B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14588, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-1997 u fl-1998 ntefa' anqas skart mis-snin ta' qabel u mill-1999?
Jista' jgħid ukoll fiex wasal il-proċess dwar x'se jsir mill-miżbla tal-Magħtab?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tad-Drenaġġ mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma' ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tad-Dranaġġ bejn il-5 ta' Jannar 2000 u 10 ta' Settembru 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'arretrati ta' xogħol lill-kuntrattur matul l-1999 u 2000?
Ix-xogħlijiet mħallsa huma kollha ċertifikati mill-perit?
Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet mħallsa mill-WSC llum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lil-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bejn 1 ta' Jannar 1999 u t-30 ta' Settembru 2000 kien hemm 18 il-kaz ta' serq li gew irrapportati lill-Pulizija għal-investigazzjoni. Tnejn minnhom kienu jinvolvu valur ta' iżjed minn Lm500 u 16 ta' inqas minn dan l-ammont.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jsiru xogħlijiet ta' l-estensjonijiet tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Triq il-Pre-Istorja, Xemxija?
Jista' jara li dawn ix-xogħlijiet jsiru immedjatament sabiex ir-Roads Department jkun jista' jirranġa t-toroq ta' l-inħawi peress li dawk it-toroq qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti u jikkawżaw ħafna ħsarat fil-karozzi tar-residenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika fuq site-plan il-post eżatt li qed jirreferi għalieħ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19509 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li ġiet riferuta lilek u cioe': jgħid kemm nefaq b'kollox s'issa l-gvern fuq il-proġett ta' St James Cavallier bħala ċentru għal kreattivita'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s'issa fuq il-proġett ta' Kavialier ta' San Ġakbu, il-gvern nefaq is-somma ta' Lm3,194,335.59
Jista' l-Ministru jara li ssir tindifa tajba fi Triq Gridle, Żabbar peress li hemmhekk sar qisu miżbla? Jista' jara wkoll li ssir spezzjoni bis-serjeta' biex dan l-abbuż jinqata'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għalh qed jirreferi l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk mogħoddija lill-Kunsill Lokali, nissuġġerili li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsil Lokali koncernat.
Jista' l-Ministru jara li d-dipartiment ta' l-ambjent inaddaf il-fdalijiet ta' l-iskart li nħolqu fl-inħawi ta' l-Imtaħleb madwar it-triq ta' l-irdum ta' barra?
Jista' d-dipartiment ta' l-ambjent ġentilment jikkonsidra l-bżonn li jsiru strips ħalli jkun jista' jitnaqqas il-vandaliżmu ta' dumping ta' materjal fl-inħawi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministeru ghall-Ambjent qiegħed inaddaf bosta postijiet fejn qegħdin jintremew il-fdalijiet ta l-iskart. Ser isir sforz biex isir ukoll it-tindif tat-triq ta' madwar l-irdum ta' barra, gewwa l-Intaħleb.
Jista' forsi l-Onor. Interpellant jiċċara xi jfisser bi strips ħalli jkun jista jitnaqqas il-vandaliżmu ta' dumping. Jekk fil-każ li jrid ifisser skips - dawn issiru fuq inizjativa tal-Kunsil Lokali koncernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19422, jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinari ttieħdu sal-lum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Waqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għall aħħar paragrafu tat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 19422, ninformaħ li l-penalitajiet kienu jvarjaw minn twissijiet, multi u sospensjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu x-shareholders tal-Cottonera Waterfront Group meta sar il-kuntratt dwar il-proġett tal-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li meta sar il-kuntratt ix-'shareholders' tal-Port Cottonera Waterfront Group kienu:
Ballut Blocks Services Ltd.,
Blokrete Ltd.,
Hal Mann Holdings Ltd.,
Vassallo Builders Group Ltd.,
B. & C. Ltd.,
Alberta Projects Ltd.,
Raniolo Ltd.,
Applied Economics Consulting Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kif ga kelli l-opportunita' inwieġeb lil-Onor. Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru għall-allokazzjoniiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19612?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
l-informazzjoni mitluba f'mistoqsijiet Parlamentari nru.19512 u 19612 hija kif tidħer hawn taht:
Kuntratti - Lm3,153,334.05
Materjal - 12,947.84
Kiri ta' Makkinarju - 3,892.10
Servizzi - 19,679.23
Xiri ta' Makkinarju - 1,697.31
Affarijiet oħra - 2,785.06
--------------------------------------------------------------
TOTAL - Lm3,194,335.59
===================================
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx environmental impact assessment dwar l-effetti fuq l-ambjent tar-raħal ta' Ħal-Kirkop fl-eventwalita' li tiftaħ il-fabbrika tal-multigas li qed tissemma għal din l-area? Jekk sar x'inhuma l-konklużjonijiet? Jekk ma sarx, se jsir?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji b'mod urġenti ħalli ma tirrepitx ruħha s-sitwazzjoni tas-snin li għaddew fil-viċinanzi tal-Magħtab fejn it-toroq jimtlew tjun u trabijiet meta dan jibda jinxef, u li jwasslu san-Naxxar, Mosta, Salini u Baħar iċ-Cagħaq?
Billi kien hemm suġġeriment li t-tyres jitnaddfu bil-pressa ta' l-ilma qabel l-inġenji jitilqu Magħtab, skond suġġeriment li kont għamilt xhur ilu u li kien hemm il-wegħda fir-risposta parlamentari li kellu jinxtara l-apparat, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xiri ta' dan l-apparat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tajt struzzjonijiet biex jittieħdu l-passi neċċessarji ħalli jitnaqqas dan l-inkonvjent.
Il-proċess tas-sistema tal-ħasil tat-'tyres' għandu jibda hekk kif jitlesta xogħol ta' zvilupp tad-daħla ta dan is-sit fil-Magħtab.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli jitneħħa l-konkos li ntefa' minn xi individwu responsabbli bi spralli fi Triq l-Ingilterra, Naxxar ma' Triq il-Ġermanja, Naxxar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjonli għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsil Lokali nteresat.
Jista' d-dipartiment jgħid x'qed jikkawża l-ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, Malta?
Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex ma jkunx hemm aktar inkonvenjent tar-residenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mir-riżultat tas-survey li sar permezz tac-CCTV fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, ma irrużulta li hemm l-ebda ħsara fis-sistema tad-dranaġġ. Ta' min isemmi illi l-iżbroff ta' dranaġġ li seħħ xi ftit ta' ġranet ilu sar minħabba blockage u mhux għax hemm xi ħsarat.
Jista' l-Ministru jinformani għaliex triq il-ġdida fi Triq il-Ħtajriet, il-Mosta ġiet abbandunata matul dawn l-aħħar snin?
Peress li f'din it-triq hemm bżonn numru ta' xogħlijiet li jinvolvu estensjoni tad-drenaġġ, jista' l-Ministrujara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa immedjatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minħabba li l-'easement' biex nidħlu fi propjeta privata se jiġi ppubblikat f' żmien qasir, ix-xogħol (li għalieh għandna 'tender' lesta) ma setax jibda' qabel. Għalhekk dan ix-xogħol jinbeda malli noħorġu t-'tender' in kwistjoni.