Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #19825 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – spejjeż rikorrenti u kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx iwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18055 u 17589 peress li kuntrarjament għal dak li qed jindika fit-tweġiba, ħafna mill-informazzjoni mitluba ma tirriżultax mid-dokument tal-baġit kif qed jalludi l-Ministru? Għaliex ma jridx jgħid kemm ġew minfuqa flus fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex is-sena li għaddiet u din is-sena sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghad-dokument tal-bagit.
Leg 12 PQ #19947 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Triq Parti Ġużepp Calleja - ħmieġ f'bitħa ta' flat

Question

Billi diversi drabi saru kuntatti dwar it-tindif meħtieġ f'bitħa fi blokk ta' appartamenti, fi Triq Patri Ġużepp Calleja, San Pawl il-Baħar, liema bitħa hi mnittna b'kull tip ta' ħmieġ u sid il-flat jinsab imsiefer, jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tas-Saħħa jikkoordina mal-pulizija biex din il-bitħa titnaddaf għaliex qed tikkawża problemi kbar lir-residenti l-oħra tal-blokk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17373

Imwiet ikkaġunat mit-tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' mwiet ikkaġunat mit-tipjip sena b’sena b’mod separat, bejn l-2000 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond estimi kkalkulati mir-Reġistru Nazzjonali tal-iMwiet, in-numru ta’ mwiet attribwibbli ghad tipjip hija kif tidher fit-tabella hawn taht. Il medja annwali ta’ mwiet attribwibbli ghad tipjip matul il-perjodu 2000-2014 gie stmat li kien 397 imwiet fl-irġiel u 111 imwiet fin-nisa.

Persuni li mietu bil-marda tal-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija kemm kien in-numru ta' persuni li mietu bil-marda tal-kanċer, sena b’sena b’mod separat? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm kienet l-età tal-persuni li mietu? X'kienu t-tipi differenti ta' kanċer?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar

Obeżità fost is-subien u bniet ta’ 15-il sena u inqas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-obeżità fost is-subien u l-bniet ta’ 15 –il sena u inqas mill-2000 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u kif titqabbel ma’ pajjiżi fl-Ewropa u l-Amerika ta’ Fuq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Persuni li mietu kawża ta’ mard marbut mal-obeżità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni kawża ta' mard marbut mal-obeżità sena b'sena mill-2000 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista jgħid x’kienu l-etajiet tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – kuntratt tal-Medical Assessment Unit

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W395 jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt tal-Medical Assessment Unit tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija diga giet imwiegba ghaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W395

Sptar Mater Dei – serq mill-parking area

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W396, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ serq mill-parking area/ garage tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2013, 2014 u 2015 sad-data ta’ din l-interpellanza? Kemm ġew solvuti każijiet u kemm tressqu nies il-Qorti fuq l-istess każijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija diga giet imwiegba ghaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W396

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – spejjeż għal safar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17565 u jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa minn Jannar sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra (a) Min kienu l-persuni li siefru; (b) Minn min kienu akkumpanjati; u (c) X’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17774.

Sptar Monte Carmeli – tenders u kuntratti ta’ tindif

Question

Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17559 il-Ministru wieġeb parti minnha, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tenders u kuntratti ta’ tindif għall-Isptar Monte Carmeli għas-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba parlamentari 17010.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Konsulenti

Question

B’referenza ghall-mistoqsija parlamentari 17558, jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti? Min huma dawn il-konsulenti? Liema hi l-area ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom? Kemm hu s-salarju ta’ kull konsulent?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispecifika ghal-liema konsulenti qed tirreferi.

Sptar Ġenerali t’Għawdex u Sptar Karen Grech — ħaddiema

Question

B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 17556, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan iffisirx li hemm ħaddiema li llum jaħdmu fl-Isptar t’Għawdex u l-Isptar Karin Grech li fil-fatt mhux se jibqgħu jaħdmu mas-settur tas-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17556.

STDs – każijiet rapportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ sexually transmitted diseases (STDs) sena b’sena bejn l-2004 u d-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tabella t’hawn taht: Sexually Transmitted Infections Chlamydia Gonorrhoea HIV AIDS Syphilis Syphilis Latent Syphilis Primary Syphilis Secondary 2004 23 19 15 2 1 6 2 3 2005 48 48 15 4 1 4 2 13 2006 45 45 22 7 0 7 0 5 2007 71 71 14 2 0 9 1 2 2008 106 106 28 8 0 11 0 5 2009 61 61 18 2 0 13 1 5 2010 138 138 17 6 0 16 0 9 2011 155 155 24 5 0 27 5 13 2012 139 139 30 6 0 16 1 18 2013 143 143 36 1 4 21 3 11 2014 108 53 39 4 10 25 7 13 2015 91 44 45 1 3 5 8 9

Persuni li mietu minħabba l-AIDS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni mietu kaġun tal-AIDS f’pajjiżna fl-aħħar għoxrin sena? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa? Jista’ jagħti l-etajiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-iMwiet, minn informazzjoni miġbura miċ-ċertifikati tal-mewt, minn 1995 sa 2014 in-numru ta’ residenti li mietu kaġun tal-AIDS huwa ta sebgħa u tletin. Is-sess u l-etajiet tagħhom hija kif tidher fit-tabella hawn taht:

Sejħiet foloz għall-ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru sejħiet foloz (hoaxes) għall-ambulanzi sena b’sena bejn l-2004 u d-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’inhu l-impatt ta’ sejħiet foloz bħal dawn fuq is-servizz offrut?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinzamx din id-data.

Ċentri tas-Saħħa — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li marru f’kull Ċentru tas-Saħħa, sena b’sena, bejn l-2010 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #19588 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jintużaw ambulanzi li huma ta' NGO u mhux l-ambulanzi tal-Isptar? Dawn l-ambulanzi huma mgħammra b'kull appart li hemm fl-ambulanzi tal-Isptar? Kemm qed jinkrew dawn l-ambulanzi għal kull ġurnata? Kemm ilhom jintużaw dawn l-ambulanzi privati u x'inhi r-raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Isptar Generali t’Ghawdex Kellu l-hin kollu l-uzu ta' ambulanzi attrezzati. l- Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) provdew lill-Isptar Generali t’Ghawdex servizz ta’ ambulanza biex tintuŻa għal trasport mhux urġenti .Din inghatat bla ħlas.
Leg 12 PQ #19589 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Ambulance Emergency Responders

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Ambulance Emergency Responders tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed jingħataw jagħmlu xogħol li f'Malta l-istess persuni bi grad bħalhom ma jagħmlux? Għaliex dawn il-persuni li qegħdin hemm għal kull tip ta' emerġenza qed jingħataw xogħol li mhux ta' emerġenza? X'jiġri meta tinqala' emerġenza u dawn ikunu barra mill-Isptar jagħmlu xogħol ta' rutina?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija prassi normali li min tim ta' ħdax (11) Emergency Ambulance Responder kuljum, żewġ Emergency Ambulance Responders (EARs) jibqgħu dejjem "on stand-by" għall-emerġenzi għal matul il-ġurnata. Mal-lejl ikun hemm żewġ EARs oħra fuq l-emerġenzi. L-EARs jiġu akkumpanjati minn "nursing aide” u infermier mis-sezzjoni tal-emerġenza f'kull sejħa għall-ambulanza urġenti.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hi stmata li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament matul is-sena 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – xogħol ta’ mmodernizzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li sar xogħol ta’ mmodernizzar fil-kuriduri tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex,imma ir-reception area tal-outpatients tħalliet fi stat ħażin ħafna u ma sar l-ebda xogħol ta’ refurbishment f’din l-area?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm pjanijiet avvanzati ghal zvillup estensiv fl-Isptar Generali ta' Ghawdex illi ser iwassal ghal qabza kbira l-fuq fis-servizz tas-sahha f'Ghawdex.