħdu passi biex l-uffiċji jsiru aċċessibli għal kulħadd. Illum teżisti l-aċċessibilta' fil-fergħat tan-Naxxar, Birkirkara u l-Mellieħa. Ta' min isemmi li din l-aċċessibilta' kienet diġa teżisti f'fergħat oħra, bħal Ħal Balzan u l-Mosta.

Furjana — Postijiet Riżervati

Question

Jista' l-Ministru jgħid la l-ambaxxata Ingliża ma tibqax topera mill-Furjana, jistgħux l-postijiet riżervati għall-karozzi tal-ħaddiema fl-istess ambaxxata jerġgħu jsiru pubbliċi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Furjana ser jieħdu l-passi meħtieġa biex postijiet li ma jibqgħux riservati għall-Ambaxxata Ingliża jiġu wżati bl-aktar mod vantaġġuż.