Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forzi Armati ta’ Malta — taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ jingħataw ir-rekluti fil-Forzi Armati ta’ Malta? Sar xi tip ta’ tibdil fuq dan it-taħriġ f’din il-leġiżlatura?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li membri tal-Forza waqt ir-reklutaġ bażiku tagħhom jingħataw taħriġ fuq suġġetti vari bħal weapon handling, drill, navigazzjoni, sparar, International Humanitarian Law, Malta Armed Forces Act, eżerċizzju fiżiku, etc... L-għan ta dan it-taħriġ huwa li jipprepara lir-rekluta għad-dmirijiet militari. Matul din il-leġislatura il-Gvern żied iktar fondi għat-taħriġ fl-Armata u ċertu taħriġ/courses militari qed jiġu issa rekonoxxuti f’livelli vari mil-MQRIC ħalli b’hekk it-taħriġ li jingħata jiġi rikonoxxut fis-settur ċivili u qed jsiru wkoll courses speċjalizzati b’kollaborazzjoni ma istituzzjonijiet rikonoxxuti kemm lokalment u anki barra l-pajjiż.

Forzi Armati ta’ Malta – xiri ta’ apparat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk inxtarax apparat ġdid għall-Forzi Armati ta’ Malta minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun qed tinqara din l-interpellanza, sabiex ittejjeb il-ħidma tal-Forzi Armati ? X’apparat inxtara u x’kienet in-nefqa ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-aħħar tas-sena 2015, inxtraw diversi apparat fosthom armi, vetturi, search and rescue equipment, clothing equipment fost oħrajn. Aktar informazzjoni tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Forzi Armati ta’ Malta – xiri ta’ vetturi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk inxtrawx vetturi ġodda għall-Forzi Armati ta’ Malta? Jekk iva, kemm inxtraw u x’tip ta’ vetturi nxtraw? Għal liema raġuni nħasset il-ħtieġa li jinxtraw dawn il-vetturi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum inxtraw tmintax il-vettura għal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn kienu mqassma kif ġej: Fis-sena 2013 – 2 Land Rovers Fis-sena 2015 – 7 Land Rovers Fis-sena 2015 – 4 IVECO VM Troop Carrier Vehicles Fis-sena 2015 – 5 Low Emission Staff Cars Dawn il-vetturi nxtraw biex tiżdied l-effiċenza ta’ l-operat tal-Forza fil-qagħdi ta kuljum u biex tibda timbidel il-flotta ta vetturi antiki li teżisti.

Forzi Armati ta’ Malta – xiri ta’ helicopters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il helicopter inxtara għall-Forzi Armati ta’ Malta bejn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun qed tinqara din l-interpellanza? Hemm xi ħsieb li jinxtraw aktar? Jista’ jgħid x’użu jsir minn dawn il-helicopters?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dan il-perjodu waslu żewġ helikopters ġodda u ġie ffirmat ukoll ix-xiri tat-tielet wieħed li għandu jasal aktar tard din is-sena. L-għan ta’ din il-flotta ġdida hija biex il-pajjiż jkollu assi moderni biex l-Armata tkun tista tisvolgi l-opert ta Search and Resecue (SAR) u Border Control b’aktar effiċenza. Dawn il-helikopters ha jkunu qedin jibdlu il-flotta antika li bħal issa l-Armata qed topera bihom.

Forzi Armati ta’ Malta — taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta jingħatawx taħriġ kontinwu? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan it-taħriġ isirx biss ġewwa pajjiżna? Fiex jikkonsisti dan it-taħriġ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Forza jingħataw taħriġ kontinwu kemm Malta kif ukoll barra l-pajjiż. It-taħriġ li jingħata huwa iffukat fuq speċjalizzjonijiet varji biex jkabbru l-ħiliet u l-effiċenza ta’ l-Armata waqt l-operat tagħha.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Chairpersons u segretarji tal-bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-membri, inkluż ċ-Chairperson u s-Segretarju, tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm kienet ir-remunerazzjoni li rċevew iċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru ta’ kull bord fis-sena 2013, 2014 u 2015, separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar tas-sena 2015? Kemm minnhom kienu kkundannati u kemm kienu qed jistennew li jingħataw il-libertà proviżorja?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta’ Diċembru 2015 il-popolazzjoni tal-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin kienet ta’ ħames mija disa’ u sittin (569). Mija disa’ u għoxrin (129) kienu taħt arrest preventiv filwaqt li erba’ mija u erbgħin (440) kienu ssentezzjati.

Direttorat tal-Probation u l-Parole — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fid-Direttorat tal-Probation u l-Parole sal-aħħar tal-2014? Jista’ jindika l-grad tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — ġbir ta' vetturi abbandunati

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex wara diversi xhur, karozza abbandunata fi Triq il-Kappuċini, Victoria Għawdex u caravan abbandunat fi Triq il-Batterija f'Marsalforn, Għawdex għadhom ma nġabrux mill-Pulizija u dan minkejja diversi rapport li saru lill-Pulizija u anke mistoqsijiet parlamentari fuq l-ewwel vettura msemmija? X'se jagħmel il-Ministeru tiegħu biex dawn jinġabru?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab li ninsab infurmat li l-Pulizija f’Għawdex ġabru il-karozza li kienet abbundanata fi Triq il-Kappuċini, Victoria Għawdex. Dwar il caravan li hemm fi Triq il-Batterija f’Marsalforn, Għawdex, qed isiru arrangamenti biex din tiġi mneħħija min hemm ukoll, ġaladarba is-sid tal-istess caravan għadu ma nstabx.

Clamping Zones — regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti li jikkontrollaw il-clamping zones f'Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma l-clamping zones stabbiliti u fejn jinsabu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 20645.

Vetturi b’number plates — regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm vetturi b’number plates barranin, li twaqqfu mill-pulizija, matul l-ewwel ġimgħat ta' din is-sena, wara d-dħul fis-seħħ ta' regolamenti ġodda dwar dan is-suġġett?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fl-ewwel ġimgħat ta' din is-sena, wara d-dħul fis-seħħ ta' regolamenti ġodda dwar vetturi b’numri barranin, twaqqfu ħames vetturi li ġew spezzjonati.

Protezzjoni Ċivili – xiri ta’ klieb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx inxtraw klieb għat-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili matul din il-leġiżlatura? Jista’ jgħid kemm inxtraw kull wieħed? Jista’ jgħid meta l-aħħar li kienu nxtraw dawn il-klieb?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġislatura d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili xtara sitt (6) t’iklieb tar-razza German Shepherd. Dawn inxtraw fl-1 ta’ Settembru, 2014 għas-somma ta’ 2,400 Euro l-wieħed.

Protezzjoni Ċivili – Assistant Rescue Officer – rekluti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u kemm daħħlu rekluti ġodda fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili? X’taħriġ ingħataw sabiex saru Assistant Rescue Officers? Jista’ jgħid meta sar l-aħħar reklutaġġ għall-membri ġodda mal-Protezzjoni Ċivili?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li reċentement daħlu 42 Assistance and Rescue Officers ġodda. 41 minnhom ġew ingaġġata b’effett mit-30 ta’ Marzu, 2015 filwaqt li wieħed (1) beda fis-17 ta’ Awwissu, 2015. Huma ġew mogħtija kors ta’ tagħlim ta’ tnax il-ġimgħa u ġew mgħallma s-suġġetti u l-iskills imsemmija fid-dokument li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Protezzjoni Ċivili – Assistant Rescue Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jissieħbu aktar voluntiera fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili, dan peress li ħafna mill-voluntiera issa daħlu jaħdmu bħala Assistant Rescue Officers?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-bidu ta’ dan ix-xahar saru l-interviews għall-voluntiera fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili. Minn dawn, disa’ u sittin persuna ssieħbu bħala voluntiera.

Immigranti Irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti irregolari ġewwa pajjiżna bejn l-2008 u l-2015, sena b’sena b’mod separat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2008 u s-sena 2015 daħlu 10,443 immigrant irregolari f’pajjiżna. Dawn kienu mqassma kif ġej: Fis-sena 2008 – 2,775 Fis-sena 2009 – 1,475 Fis-sena 2010 – 47 Fis-sena 2011 – 1,579 Fis-sena 2012 – 1,890 Fis-sena 2013 – 2,008 Fis-sena 2014 – 569 Fis-sena 2015 - 100

Ċentri magħluqa u Ċentri miftuħa — refurbishment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx refurbishment ġewwa ċ-Ċentri Magħluqa kif ukoll ġewwa ċ-Ċentri Miftuħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fiċ-Ċentri Miftuħa qiegħed isir refurbishment f’dak tal-Marsa, sabiex parti minnhu isir Initial Reception Centre għall-adulti . Kien sar fil-passat refurbishment simili f’Ħal Far biex sar Initial Reception Centre għal minorenni.

Ftehim ma’ pajjiżi Ewropej rigward stabbilità u sigurtà f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim ma’ pajjiżi Ewropej sabiex jassigura aktar stabbilità u sigurtà f’pajjiżna, speċjalment fejn tidħol il-problema tal-immigrazzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika l-mistoqsija.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġiunieri bi problema ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex il-priġunieri li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jiġu rijabilitati biex ikollhom id-dinjità tagħhom? Jista’ jgħid jekk inħatarx Bord magħmul minn esperti f’dan il-qasam biex jaraw li dawn il-priġunieri jingħataw is-servizz li jixirqilhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta ‘Psychiatric In-Reach Services’ ġewwa l- Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ġie mniedi sena u nofs ilu, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa. Dan is-servizz huwa imexxi minn żewġ Konsulenti Psikjatri li flimkien mat-team ta’ tobba, psychologists u counsellors jipprovdu kura abbażi ta prassi moderni psikjatrici, lil priġunieri tal-faċilita`. Għal dan il-għan, qegħdin jitmexxew Clinics darbtejn fil-gimgħa, ġewwa il-Facilita` stess, dan sabiex jiffaċilitaw assessments bikrin, u mingħajr dewmien. Każijiet aktar kumplessi u li jkollhom bżonn rijabiltazzjoni intensiva, jiġu rreferuti għal kura ġewwa l-Forensic Unit, Mount Carmel Hospital, fejn l-istess team multidixxiplinarju jkompli jsegwi l-kaz. L-Uffiċju tal-Kummissarju tas-Saħħa Mentali huwa involut fl-evalwar tas-servizzi psikatriċi b’emfażi fuq id-dinjita u id-drittijiet ta’ kull pazjent (inkluzi priġunieri) li jiġi segwit minn professjonisti f’dan il-qasam.

Thouret House — rapporti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17824, jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet ittieħdu sabiex tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni li żviluppat fil-madwar ta’ Dar Thouret f’Santa Venera? Jista’ jgħid jekk ġewx assenjati fuq il-post sabiex jissorveljaw il-post u l-madwar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija kompliet bis-sorveljanza tagħha madwar ir-residenza msemmija permezz ta’ patrols frekwenti sabiex jiġi evitat disturb tal-kwiet u l-paċi publiku. Barra minn hekk, infurmat li kull meta l-assistenza tal-Pulizija distrettwali tintalab f’Thouret House infisha, il-Pulizija distrettwali tirrikorri fid-dar in kwistjoni sabiex tistħarreġ ir-rapport u tieħu passi jekk ikun il-każ dwar kull rapport li jiġi rrapurtat. Dan barra laqgħat li żammew il-Pulizija tad-distrett mad-diriġenti ta’ din id-dar fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ fuq l-istess problemi.