Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Żgħażagħ – youth workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Youth Workers jaħdmu ma’ Aġenzija Żgħażagħ u x’inhi l-funzjoni tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm erbatax (14)-il youth worker jaħdmu ma’ Aġenzija Żgħażagħ, tlieta minnhom seconded mill-MEDE. Il-funzjonijiet tagħhom huma kif se nsemmi: tlieta (3) responsabbli minn Youth Empowerment Projects wieħed (1) huwa Youth Information Officer ħamsa (5) responsabbli mill-Youth Hubs ħamsa (5) oħra responsabbli mill-Youth.Inc

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Qasam ta' relazzjoni mal-Media - impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ħaddiema kuntrattjati – ġlieda kontra l-prekarjat

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif qed jiġġieled kontra l-prekarjat fil-ħaddiema kuntrattjati, speċjalment tat-tindif, fl-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-każijiet fejn jidħlu impjegati kuntrattjati, dan il-Ministeru jaċċerta ruħu li kull min jitfa’ offerta jispeċifika r-rata ta’ ħlas li biha jħallas lill-impjegati tiegħu għal kull siegħa, fit-tender specification form. Dan ikun jinkludi dettalji relatati mal-kontribuzzjoni tal-bolol (N.I), bonuses, leave u sick leave, u xogħol bix-xift. Apparti dan, qabel ma l-Ministeru jħallas għas-servizz li jkun qed jirċievi mit-tali kumpaniji, jitlob kopji tal-payslips tal-impjegati ħalli jiżgura li l-istess impjegati jkunu qegħdin jitħallsu bir-rata indikata fl-offerta.

Teknoloġija fil-klassijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investimenti kollha li saru f’dawn l-aħħar tnax-il xahar rigward it-teknoloġija fil-klassijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-eLearning ingħatha fondi mill-proġett ESF Project 1.228 li jinkludi fih: Creative Writing, Teaching Robotics in the Early Years u Computer Literacy. Skont it-tabella murija hawn taħt l-ammont ta’ fondi li ġew investiti fis-settur tal-Primarja fil-litterizmu diġitali hu ta’ €261,822.39. Dawn l-affarijiet qegħdin jitqassmu fl-Iskejjel Primarji kollha tal-Istat f’Malta u Għawdex u qed jingħataw lill-kapijiet tal-Iskejjel biex jitqassmu fil-klassijiet. DQSE Deskrizzjoni Kwantità Total inkluż VAT - € 164/2015 BeeBots 310 22,079.69 164/2015 BeeBot Software - Site License 62 5,970.59 164/2015 Pro-Botix Site License 62 7,951.76 164/2015 Pro-Bots 310 39,758.80 164/2015 Lego MindStorms Robotics Kit 1 649.00 165/2015 Lego ducation WeDo Kits 622 73,058.38 165/2015 Lego WeDo Software Site License 70 21,234.81 166/2015 Lego StoryStarter 380 45,817.51 166/2015 StoryStarter Curriculum Software 380 45,301.85 261,822.39

Inizjattiva kontra l-obeżità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif sejra l-inizjattiva kontra l-obeżità li fiha ġew ingaġġati numru ta’ għalliema tal-PE?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li permezz taż-żieda fin-numru ta’ għalliema tal-PE mill-bidu ta’ din is-sena skolastika twettqu l-inizjattivi hawn taħt imsemmija bħala parti mill-kampanja tal-Gvern kontra l-obeżità u l-prevenzjoni tal-mard: 1. In-numru ta’ lezzjonijiet għal kull klassi Primarja fl-Iskejjel tal-Istat żdiedu minn waħda għal tnejn fil-ġimgħa 2. Tnieda proġett pilota fil-Kulleġġ San Benedittu u l-Kulleġġ t’Għawdex fejn sessjonijiet immexxija minn għalliema speċjalizzati tal-PE qed isiru fil-livell ta’ kindergarten ukoll 3. Qegħdin jiġu organizzati aktar festivals sportivi bejn skejjel differenti bl-għajnuna ta’ Sportmalta 4. L-għalliema tal-klassi fil-livell primarju qegħdin isegwu programm ta’ Edukazzjoni Fiżika b’temi kross kurrikulari. Dan qiegħed isir bl-assistenza tal-għalliema tal-PE.

Unit Għożża

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-Unit Għożża u kemm-il persuna ġew megħjuna b’dan is-servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Servizz Għożża huwa servizz fi ħdan id-Direttorat Għal Servizzi Edukattivi li joffri għajnuna u sapport lit-tfajliet minorenni, lill-partners u l-ġenituri tagħhom. Dan jintlaħaq permezz ta’diversi programmi li jinkludu: 1. Program speċifiku għat-tfajla tqila. 2. Grupp ta’ sapport li jiltaqa’ darba fil-ġimgħa għat-tfajla omm u t-tarbija. 3. Program ta’ appoġġ għall- ġenituri ta’ l- ommijiet u missirijiet żgħażagħ. 4. Programmi ta’ prevenzjoni għall-ġenituri fl-iskejjel sekondarji kemm ta’ l-Istat kif ukoll tal-Knisja u dawk Independenti 5. Programmi ta’ prevenzjoni għall-istudenti tal-Form 4. 6. Laqgħat ta’ Informazzjoni minn speċjalisti fil-qasam mediku, legali, edukattiv u soċjali. 7. Counselling għat-tfajla tqila/tfajla omm , il-partner u l-ġenituri tagħhom. Iktar informazzjoni u statistika ġewwa Servizz Għożża mis-sena 2014 ‘l hawn qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Programm ALP

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif sejjer il-programm tal-Alternative Learning Programme (ALP) u x’tip ta’ taħriġ qed jingħataw din is-sena dawn iż-żgħażagħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’Jannar tal-2014 ingħata bidu għal Programm ġdid alternattiv vokazzjonali, hekk imsejjaħ il-Programm Alternattiv ta’ Tagħlim. Dan il-Programm kien intenzjonat li jilħaq lil dawk l-istudenti li sfortunatament kienu qed jintilfu fis-sistema. Ħafna minn dawn iż-żgħażagħ kienu orjentati għal Tagħlim Applikat (hands-on Learning Experience) aktar milli dak it-Tagħlim Formali Akkademiku. Dan il-Programm kien ukoll għal dawk l-istudenti fl-iskejjel Sekondarji li kienu diġà qed juru sinjal ta’ assenteiżmu u/jew ma kellhomx l-intenzjoni li joqogħdu għall-eżamijiet tal-Matsec. L-Għanijiet tal-ALP huma li · jipprovdi Edukazzjoni Vokazzjonali fil-Livell 1 u 2 ta’ Ċertifikazzjoni għal dawk l-istudenti li huma f’riskju li jħallu l-iskola mingħajr ebda kwalifiċi edukattivi; · Inħeġġu l-istudenti jkomplu l-istudji tagħhom fil-livell Post Sekondarju Vokazzjonali f’istituzzjonijiet bħal MCAST, Youth Ink u ITS. · ikabbar l-opportunitajiet ta’ xogħol għall-istudenti, speċjalment għal dawk li huma f’riskju akbar ta’ qgħad u faqar. Fis-sena skolastika kurrenti (2015-2016), l-ALP qed isir eklussivament fiċ-Ċentru ta’ Raħal Ġdid u għandu programm pjuttost dinamiku u movimentat, fejn jagħmel l-enfasi tiegħu fuq il-ħidma ta’ tagħlim hands-on. Kull student/a jieħu sett ta’ korsijiet li jinfirxu tul is-sena skolastika kollha. Dawn il-korsijiet jinkludu: · żewġ suġġetti vokazzjonali – minn għażla ta’ 21 suġġett. · suġġetti prinċipali – Matematika, l-Ingliż, il-Malti u l-Informatika (ICT) · suġġett oħra supplimentari Fis-Sena Skolastika fl-ALP, l-istudenti jkollhom diversi esperjenzi fl-eżerċizzju ta’ Xogħol bħala Esperjenza (Job Exposure), kif ukoll f’diversi korsijiet qosra oħra. L-għan ta’ dawn il-korsijiet huwa biex jgħinu fl-iżvilupp ta’ studenti għal futur personali tagħhom. L-ALP jipprovdi wkoll korsijiet għat-Tisħiħ u l-Iżvilupp Personali tal-istudenti. Bl-impenn ta’ kull edukatur, fl-ALP jidher li qed jintlaħaq l-għan tat-tfassil ta’ dan il-programm. Bla dubju numru ta’ studenti li kienu f’riskju li jiġu mitlufa, issa ngħataw opportunità.

Proġetti ta’ infrastruttura fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti ta' infrastruttura fl-iskejjel fl-2015? Jista’ jgħid kemm-il persuna se tgawdi minnhom u kemm kien l-investiment fihom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-nefqa kapitali fuq skejjel tal-istat matul l-2015 kienet ta' €18,058,263. F'dan ir-rigward inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta'proġetti li saru u n-numru ta' persuni li gawdew minn dawn il-proġetti ta' infrastruttura. Dawn in-numri huma skont il-popolazzjoni tal-istudenti u staff, tal-iskejjel u faċilitajiet rispettivi matul is-sena skolastika 2015/2016. Dawn huma faċilitajiet li sarilhom investiment kapitali li ser jibqgħu jintużaw fis-snin li ġejjin, għaldaqstant in-numru ta’ persuni li jgawdu minnhom fis-snin li ġejjin huwa akkumulattiv. Il-faċilitajiet edukattivi huma miftuħa wkoll sabiex jintużaw mill-komunitajiet rispettivi tal-lokal kif ukoll minn għaqdiet sportivi. Infurmat ukoll li l-iskejjel indipendenti u tal-knisja ingħataw għajnuna għall-proġetti tal-infrastruttura kif ġej: A) Assistenza per capita lill- Iskejjel Indipendenti fejn jidħlu Servizzi u Faċilitajiet neċessarji għall-Implimentazzjoni tar-Riformi Edukattivi - Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll Din hija skema li għandha l-għan li tipprovdi assistenza per kapita lill-iskejjel Indipendenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi u faċilitajiet relatati ma’ xjenza, sport, apparat tat-teknoloġija tal-informazzjoni, żvilupp professjonali, fost oħrajn. Minn din l-iskema bbenefikaw tmintax (18)–il skola għal total ta’ €895,351.40. B) Għajnuna lill -iskejjel tal-Knisja u Indipendenti fuq spejjeż kapitali konnessi mal-Implimentazzjoni tar-Riformi Edukattivi - Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll L-iskop ta’ din l-iskema, l-iskejjel tal-Knisja kif ukoll l-iskejjel Indipendenti jkunu jistgħu jingħataw għajnuna marbuta ma’ spejjeż kapitali. Minn din l-iskema bbenefikaw ħamsa u għoxrin (25) skola mill-iskejjel tal-Knisja u żewġ (2) skejjel Indipendenti b’total ta’ €636,507.89.
Leg 12 PQ #24419 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Logħob indoor – riżorsi u equipment

Question

B'referenza għall-istqarrija tal-Gvern li saret ftit tal-jiem ilu li rreferit għal tqassim ta' riżorsi u equipment ta' logħob indoor lil diversi skejjel tal-istat minn fondi tal-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' skejjel li ngħataw dan l-equipment? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-pjan biex fil-futur equipment simili jitqassam ukoll lill-iskejjel tal-knisja u indipendenti? Jekk iva, meta se jsir dan it-tqassim? Jekk le, jista’ jgħid għaliex skejjel tal-knisja u indipendenti mhux se jgawdu minn tali inizjattiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, b’fondi Ewropej, inxtara apparat tal-isports għall-Iskejjel tal-Istat. Kien ilu jinħass il-bżonn li jinxtara apparat simili sabiex l-Iskejjel tal-Istat ikollhom apparat li jgħin lill-istudenti waqt attività sportiva. Skejjel tal-Knisja u/jew dawk Indipendenti għandhom il-fakultà li japplikaw għal kull Fond Ewropew relevanti huma stess. L-Iskejjel primarji kollha tal-Istat fl-għaxar Kulleġġi ngħataw dan l-apparat: Cheese mat, floor mat u springboard għall-ġinnastika, relay batons għall-atletika u agility step ladders għall-fitness L-Iskejjel Medji u Sekondarji kollha tal-Istat fl-għaxar Kulleggi ngħataw dan l-apparat: Mejda tat-table tennis, mejda tat-table soccer, mejda għall-isnooker/pool, swimming boards, relay batons għall-atletika u apparat għall-badminton. Minbarra dan xi apparat imsemmi hawn fuq tqassam ukoll fl-ALP Paola, GEM 16+ tal-Gzira, Giovanni Curmi Higher Secondary tan-Naxxar, Mikelang Refalo Sixth Form t’Ghawdex, Education Hub fl-iMsida, il-Learning Resource Centre tal-Hamrun u l-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — laqgħat

Question

B'referenza għal-laqgħa li saret riċentament minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni mal-ġenituri tat-tfal li jattendu l-klassijiet tal-Kindergarten tal-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex, f’liema laqgħa dawn ġew infurmati li dawn il-klassijiet se jiċċaqalqu għaċ-Ċentru Pastorali tar-Ragħaj it-Tajjeb, jista' l-Ministru jgħid jekk minn meta saret din il-laqgħa kienx hemm xi tibdil fuq din id-deċiżjoni fis-sens li issa se jiċċaqilqu għall-post ieħor? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn hemm il-ħsieb li dawn il-klassijiet jiġu trasferiti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar dawn il-klassijiet għadha qed tinġabar u li l-ġenituri u l-għalliema jkunu infurmati bl-iżviluppi li jkunu qed isiru.

Is-Siġġiewi – Skola Primarja – palk

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija parlamentari 24138, dwar kif qed jiġi mmaniġġjat l-użu tal-palk tal-Iskola Primarja San Injazju fis-Siġġiewi wara l-ħinijiet tal-iskola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-palk tal-iskola jintuża wara l-ħin biss meta jkun hemm xi talba minn xi għaqda jew entità. Din it-talba tiġi diskussa waqt laqgħa tal-kunsill tal-iskola u jinħareġ il-permess.

Programm “Aqra Miegħi u Seħer l-Istejjer” – ċentri

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ ċentri madwar il-gżejjer Maltin fejn qiegħed jiġi ppreżentat il-programm “Aqra Miegħi" u "Seħer l-Istejjer? Jista’ jgħid kemm-il sessjoni ta' dawn il-programmi ġew organizzati matul l-2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2015 saru 2694 sessjoni tal-programmi ‘Aqra Miegħi/Read with Me’ u ‘Seħer l-Istejjer/The Magic of Stories’, maqsuma f’2107 sessjoni ta’ Aqra Miegħi u 587 sessjoni ta’ Seħer l-Istejjer. Lista ta' ċentri fejn qed jiġu ppreżentati dawn iż-żewġ programmi qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Writing Programme — edukaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trainers-edukaturi fi ħdan il-Malta Writing Programme li taw it-taħriġ lill-edukaturi oħra bejn is-snin 2008-2015? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ għalliema/edukaturi li ġew imħarrġa grazzi għal dan il-programm sena b’sena bejn l-2008 u l-2015? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta' trainers-edukaturi fi ħdan il-Malta Writing Programme li bejn Jannar 2016 u April 2016 qegħdin iħarrġu edukaturi oħra fi skejjel Maltin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li kien hemm sitt edukaturi tul l-2008-2015 li taw taħriġ lil edukaturi oħra. In-numru ta’ għalliema/edukaturi li ġew imħarrġa grazzi għal dan il-programm sena b’sena bejn l-2008 u l-2015, kien kif se nsemmi: Il-Programm Malti tal-Kitba (Malta Writing Programme) Sena 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 In-Numru totali ta' Edukaturi mħarrġa 61 56 41 557 249 364 608 655 Minn Settembru 2015, it-taħriġ lill-għalliema/edukaturi fil-Proċess tal-Kitba għadda f’idejn it-Tim tal-Litteriżmu ta’ kull Kulleġġ immexxi mill-Kap tad-Dipartiment tal-Litteriżmu. Il-Programm Malti tal-Kitba m’għadux programm għalih waħdu imma jifforma parti mill-programm ta’ taħriġ għall-edukaturi fil-ħiliet kollha, jiġifieri, fit-taħdit, il-fehim, il-qari u l-kitba. Jieħdu ħsieb dan il-programm hemm il-Kapijiet tad-Dipartiment tal-Litteriżmu taħt id-direzzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u kien hemm sitt kapijiet jorganizzaw it-taħriġ fil-kulleġġ/i li jieħdu ħsieb fil-perjodu msemmi.

Malta Writing Programme – sessjoni ta’ taħriġ offruta lill-edukaturi Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sessjoni ta' taħriġ min-naħa tal-Malta Writing Programme ġiet offruta lill-edukaturi Maltin fid-diversi skejjel Maltin bejn Settembru 2015 u Marzu 2016? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn is-sessjonijiet ta' taħriġ saru fi skejjel tal-istat, tal-knisja u indipendenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bejn Settembru 2015 u Marzu 2016 ingħataw 314 sessjoni ta’ taħriġ lill-edukaturi Maltin fuq il-Proċess tal-Kitba mit-Timijiet tal-Litteriżmu tal-Kulleġġi, immexxija mill-Kapijiet tad-Dipartiment tal-Litteriżmu u sostnuti mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, 303-il sessjoni ngħataw fl-iskejjel tal-istat u 11-il sessjoni ngħataw fl-iskejjel tal-Knisja. Ma kien hemm l-ebda talba mill-iskejjel indipendenti biex jingħataw taħriġ f’dan il-qasam.

Kotba mislufa mil-libreriji pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar kemm ġew mislufa kotba minn tfal tal-età bejn il-ħames u t-tnax-il sena mil-libreriji pubbliċi madwar il-gżejjer Maltin fl-2013, 2014 u l-2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fis-sena 2015, fil-Libreriji Pubbliċi ġew mislufa 345,626 ktieb minn tfal li l-età tagħhom ma taqbiżx it-13-il sena. Infurmat ukoll li Malta libraries m’għandhiex din l-istatistika għas-snin ta’ qabel minħabba l-fatt li l-Library Information System l-antika ma kellhiex din il-faċilità.

ETC – persuni reġistrati bħala persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm hemm persuni rreġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ bħala persuni b’diżabilità li ġew ingaġġati ma’ entitajiet kemm pubbliċi kif ukoll ma’ kumpaniji privati bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2015, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew ingaġġati kien ta’ 72 persuna mal-entitajiet pubbliċi u ta’ 685 persuna mal-kumpaniji privati.

Tablets fl-iskejjel

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22362, jista’ l-Ministru jagħti timelines ta’ kif huwa mistenni li jiġi implimentat dan il-proġett?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-timeline ta’ kif inhu mistenni li jiġi implimentat il-proġett ta’ introduzzjoni tat-tablets fl-iskejjel hu kif se nsemmi: · F’Settembru 2015 sar l-ewwel taħriġ lill-għalliema kollha (kemm tal-iStat kif ukoll tal-Knisja u Indipendenti) li hu maħsub li jkunu qed jgħallmu r-Raba’ Sena (Y4) f’Ottubru tal-2016. · Matul s-sena skolastika 2015-2016: tqassam il-ktieb Teaching with Tablets lil kull għalliem tal-Y4. Dan il-ktieb jiffoka fuq pedagoġija attwali dwar kif tgħallem bit-tablet b’mod effettiv. · F’Jannar-Marzu 2016 tnieda taħriġ lil grupp ta’ għalliema mill-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti biex ikunu ta’ sapport għall-kollegi tagħhom fl-iskejjel. Struttura simili hija maħsuba biex tagħti servizz fl-iskejjel tal-iStat. · Matul it-tielet term, sena skolastika 2015-2016 se jingħata kors ta’ taħriġ onlajn lil kull min jixtieq jitħarreġ f’metodi ta’ tagħlim bit-tablet. · F’kollaborazzjoni mal-Universitá ta’ Malta qed jingħata taħriġ lill-istudenti-għalliema li se jkunu fl-iskejjel waqt teaching practice fis-sena 2016. · F’Lulju 2016 madwar 470 għalliem, LSAs ( kif ukoll SMTs) li se jkunu jgħallmu Y4 f’Ottubru 2016 se jingħataw tlett ijiem taħriġ obligatorju dwar l-użu tat-tablets. · F’Settembru 2016 madwar 470 għalliem u LSAs li se jkunu jgħallmu l-Ħames Sena f’Ottubru 2017 se jingħataw tlett ijiem taħriġ obligatorju. · F’Ottubru 2016 mistenni li jibdew jitqassmu t-tablets lill-istudenti kollha tal-Y4. · F’Lulju 2017 madwar 440 għalliem u LSAs li se jkunu jgħallmu s-Sitt Sena f’Ottubru 2018 se jingħataw tlett ijiem taħriġ obligatorju. · Settembru 2017 madwar 430 LSA li se jkunu fis-Sitt Sena f’Ottubru 2018 se jingħataw tlett ijiem taħriġ obligatorju dwar l-użu effettiv tat-tablets. Stakeholders importanti (MAPPPS, Skejjel tal-Knisja u Indipendenti, MUT, Universitá ta’ Malta u MEDE) qed jiltaqgħu regulari biex jaraw il-proċess tat-tablets u jiddiskutu fost oħrajn ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-pedagoġija, MOU u Acceptable use Policy. F’Jannar 2016 tnidiet sensiela ta’ laqgħat filgħodu u filgħaxija għall-ġenituri fl-għaxar kulleġġi. Tragward MistenniDati Ħruġ tat-TenderFrar 2016 Għeluq tat-TenderApril 2016 Aġġudikar tat-TenderMejju 2016 Taħriġ tad-distribuzzjoniLulju 2016 L-ewwel fażi tad-distribuzzjoniOttubru 2016 It-tieni fażi tad-distribuzzjoniOttubru 2017 It-tielet fażi tad-distribuzzjoniOttubru 2018

Nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm iktar nisa daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f’dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li ż-żieda fin-numru ta' nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba' snin huwa kif ġej: Iż-żieda ta' nisa jaħdmu Settembru 2015 fuq Diċembru 2014 - 4,181 Diċembru 2014 fuq Diċembru 2013 - 4,741 Diċembru 2013 fuq Diċembru 2012 - 3,938

Persuni b’diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iktar persuni b’diżabilità daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f’dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li ż-żieda fin-numru ta' persuni b'diżabilita' li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba' snin huwa kif ġej: Sena Numru ta' persuni b'diżabilita' li daħlu jaħdmu 2012 - 151 2013 - 147 2014 - 309 2015 - 543

Persuni ‘l fuq minn 50 sena li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm iktar persuni ‘l fuq minn 50 sena daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f’dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li ż-żieda fin-numru ta' persuni 'l fuq minn 50 sena li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba' snin huwa kif ġej: Iż-żieda ta' persuni 'l fuq minn 50 sena li jaħdmu Settembru 2015 fuq Diċembru 2014 - 1,484 Diċembru 2014 fuq Diċembru 2013 - 1,808 Diċembru 2013 fuq Diċembru 2012 - 2,208