Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.
Laqgħa tal-Competitiveness Council – deċiżjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux xi deċiżjonijiet fil-laqgħa tal-Competitiveness Council li saret ġewwa Brussell fil-21 ta’ Lulju 2014 għall-Ministru u jista’ jgħid x’punti ġew imressqa għad-diskussjoni matul il-working session li ġiet iċċerjata minnu u x’kien l-eżitu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid x'investiment u inċentivi hemm ippjanati għall-ġejjieni mill-Gvern biex Għawdex ikun jista’ jimmassimizza l-potenzjal tiegħu u jkompli jimxi ’l quddiem?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema investimenti u inċentivi qed jirreferi.
Trades Department – każ ta’ persuna minn Ħal Għaxaq
Question
Jista’ l-Minsitru jara l-każ tal-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema mat-Trades Department?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwara qed jingħataw seperatament, fl-14 ta’ Lulju 2004 id-dipartiment kien għarrafha li ma kellu l-ebda oġġezzjoni dwar il-ħruġ ta’ din il-liċenzja.
L-applikant kienet intalbet tippreżenta dikjarazzjoni maħruġa mill-Awtorita’ tas-Saħħa li tgħid li hija kienet konformi ma kull ħtieġa sanitarja. L-applikant naqset li tagħmel dan u għalhekk il-liċenzja ma setgħetx tinħareġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u Malta separatament, xahar b'xahar, minn Marzu tas-sena 2013 sa Awwissu ta' din is-sena u skont il-prodotti esportati?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — transfers ta' impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5677, 2263 u 458 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni tal-casinos li għalihom ħarġet is-sejħa ta' interess? Kemm minn dawk li kienu talbu l-informazzjoni fil-fatt tefgħu l-interess tagħhom, u meta hu mistenni li jiġi ffinalizzat il-proċess kollu? Fil-każ speċifiku ta' Għawdex, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx fadal interess biex jinfetaħ casino f'Għawdex?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ evalwazzjoni tal-casinos li għalihom kienet ħarġet sejħa ta’ interess (Expression of Interest) kien ġie konkluż u fil-fatt kien ħareġ Request for Proposals (RFP) li wasal fi stadju avvanzat. Dawk li kienu tefgħu l-interess tagħhom għall-Expression of Interest (EOI) kienu ħamsa (5). Dwar meta hu mistenni li jiġi ffinalizzat il-proċess kollu, wieħed irid iqis li każijiet bħal dan, fejn għandhom x’jaqsmu casinos, huma sensittivi u delikati u ghalhekk ikollhom bżonn iż-żmien tagħhom biex jiġu ffinalizzati. Fil-każ t’Għawdex, kienet intefgħet proposta waħda fl-istadju tal-EOI iżda ma kien hemm l-ebda proposta fl-istadju tal-RFP. Dan ma jfissirx li m’hemmx interess li jinfetaħ casino f’Ghawdex meta s-suq jippermetti.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar– lista aġġornata tal-persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jressaq lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu is-servizz tagħhom lid-dekasteru tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Direttorat tat-Trade — applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ brokering
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet approvati u dawk mhux approvati mid-Direttorat tat-Trade għal-liċenzja ta’ brokering taħt il-Military Equipment (Export Control) Regulations (S.L. 365.13) kull sena mill-2007 sal-2014? Jista’ jagħti d-dettalji tad-data ta’ kull applikazzjoni, kemm dawk li ġew approvati kif ukoll dawk li ma ġewx, jew li għadhom pendenti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati full-time jew part-time fil-Malta Freeport mid-19 ta’ Settembru 2013 sal-lum? Jekk daħlu xi impjegati, jista’ jgħid dawn minn liema lokalitajiet huma?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri tal-bord tal-għażla u l-ismijiet tal-membri tas-sotto kumitat tekniku tas-sottomissjonijiet li saru għall-EOI tas-sit tal-Marsa Shipbuilding?
Response (CARDONA, CHRIS)
Peress li l-proċess relatat mal-proġett fuq is-sit tal-Marsa Shipbuilding għadu għaddej, mhuwiex mument opportun li jingħataw l-ismijiet tal-membri tal-bord tal-għażla u tas-sotto kumitat tekniku tas-sottomissjonijiet li saru għall-EOI. Dan sabiex tiġi evitata l-possibiltà ta’ tentativi ta’ kuntatti ma’ dawn il-membri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw f'tax credits permezz tal-MicroInvest fl-aħħar erba’ snin sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza sena b'sena u lil kemm negozji, sena b'sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar erba’snin sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza, kien hemm 840 kumpanija u 1712 sole traders li ikkwalifikaw f’tax credits permezz tal-MicroInvest.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-concession agreement li għandha l-Malta Freeport Terminals Limited, l-użu tal-faċilitajiet mikrija mill-Gvern lilha, ċjoè l-container terminals fil-Freeport f' Marsaxlokk, huwiex b'xi mod riservat esklussivament għal container/cargo handling, u jekk allura l-attività li ġiet approvata mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dan l-aħħar għall-maintenance ta’ oil rigs b'xi mod tistax tmur kontra dak li hemm fil-concession agreement? Hemm xi parir legali f'dan is-sens biex ikun ċert li m'hemmx ksur tal-kundizzjonijiet fil-concession agreement?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati mpjegati ġodda fil-Lotteries and Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid min huma l-impjegati l-ġodda, xi rwol u pożizzjoni għandhom, x’pakkett finanzjarji u benefiċċji għandhom u xi kwalifiki għandhom biex jokkupaw il-kariga li ngħatatilhom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet pubbliċi li saru għal dawn il-pożizzjonijiet u f’każ li ma saret l-ebda sejħa pubblika, jagħti r-raġuni għalfejn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Mit-13 ta’ Marzu 2013 l-Awtorità tal-Lotteriji u logħob ħarġet dawn il-vakanzi hekk kif muri hawn taht, dan wara approvazzjoni tal-PAHRO u sejħa pubblika mil-ETC;
Systems Administrator
PR & Marketing Administrator
Head of HR
IT Manager
PR & Marketing Manager
Head of Investigations
MITA Students x4
HR Administrator
Legal Officer x 2
Player Support Administrator
Player Support Administrative Assistant x 2
Finance & Revenue Administrator
Risk and Quality Assurance Manager
Il-pakkett finanzjarju, benefiċċji u kwalifiki ma jistgħux jingħataw minħabba li huma ta' natura kunfidenzjali.
Lotteries and Gaming Authority – Executive Chairman
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk apparti s-salarju ta’ ’l fuq minn €80,000 li għandu l-Executive Chairman tal-Lotteries and Gaming Authority, l-istess chairman għandux ukoll vettura li għaliha l-awtorità qed tħallas ’il fuq minn €900 fix-xahar u jekk din l-ispiża taqax fil-parametri li għandhom jintużaw għal dawn il-pożizzjonijiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
L-informazzjoni mitluba hija ta natura kunfidenzjali u għalhekk ma tistax tingħata. Ta min wieħed ifakkar illi fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, l-Awtorità kellha Chairman u Kap Eżekuttiv separatament li it-tnejn kienu intitolati għall karozza. Illum, l-Awtorità għandha Chairman u Kap Eżekuttiv f’persuna waħda li fil-fatt naqqset l-ispiza ta' l-Awtorita' f’salarji u benefiċċji.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li nħatar mill-Gvern fl-2013, tneħħa mill-pożizzjoni li kellu wara biss ftit ġimgħat biex imbagħad ingħata kuntratt ieħor ta’ konsulenza mal-istess awtorità? Jista’ jgħid x’termini finanzjarji fih dan il-kuntratt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed jirreferi għaliha ma tneħħiex mill-pożizzjoni tiegħu bħala Chairman tal-Awtorità, imma rriżenja minn rajħ.
Id-dettalji finanzjarji dwar il-ħlas huma ta’ natura kunfidenzjali u b’hekk ma jistgħux jinħarġu.