Jista’ l-Minustru jikkonferma li l-Gvern biħsiebu jkompli jixtri is-sodod mill-privat u li anzjani li huma fuq l-iskema ta’ Public Private Partnership fi djar tal-anzjani se jibqgħu jiġu sostnuti mill-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi, il-Gvern ħejja pjan fit-tul kemm biex tkun indirizzata d-domanda preżenti kif ukoll dik li hemm proġettata għal futur.
Awtorità tad-Djar – xogħol fi blokka – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar terġa' tikkuntattja l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħol li qiegħed isir mill-istess awtorità, peress li skont dan l-individwu x-xogħol mhux isir kif suppost u għaldaqstant qiegħed jinħoloq periklu għar-residenti ta' din il-blokka?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kif intqal f’mistoqsija parlamentari 25284, l-Awtorità tad-Djar diġa’ għamlet kuntatt mall-individwu msemmi kif ukoll mar-rappreżentant tar-residenti tal-blokk ikkonċernat fejn qed jiġi installat lift. L-Awtorità diġà ħadet passi sabiex jiġu ndirizzati l-ilmenti bl-aħjar mod possibbli. L-Awtorità kompliet tissorvelja x-xogħlijiet biex tassigura li m’hemmx periklu, madanakollu, xorta waħda u kif mitlub, għandu jsir appuntament mal-individwu msemmi biex jiġi vverifikat l-ilment tiegħu u jittieħdu l-passi meħtieġa.
Ministeru għal Familja u Solidarjetà Soċjali – persuni nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25711 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problemi ta' bolol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għamel kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u ngħatat spjega lill-individwu fuq il-problema li kellu.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li tgħix waħedha u għamlet talba għall-home help?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ tal-persuna msemmija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġie evalwat u l-individwa ġiet infurmata bl-eżitu.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha tifel b'diżabilità u tixtieq li jkollha s-servizz ta' home help?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ka\ tal-persuna msemmija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ ta’ individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament min-naħa tal-KNPD rigward VAT refund fuq stairlift?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet il-funzjoni u l-operat tal-programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015, sena b'sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ispiża fuq l-operat tal-programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga hija kif qed tidher fil-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25613, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-periti impjegati mal-Awtorità tad-Djar? F’kull każ, mingħajr ma jingħataw ismijiet, kemm ilhom hekk impjegati mal-Awtorità? Kemm minn dawn il-periti kienu impjegati, ma baqgħux impjegati u reġgħu ġew impjegati? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm hemm periti li għalkemm mhux impjegati tal-Awtorità qed jagħtu servizz lill-Awtorità? Meta, f’kull każ, bdew iwettqu dan ix-xogħol u liema hu x-xogħol li qed iwettqu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar għandha 10 periti impjegati magħha, li wieħed minnhom jinsab sekondat mal-Awtorità tal-Ippjanar. L-ebda wieħed minn dawn il-periti ma reġa’ kien mpjegat wara li ma kienx baqa’ mpjegat tal-Awtorità tad-Djar. Dawn il-periti ilhom impjegati skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Data tal-Impjieg
25/06/1990
13/01/2005
09/05/2005
22/07/2010
15/11/2010
25/11/2013
01/04/2014
07/09/2015
01/01/2016
01/01/2016
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha wkoll disa’ (9) Periti li jagħtuha servizz kif elenkat fis-segwenti tabella:
Perit
Data ta' meta ġew ingaġġati
Xogħol li qed iwettqu
1
22/02/2016
Servizzi professjonali fuq srtuttura ta' blokka ta' appartmenti fl-Imrieħel
2
07/09/2015
Servizz ta' Perit fuq proġett ta' tisbiħ f'San Pawl il-Baħar
13/10/2015
Servizz ta' Perit fuq proġett ta' tisbiħ f'Raħal Ġdid
3
07/05/2014
Servizz ta' Perit fuq proġett ta' tisbiħ f'Isla
4
05/01/2015
Servizz ta' Perit fuq ka¿ijiet tal-Qorti
5
05/01/2015
Servizz ta' Perit fuq ka¿ijiet tal-Qorti
09/11/2015
Servizz Professjoni ta' Perit fuq proġett tal-Awtorita' fl'Imtarfa
6
04/11/2015
Servizz Professjoni ta' Perit fuq proġett tal-Awtorita' f'Pembroke
7
07/04/2011
Servizz ta' Perit
8
01/06/2015
Servizz ta' draughstman
9
05/08/2015
Servizz ta' surveying
Residenza San Vinċenz de Paule – Sala Rużar Briffa 1- xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jindika x'tip ta' xogħol relatat ma' kostruzzjoni jew tisbiħ beda jsir fl-aħħar jiem fis-Sala Rużar Briffa u meta mistenni jkun lest dan l-istess xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, it-tip ta’ xogħol li sar sa issa fis-Sala Rużar Briffa 1, jinvolvi relokazzjoni tar-residenti, żbarazzar tal-kmamar u qlugħ ta’ asbestos, sabiex eventwalment ikun jista’ jibda x-xogħol tat-twaqqigħ u kostruzzjoni.
Residenza San Vinċenz de Paule – Sala Rużar Briffa 1 – Proċeduri fuq saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti relatati ma' proċeduri fuq saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol li suppost qed jiġu osservati waqt li għaddej ix-xogħol fis-Sala Rużar Briffa 1 fir-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-proċeduri fuq saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma nklużi fil-kuntratt tal-kostruzzjoni u dan skont ir-regoli, liġijiet u prattiċi stabbiliti.
Residenza San Vinċenz de Paule – Sala Rużar Briffa 1 — trasferiment
Question
Jista' l-Ministru jindika ta' min kienet id-deċiżjoni li fl-aħħar jiem pazjenti/residenti li kien hemm fis-Sala Rużar Briffa 1 f'San Vinċenz de Paule ġew trasferiti fil-foyer tal-kumpless Rużar Briffa fl-istess residenza?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-ebda resident fis-sala Ruzar Briffa 1 ma ġie trasferit fil-foyer tal-kumpless. Ir-Residenti għaddew mill-foyer waqt it-trasferiment minn sala għal oħra.
Residenza San Vinċenz de Paule – Sala Rużar Briffa 1 — anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jkun qed jieħu fil-konfront ta' min wera nuqqas ta' rispett u dinjità fil-konfront tal-anzjani residenti fis-Sala Rużar Briffa 1 fir-Residenza San Vinċenz de Paule, meta fl-aħħar jiem inbeda xogħol ta' kostruzzjoni u manutenzjoni u l-istess residenti tħallew fis-sala waqt li kienu għaddejjin dawn ix-xogħlijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fl-ebda ħin ma sar xogħol ta’ kostruzzjoni fil-preżenza tar-residenti.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji tan-nefqa taħt il-progamm “Public Social Partnerships” (Item 5790) fis-sena 2015, Vot 39 rikurrenti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li kien finanzjat minn dan il-vot u ftehim oħrajn relatati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t’hawn t’hawn:
Isem tal-Public Social Partnership Involut
Nefqa fis-Sena 2015
€
Għaqal id-Dar Ħajja Aħjar
8,486.80
Aġenzija Sapport - Star 25 by Inspire
276,094.50
Archidioceses of Malta (Dar Pirotta, Dar Qalb ta' Gesu' and Fra Diego Home)
844,025.38
Arka Foundation
535,161.64
Caritas Malta
320,000.00
Conservatorio Vincenzo Bugeja
549,997.00
Dar il-Kaptan
333,000.00
Fondazzjoni Dar il-Hena
75,262.00
Fondazzjoni OASI
308,910.00
Fondazzjoni Wens
286,267.90
id-Dar tal-Providenza
127,095.00
Inspire
273,200.00
Malta Association for Supported Employment
262,102.50
Nazareth Foundation
20,118.28
Richmond Foundation
263,000.00
Rise Foundation
77,472.00
Osanna Pia and Mamma Margerita Homes (Salesians)
135,201.78
St. Joseph's Home
16,688.01
Victim Support Malta
12,000.00
YMCA
131,802.00
Residential Half Way House
66,900.00
Government Property Department
801.30
Nefqa Totali
4,923,586.09
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji tan-nefqa taħt il-progamm “Public Social Partnerships” (Item 5790) fis-sena 2016, Vot 33 rikurrenti sal-aħħar ta’ April 2016? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li kien finanzjat minn dan il-vot u ftehim oħrajn relatati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, liema informazzjoni tikkonsisti f’informazzjoni dwar ħlasijiet li tħallsu sa issa.
B’referenza għall-ftehim li ġie ffirmat reċentement bejn il-Gvern u l-Caritas dwar servizzi li l-Caritas ser tagħti fil-qasam tar-riabilitazzjoni mid-droga, jista’ l-Ministru jgħid:
a) x’inhuma s-servizzi li ser jingħataw lill-gvern;
b) x’inhu l-perjodu li jkopri dan il-ftehim;
c) xi ħlas ser jagħti l-Gvern, sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpelant illi, is-servizzi li se jingħataw lill-Gvern huma servizzi relatati mar-riabilitazjoni ta’ droga. Il-ftehim ikopri l-perjodu bejn Jannar 2016 sa Diċembru 2018. Il-ħas li ser ikun qiegħed jagħti l-Gvern jammonta sa massimu ta’ €860,000 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallas flus il-Gvern lill-Caritas b’rabta mar-riabilitazzjoni mid-droga, fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015, sena b'sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammonti li l-Gvern ħallas lill-Caritas b’rabta mar-riabilitazzjoni mid-droga, huma kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
(€)
2010
643,881
2011
646,000
2012
646,000
2013
646,000
2014
850,000
2015
850,000