Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32361 Sitting 753 2002-06-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa dawk il-prodotti ta' l-ikel importati għall-poplu tagħna u għas-settur tat-turiżmu li sa jibdew ikunu kkontrollatum wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, b'effett tas-87 Tariff Quotas li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO sabiex tikkontrolla l-importazzjoni ta' prodotti partikolari ta' l-ikel tal-popli tal-pajjiżi membri tagħha?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 9 PQ #32362 Sitting 753 2002-06-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

TARIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel importati għall-konsum tal-poplu li wara sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja sa jkunu kkontrollati bis-sistema tat-TARIC li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-popli kollha pajjiżi membri tagħha sabiex tikkontrolla l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel fil-pajjiżi membri tagħha?

Response (BORG, JOE)

Minħabba fin-natura teknika tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tçgħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #34011 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-MIC mill-1999/2000/2001 sal-lum, sena sena? Jista' jgħid fiex intefqu l-flus f'din is-sena, xahar b'xahar?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #33855 Sitting 751 2002-06-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Unjoni Ewropea — Pariri Professjonali lill-Gvern

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33639, kif jispjega l-fatt il-Ministru li l-kuntratt għadu mhux finalizzat u l-persuna li magħha se jsir il-kuntratt diġa` bdiet ix-xogħol tagħha permezz ta' laqgħat?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt in kwistjoni li għalih saret riferenza fil-Mistoqsijiet Parlamentari numri 33435 u 33639, issa ġie ffinaliżżat u ffirmat fil-31 ta' Mejju, 2002. Kopja ta' dan il-kuntratt qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Nikkonferma li saru xi laqgħat mal-persuna li tirrapreżenta d-ditta li magħha issa ġie iffirmat il-kuntratt waqt li kienu għaddejin d-diskussjonijiet dwar l-istess kuntratt.
Leg 9 PQ #33765 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Tkeċċija ta' Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tkeċċija ta' barranin ġiet ordnata wara li dawn ikunu ġew dikjarati bħala illegal aliens għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #33639 Sitting 745 2002-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 33435, jista' jgħid ma' min il-ministeru tal-affarijiet barraninn qiegħed f'diskussjonijiet sabiex jiffinalizza kuntratt bien jingħataw pariri professjonali lil gvern? F'liema stadju waslu dawn id-diskussjonijiet? Meta huwa maħsub li se jiġu finalizzati?

Response (BORG, JOE)

Id-diskussjonijiet fuq kuntratt biex jingħataw pariri professjonali lill-Gvern kif imsemmi fir-risposta għall-mistoqsija 33435 mistennija li jiġu ffinaliżżati fil-ġimgħat li ġejjin. M'hux għaqli li wieħed jagħti d-dettalji kif mitluba waqt li dawn id-diskussjonijiet għadhom għaddejin.
Leg 9 PQ #33558 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati — Ħlassijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaddejjin investigazzjonijiet dwar ħlasijiet ta' allowances li ħadu qraba ta' diplomatiċi li ma kienux intitolati għalihom? F'liema ambaxxata saru dawn il-ħlasijiet mhux dovuti?

Response (BORG, JOE)

Jien infurmat li m'hemmx investigazzjonijiet għaddejjin dwar ħlasijiet ta' allowances li setgħu ħadu qraba ta' diplomatiċi u li ma kienux intitolati għalihom.
Leg 9 PQ #31801 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (BORG, JOE)

Jien m'inhiex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni ddettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-Mistoqsija Numru 31801 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintabab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #33342 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Bank Ċentrali — ECP

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti għall-kummenti dispreġġjativi li għadda c-chairman tal-Bank Ċentrali Ġermaniż dwar ir-rwol imċekken li għandu jkollhom il-Banek Ċentrali ta' Malta u Ċipru fi ħdan l-ECB (il-Bank Ċentrali Ewropew) kemm-il darba dawn isiru membri sħaħ tal-UE kif ukoll tal-bank innifsu?

Response (BORG, JOE)

Deċiżjonijiet li jirrigwardaw ir-rwol ta' pajjiżi membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, inkluż f'dak li jirrigwarda r-rwol tal-Banek Ċentrali fi ħdan il-Bank Ċentrali Ewropew, ma jittieħdux minn persuna waħda, jew a bażi ta' dak li jgħid individwu wieħed, hu min hu, iżda jittieħdu b'deċiżjoni tal-pajjiżi membri kollha. Għaldaqstant, ma kienx hemm lok ta' xi reazzjoni da parti tal-Gvern Malti għal dak li ġie rrappurtat li qal iċ-Chairman tal-Bank Ċentrali Ġermaniż. Infakkar l-Onorevoli Interpellant li kien intqal ħafna kliem u ntwera xettiċiżmu kbir dwar jekk pajjiżi żgħar għandomx ikollhom dritt għall-Kummissarju Ewropew u dwar id-dritt li l-Malti jkun lingwa uffiċċjali, anke mill-esponenti prinċipali tal-Partit Laburista Malti, inkluż il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nnifsu. Is-suċċessi miksuba fuq dawn iż-żewġ materji importanti iġibu fix-xejn ix-xettiċiżmu espress u l-qtigħ il-qalb muri dwar ir-rwol ta' Malta bħala membru tal-Unjoni Eworpea.
Leg 9 PQ #33343 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Militanti Palestinjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern Malti dan l-aħħar ġie avviċinat mill-UE biex jikkunsidra li jieħu lill xi Militanti Palestinjani li kienu jinsabu sa ftit ilu taħt assedju fil-knisja tan-nativita f'Betlem kif ġara fil-każ ta' Ċipru? Jekk le, saru xi inzjattivi f'dan ir-rigward minn naħa tal-Gvern Malti innifsu?

Response (BORG, JOE)

It-tweġiba għaż-żewġ partijiet tal-Mistoqsija hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #33410 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Laeken European Council — EU military capabilities

Question

Billi Malta kienet mistennija tieħu sehem fil-laqgħa ta' l-14/05/02 tal-ministri ta' l-affarijiet barranin u tad-difiża ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-EU military capabilities elenkati fil-Laeken European Council, fosthom: Il- capability development mechanism; Il-progress fir-rigward tal-qafas tal-European Capabilities Action Plan; L-element ta' rapid response fil-Helsinki Headline Goal; il-command and control arrangements għall-operational headquarters; Kif ukoll il-koperazzjoni fil-qasam ta' l-armamenti?

Response (BORG, JOE)

Peress li l-materja trattata hija ta' natura militari, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #33440 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba minni f'mistoqsija parlamentari nru. 32796, u li l-ministru wiegħed li qiegħed jiġbor biex tingħata f'seduta oħra?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Inżid ngħid illi l-uffiċċjali li jservu fl-Ambaxxati Maltin huma ntitolati għall-home leave skond kif ipprovdut fil-Conditions of Service for Officers Serving Overseas. L-ispejjeż tal-vjaġġi meta jittieħed il-home leave jitħallsu minn fondi pubbliċi skon l-istess Conditions of Service for Officers Serving Overseas.
Leg 9 PQ #33443 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati/Kummissjonijiet Għolja

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari nru. 32817, liema informazzjoni qal li qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #33341 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Kummissjoni Ewropea — Common European Border Guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-posizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jitwaqqfu common european border guards, biex jipproteġu l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kontra l-immigrazzjoni illegali u t-terroriżmu? Kif jirrikonċilja l-idea li jkollok membri ta' korp ta' nazzjonalita' barranija jgħassu l-fruntieri ta' pajjiżi newtrali bħal Malta? Ma taħsibx li din il-miżura li hi maħsuba li tiġi fis-seħħ fis-sena 2007 tista xxellef l-aspett tas-sovranita' tal-pajjiżi ikkonċernati?

Response (BORG, JOE)

Din il-proposta dwar "l-integrated management of the EU's external borders" għadha kif ġiet magħmula il-ġimgħa l-oħra mill-Kummissjoni Ewropea. M'hemmx dubju li għad hemm ħafna x'jiġi diskuss u x'isir qabel ma din il-proposta ssir realta'. Għalhekk għadu prematur li wieħed jesprimi opinjoni dwar l-impatt ta' din il-proposta u jagħmel kummenti oħra.
Leg 9 PQ #33386 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba minni f'mistoqsija parlamentari nru. 32789 peress li kien wiegħed li risposta tingħata f'seduta oħra?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-perjodu minn Jannar 2001 sa April 2002. Sadattant, qed jinġabar it-tagħrif mitlub għall-perjodu ta' bejn April 2000 sa Diċembru 2000, lçma tagħrif jitqçgħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #33397 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba minni f'mistoqsija parlamentari 32813 liema mistoqsija ġiet imwieġba "Risposta tingħata f'seduta oħra"?

Response (BORG, JOE)

Sal-15 ta' April ta' din is-sena l-MIC kienet timpjega għoxrin persuna, li minnhom tnax jaħdmu full-time. It-tmien ħaddiema part-time kollha jaħdmu fuq sistema ta' roster fl-uffiċċju ta' Għawdex, u jirċievu LM3.00 fis-siegħa għas-servizzi li jagħtu. Disa mit-tnax il-impjegat tal-MIC li huma full-time jaħdmu sahra bi ħlas. Kull xahar il-MIC tħallas LM8,200.19 f'pagi, allowances u sahra. Il-kundizzjonijiet ta' xogħol ta' l-impjegati tal-MIC huma mxandra fis-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' ingaġġ relattiva u l-kuntratti ta' xogħol ġew konklużi u ffirmati mill-ħaddiema konċernati. Għalhekk ma nifhimx għaliex l-Onorevoli Interpellant qed jappella biex lil dawn l-impjegati 'inserrħulhom rashom'.
Leg 9 PQ #33400 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Cash Advance

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar fiex waslet l-inkjesta interna li għamilt mistoqsija dwarha f'mistoqsija parlamentari nru. 32707? Jekk tlestiet, x'kien l-eżitu? Jekk għadha mhijiex lesta, kemm huwa mistenni li ddum sejra?

Response (BORG, JOE)

Il-Bord Investigattiv, li twaqqaf fil-Ministeru biex jistħarreġ dwar is-somma ta' flus li ngħatat għal skop ta' safra uffiċċjali li baqgħet ma seħħitx, kif għarraft lill-Onorevoli Interpellant fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32707, issottometta r-rapport finali tiegħu. Il-Ministeru issa qed jieħu il-passi meħtieġa biex isegwi l-konklużjonijiet milħuqa fl-istess rapport u b'hekk il-kont relattiv jingħalaq ma jdumx.
Leg 9 PQ #33403 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxata ta' Malta fi Franza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li kienet impjegata bħala promotional officer (research assistant) fl-Ambaxxata ta' Malta fi Franza, għadhiex jew le impjegata ma' l-ambaxxata?

Response (BORG, JOE)

Il-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant m'għadhiex impjegata ma' l-Ambaxxata Maltija f'Pariġi sa minn Jannar ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #33406 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati/Kummissjoni Għolja Maltin

Question

Wara li l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi nru. 32821 kien wieġeb li "risposta tingħata f'xi seduta oħra", ma jaħsibx li għadda żmien biżżejjed biex tingħata risposta?

Response (BORG, JOE)

Matul dawn l-aħħar tlett snin jiġifieri fil-perjodu mill-15 t'April 1999 sa l-14 t'April 2002, saru erbgħa u disgħin (94) riċeviment mill-Ambaxxati u Kummissjonijiet Għolja kollha Maltin bi spiża ta' LM40,455.19 li minnhom l-ispiża fuq ikel u xorb kienet LM32,373.13. In-numru ta' ikliet u riċevimenti li saru fir-residenzi ta' l-Ambaxxaturi jew Kummissarji Għolja kienu mija u ħdax (111) u tnejn u sittin (62) rispettivament bi spiża ta' LM9,319.88 u LM14,879.55 f'kull każ.
Leg 9 PQ #33435 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Komunikazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid ġiex iffirmat xi kuntratt, jew hemmx il-ħsieb li jiġi ffirmat xi kuntratt, ma' xi persuna biex jikkordina l-kampanja ta' komunikazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea? Fil-każ li iva, min hi din il-persuna? X'terms of reference għandha għax-xogħol tagħha? Xi ħlasijiet ser tingħata din il-persuna? Tista' tpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, JOE)

Il-persuna li għandha r-responsabbilta' għal kampanja ta’ kommunikazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea mil-lat governattiv hija l-Assistent Personali tiegħi li għandu kuntratt ta’ servizz skond id-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 124 tas-16 ta’ Ġunju 1999. M’hu qed jirċievi l-ebda ħlas ulterjuri għal dan ix-xogħol. Ta’ min wieħed jgħid illi l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin qiegħed f’diskussjonijiet sabiex jiffinalliżża kuntratt biex jingħataw pariri professjonali lil Gvern dwar kif il-Gvern jista' jżid l-għarfien dwar il-politika barranija ta’ Malta kemm f’Malta kif ukoll barra minn pajjiżna. Inoltre, Iċ-Ċentru Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea hija l-entita li għandha r-responsabbilta' li tipprovdi informazzjoni lil pubbliku dwar l-Unjoni Ewropea, ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, u l-proċess tan-negozjati għas-sħubija.