Jista' l-Ministru jinvestiga xi ħsarat ikkawża lill-bdiewa l-fawran tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Ħemsija, l/o Rabat? Jista' jara l-possibbilta' li l-bdiewa jingħataw xi kumpens?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura diga' irċieva mingħand id-Dipartiment tad-Drenaġġ sabiex issir stima tal-ħsara li ġiet ikkawżata fir-raba il-Ħemsija meta far id-drenaġġ. Qegħda ssir il-proċedura normali sabiex issir stima tal-ħsara lil dawn il-bdiewa. Din l-istima tintbagħat lid-Dipartiment tad-Drenaġġ sabiex jikkumpensahom.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jiġri mis-sezzjoni tal-hands on farming? Kemm inġiebu annimali ġodda?
Response (ZAMMIT, NINU)
Minħabba l-prekawzjonijiet li qed nieħdu fil-farm kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, iż-żjarat ta' l-iskejjel kellhom jieqfu temporanjament. Għaldaqstant il-hands on farming bi ħsiebna nkompluh hekk kif jispiċċaw dawn ir-restrizzjonijiet preżenti.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal-liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mil-general hands li għamlu l-eżami għall-ġardinara u li għaddew 55 mill-eżami u minnhom jaħqu biss 25 imbagħad wara laħqu 3 oħra għaliex tlieta minn dawk il-25 li kienu laħqu spiċċaw bil-pensjoni. Il-kumplament kienu mwegħda li jilħqu iktar tard matul is-sena, iżda issa rċevew ittra minn Kastilja li tgħix li l-postijiet vakanti kienu ġew kollha mimlija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Meta saret is-sejħa għall-ġardinara kien hemm bżonn ta' sitta u għoxrin (26) ġardinar fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Minn dawk intervistati għall-post ta' ġardinar skond iċ-Ċirkulari MPO Nru. 25/99 tat-8 ta' Frar 1999 għaddew ħamsa u ħamsin (55). Minbarra general hands kienu applikaw u għaddew mill-eżami ukoll ħaddiema fi gruppi industrijali oħra. Wieħed mis-sitta u għoxrin (26) li għaddew ma ħax l-appointment għal raġunijiet tiegħu u minfloku laħaq dak li ġie fis-sebgħa u għoxrin (27) post.
Peress li matul dik is-sena spiċċaw erba' (4) ġardinara, saret talba li jilħqu erbgħa applikanti oħra minn dawk li għaddew mill-eżami.
Għadu għaddej proċess sabiex naraw jekk hux il-każ li nappuntaw aktar ġardinara minn fost dawk li għaddew.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali, tekniċi, studenti eċċ mid-Dipartiment tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd li ntbgħatu barra minn Malta għas-spejjes tal-Ministeru jew tad-Dipartiment konċernat?
Minn liema sezzjonijiet ġew dawn l-uffiċjali, tekniċi u studenti? X'kienu l-ispejjes totali ta' kull safra li jinkludu l-vjaġġi, akkomodazzjoni, allowances eċċ li ntefqu?
X'riżultati nkisbu għall-ġid tal-bdiewa, raħħala u sajjieda minn dawn il-laqgħat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Uffiċjali tekniċi u studenti jmorru fuq xogħol u/jew taħriġ barra l-pajjiż skond l-esiġenzi u l-bżonnijiet tad-dipartimenti, u dan wara li kull każ ikun approvat mid-Diretturi konċernati kif ukoll mis-Segretarju Permanenti.
Ma tidher l-ebda ħtieġa li toqgħod tinġabar l-informazzjoni peress li l-istess informazzjoni globali tkun indikata fl-estimi ta' kull sena.
Jista' l-Ministru jgħati break down tal-fuel li nħela għal-inġenji li huma stazzjonati fil-Ġnien tal-Argotti l-Furjana għall perjodu ta' Jannar sa April? Kemm fil-fatt huma n-numru ta' muturi tal-ħart li hemm stazzjonati ma' l-Argotti Gardens Division u liema areas jikkaverjaw?
Response (ZAMMIT, NINU)
Sakemm ma tingħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħati break down ta' kemm ħlew fuel il-karozzi tal-krii tal-Ministeru u tad-Dipartiment minn Jannar ta' din is-sena l'hawn?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta’ karozzi self-drive li fil-mument għandu mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu huma 29. F’dawn il-ħames xhur saru b’kollox 38 kirja. Dawn huma mqassma kif ġej bl-ispiża tal-fuel minn Jannar ta’ din is-sena sal-25 ta’ Mejju 2001.
Ministeru (Segretarjat)
Sewwieq
Lm
Diversi
279
Diversi
258
Private Secretary
140
Ministeru (Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti)
Sewwieq
Lm
Diversi
129
Diversi – 10 tijiem
7
Dipartiment tal-Policy and Planning
Sewwieq
Lm
Direttur
95
Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura
Sewwieq
Lm
Diversi
302
Konsulent
202
Diversi – 14 ġurnata
21
Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji
Sewwieq
Lm
Diversi
187
Diversi
89
Diversi - 52 ġurnata
32
Diversi - 72 ġurnata
110
Diversi - 9 tijiem
11
Diversi - 71 ġurnata
45
Diversi - 65 ġurnata
133
Diversi - 58 ġurnata
88
Diversi (x4) – total ta’ 14 –il ġurnata
41
Dipartiment ta’ l-Agrikoltura
Sewwieq
Lm
Chief Scientific Officer (Grade 4)
368
Sezzjoni Animal Husbandry
129
Sezzjoni Animal Husbandry
104
Sezzjoni Urban & Rural Landscaping
210
Sezzjoni Urban & Rural Landscaping
310
Sezzjoni Urban & Rural Landscaping
89
Sezzjoni Maintenance
243
Sezzjoni Maintenance
171
Sezzjoni Maintenance
254
Sezzjoni Land & Water -G.I.S. Agricultural Survey
160
Sezzjoni Plant Health (PBC)
93
Sezzjoni Plant Health (Lab.)
88
Sezzjoni Potato Export
178
Sezzjoni Plant Quarantine – 30 ġurnata
24
Sezzjoni Security – mid-9 t’April
62
Sezzjoni ARDC (Admin) – mit-8 ta’ Marzu
30
Office of Review
Sewwieq
Lm
Direttur – mis-27 t’ April
25
DCS
Sewwieq
Lm
Diversi (x3) - intużaw ġurnata waħda
11
Il-karozzi li huma allokati fis-sezzjonijiet jintużaw fil-weekends skond il-ħtiġijiet tas-servizz li jistgħu jinqalgħu. Fil-każijiet fejn l-uffiċjali kkonċernati għandhom id-dritt għall-użu tal-karozza anke fil-ħin personali tagħhom, din qed tiġi nkluża bħala fringe benefit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fis-Research Development Centre (l-Għammieri), xi gradi għandhom u f'liema sections jinsabu?
Kemm-il section hemm l-Għammieri u x'inhu x-xogħol li jagħmlu?
Il-ħaddiema li qed jispiċċaw qed jiġu sostitwiti? Minn kienu l-ħaddiema li spiċċaw u min mar flokhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba tinsab fil-Financial Estimates 2001.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex topera is-Sezzjoni tal-Bexx? X'qed jagħmlu il-ħaddiema tagħha? Vera li hemm apparat biex jitwaħħal ma tractor (boom sprayer) biex isir il-bexx bih u li għadu qatt ma ġie wżat, u li apparat ieħor li kellhom bżonnu s-sezzjoni iżda is-sezzjoni nkarigata minnu ma ridietx tisilfu spray tank?
Response (ZAMMIT, NINU)
Minħabba raġunijiet ta' saħħa tal-ħaddiema, is-Sezzjoni tal-Bexx ma' għadiex topera. Il-ħaddiema ta' din is-sezzjoni il-lum qegħdin jaħdmu fin-nursery tas-siġar tal-frott ġewwa San Vinċenz de Paule.
Ninsab infurmat illi l-Boom Sprayer intuża kull meta iċ-ċirkostanzi irrikjedew li jintuża dan l-apparat.
Kien hemm diversi okkażjonijiet li ġew mislufa spray tanks lil sezzjonijiet oħra. Iżda jekk min hu inkarigat jidhirlu li ser issir ħsara lil apparat bit-tip ta' bexx li jkun ser jintuża, dan l-apparat ma jinsilifx.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24875 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' l-Ministru jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Eġittu matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Diġa kelli l-okkazzjoni illi nirrispodi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari simili għal dik li għamel l-istess Interpellant lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, liema mistoqsija ġiet riferuta lili. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għal parti mir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru: 23228, cioe risposta li ngħatat fis-7 ta' Frar ta' din is-sena.
Pero, naġġorna lil Onor. Interpellant dwar żviluppi li seħħew minn dakinhar l'hawn.
Fi Frar li għadda delegazzjoni t'erbgħa uffiċjali minn dan il-Ministeru żaret l-Eġittu fejn iddiskutew il-produzzjoni ta' magħlef. L-Eġizzjani wegħduna li jagħtuna aktar tagħrif dwar iż-żrieragħ tagħhom.
Qiegħda tiġi mistħarġa wkoll il-possibilta ta' bdil ta' studenti għal korsijiet qosra fl-Agrikoltura u Akwakultura.
Inżid ukoll illi bħalissa għandna Uffiċjal Xjentifiku fuq kors tal-produzzjoni tal-Magħlef fl-Eġittu. Dan ġie sponsorjat miċ-CIHEAM.
Bi ħsiebna nkomplu nsaħħu din il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Eġittu.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24874 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Libja matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23226. Pero' ser ikomplu d-diskussjonijiet fil-laqgħa li jmiss tal-Protocol ta' Ko-Operazzjoni.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24882 meta ġiet diskussa mal-KIM id-deroga jew il-perjodu transizzjoni li ntalab fil-position paper dwar ir-regoli veterinarji ta' l-UE? X'proposti għamlet il-KIM u x'aċċettat il-KIM?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-meeting tas-S.I.M u tal-MEUSAC ir-rappreżentanza tal-KIM kienet qablet mad-dettalji tal-Position Paper rigward il-majjal.
Peress li l-Prim Ministru qal li f'Għawdex żar farm tat-tiġieġ li laħaq 95% tar-regoli u l-istandards ta' l-UE, jista' l-Ministru jinfurmani min ikkonferma dawn l-iżviluppi fid-Dipartiment tal-Biedja jew dak tas-servizz veterinarju u xżinhuma in-numru permess tal-PA?
Jista' jinfurmani f'liema perċentwali waslu l-farms l-oħra f'Għawdex f'dawk li huwa regoli, standards u permessi tal-P.A.P.B?
Jista' l-Ministru jinfurmani meta ntlabu li jsiru dawn il-bidliet mid-Dipartiment tas-servizz veterinarju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-biċċerija, u mhux il-farm, li żar il-Prim Ministru hija l-istess waħda li kienet ġiet inawgurata mill-Onor. Interpellant meta kien Ministru. Din hija biċċerija privata li fi kliemu stess għandha 'livell għoli ta' iġjene'.
Inżid ngħid li l-Managing Director Tas-Sajku Poultry Products diġa applika biex ikabbar b'mod sostanzjali il-provvista tal-elettriku għall-imsemmi stabiliment, peress li b'mod kif stqarr fl-applikazzjoni tiegħu, "the slaughtering plant is being upgraded to comply with the European Union directives and to conform with the required foodsafety standards known as HACCP", u allura jkun 100% skond l-istandards Ewropej.
Peress li f'mistoqsija parlamentari nru. 24881 jirriżulta li l-ministeru għen lill-farmers' wine coperative tal-bdiewa, dan ifisser li l-koperattiva tat-tjur ma ġietx mogħtija l-għajnuna? Jekk le, jista' jgħid meta għen lill-koperattiva tat-tjur biex tassisti għal laqgħat fi Brussel ħall tkun aġġornata dwar dak li jitolbu regoli ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Farmers' Wine Coperative talbet għall-għajnuna u din ġiet mogħtija. Fil-każ ta' koperattivi u għaqdiet oħra, tingħatalhom għajnuna meta din tiġi mitluba. Il-Ministeru dejjem għin u kkopera ma' korpi, individwi jew għaqdiet li talbuh għajnuna.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li bejn il-11 ta' Settembru 2000 sal-lum, fid-Dipartiment ta' l-Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, saru dawn it-trasferimenti interni:
Mid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 4
Mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura 12
Mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 2
Mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura 1
Rigward trasferimenti minn/lejn dan il-Ministeru, nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ser tingħata mill-Prim Ministru għal Mistoqsija Parlamentari Numru 25569.
Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għall-Ministeru u għal Dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24877 li oriġinarjament kienet saret lil Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u Franza matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Franza ipprovdit espert fil-ħarsien tal-mard tal-pjanti, u uffiċjal minn Malta żar diversi stabillimenti fi Franza dwar il-ħarsien tal-mard tal-pjanti u l-faċilitajiet li joffru.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24882 jista' l-Ministru jinformana x'derogi u perijodu transitorji pproponew lill-ministeru l-produtturi tal-majjal f'Malta u Għawdex sabiex ikollhom il-flessibbilta' li jaġornaw mas-sistemi u r-regoli tal-CAP?
Response (ZAMMIT, NINU)
Dak li qed jitlob l-Onor. Interpellant hija informazzjoni li għadha qed tiġi negozjata. Għadu mhux il-waqt li tingħata l-informazzjoni mitluba. Dawn id-diskussjonijiet għad iridu jiġu diskussi fil-MEUSEC fejn l-Oppożizzjoni tista' tattendi.
Jista' l-Ministru jinformana meta saret l-aħħar laqgħa bejn il-meat sellers association u l-ministeru? X'talbu l-meat sellers association u x'iżviluppi kien hemm?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-aħħar laqgħa saret f'Marzu 2001 u din kienet dwar dħul ta' distributuri u ta' bejjiegħa tal-laħam fil-biċċerija.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24879 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u New Zealand matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi ma sar l-ebda żvilupp ta' nota bejn Malta u New Zealand.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24876 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u Ċipru matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ Ċipru id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji Malti offra li konsulenza lill-counterpart Ċiprijott dwar is-suġġett ta’ introduzzjoni tal-kunċett ta’ food safety fil-food chain kollha minn stable to table.