Jista' il-Ministru jgħid jekk dawk li għażlu li jieħdu l-iskema ta' l-irtirar kmieni bil-pensjoni mill-Air Malta, skond il-ftehim industrijali bejn l-Air Malta u l-erba' unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema iffirmat fis-26 ta' Mejju 2004, hux se jkollhom il-pensjoni tagħhom garantita u f'każ li r-risposta hija fl-affermattiv, minn min? Mill-gvern jew mill-Air Malta?
Jista' jgħid ukoll jekk l-imsemmi ftehim ġiex hypothicated skond il-liġijiet industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li skond Schedule 8 tal-Liġi tal-VAT hemm VAT ta' 5% fuq is-supply ta' l-enerġija, jista' il-Ministru jgħid jekk din it-taxxa tal-VAT hijiex parti mill-komputazzjoni tas-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-Korporazzjoni għas-Sevizzi ta' l-Ilma se ssewwi l-ħsara li saret lill-bankina ta' quddiem ir-residenza li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet saret minn resident bil-membrane biex ma jinfidx l-ilma tax-xita fil-bini tiegħu u issa dan il-membrane ġie minfud bix-xogħol tal-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21612 u 21750 uu jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge mid-domestic consumption, i.e. tal-familji, hotels u fondi kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li stima ta’ surcharge għal perjodu 01 t’ Ottubru 2005 sa 13 ta’ Settembru 2006 hija ta’ Lm 26.5 miljun, li minnhom Lm 4.3 miljun huma fuq l-ilma. Ta’ min wieħed jinnota li d-distinzzjoni ta’ dħul ta’ surcharge bejn dawl u ilma tista’ tvarja peress li l-capping jogħodd fuq il-kontijiet flimkien. Għal rigward ta’ dħul totali ta’ Lm 26.5 miljun dawn jistgħu jinqassmu Lm 1.6 miljun – hotels, Lm 3.7 miljun – industrial u l-bilanċ ta’ Lm 21.2 miljun konsumaturi oħra. Ta’ min wieħed jenfasiżża li dawn huma stimi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella għad-dħul mis-surcharge minn Jannar 2005 sa Lulju 2006. It-tabella tirrifletti surcharge fix-xahar li ħareg il-kont u mhux ix-xahar tal-konsum jew ta’ ħlas.
Ta min iżid li dawn l-figuri huma dawk maħrugin mill-billing system tal-WSC u għadhom ma ġewx verifikati. Figuri preċiżi jkunu jistgħu jingħataw ġa la darba jiġi konkluż l-Audit annwali tal-Korporazzjoni Enemalta kif meħtieg bil-liġi u għalhekk il-figuri mogħtija jistgħu jinbidlu.
Investiment, Industrija u Teknoloġija għall-Informazzjoni — Kuntratti
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21736 u jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi?
Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jista' l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku b'xi jfisser b'outsourcing u għal liema kuntratti simili qed jirreferi?
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba tul l-aħħar tliet xhur waqfu jew intfew il-pompi tal-Pwales u kien hemm żbroff ta' drenaġġ fil-bajja tax-Xemxija?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li fl-aħħar tlett xhur il-pompi tad-drenaġġ tal-Pwales la waqfu u anqas intfew.
Jista' il-Ministru jgħid x'qiegħed isir, jew għallinqas x'se jsir, min-naħa tal-gvern dwar id-drenaġġ li qed joskula fil-bidu ta' Triq l-Għargħar f'tarf Triq il-Wied Ħal Qormi, li qed jikkawża mhux biss irwejjaħ u insetti iżda detriment serju għal saħħet ir-residenti fl-area u għal kulmin jaħdem u jgħaddi mill-akkwata?
Jista' jordna li jsiru spezzjonijiet fuq il-post fejn ir-residenti jiġu mistoqsija dwar dak li qed jiġri, u dan peress li huwa importanti li jindikaw eżattament il-post fejn dan il-leak ta' drenaġġ qed jiżbroffa u peress li uffiċjali li ma jkunux midħla ta' l-akwata tkun diffiċli li jidentifikaw il-post eżatt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett Sewage Transmission Infrastructure li se jiġi funded permezz ta' l-ERDF? X'inhu l-valur ta' dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett tas-Sewage Transmission Infrastructure li għalih se jintużaw fondi ta' l-ERDF jikkonsisti f'upgrading tal-Marsa Pumping Station u bini ta' mina (gallery) ta' 5 kilometri u pressure main twil kilometru (1) li jwasslu għar-Rinella. L-istima tal-proġett hi ta' Lm3,800,000.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21908, peress li fil-mistoqsija ma kontx qiegħed nispeċifika għal xi persuna/i partikolari imma għall-informazzjoni in ġenerali,. jista' il-Ministu jagħti d-dettalji kif mitluba?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-domanda indikata mill-Onor Interpellant titlob biex ngħajd "min huma u x'jisimhom il-persuni li jgawdu minn free flight tickets". Konsegwentament, mhux minnu dak li qed jgħajd issa l-Onor Interpellant li ma kienx qiegħed "jirreferi għal xi persuna/i partikolari."
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21911, peress li fil-mistoqsija ma kontx qiegħed nispeċifika għal xi persuna/i partikolari imma għall-informazzjoni in ġenerali, jista' il-Ministru jagħti d-dettalji kif mitluba?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22061.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi l-PBS mhuwiex iżomm l-impenn tiegħu biex jipprovdi regolament l-SBTV Station fl-Awstralja bl-aħbarijiet minn Malta kif miftiehem? Każ tipiku reġa' ġara nhar il-Ħadd 12 ta' Novembru, 2006. Possibbli li l-cassette koċernat ma jistax jitwassal fi żmien ħamest ijiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21041, 21249, 21525, 21746 u 21855 u jgħid kemm qed toħroġ flus fi produzzjonijiet farmed out il-kumpannija PBS? X'persentaġġ huma dawn il-flus tan-nefqa tal-PBS fuq produzzjoni tal-programmi tagħha għall-iskeda kurrenti tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari nri. 21040 u 21042.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21912 u jgħid: Peress illi r-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21240 mhux biss hija vaga imma ma tirrispondi assolutament xejn, jista' il-Ministru jagħti risposta aħjar, jekk mhux preċiża għallinqas stima ta' surcharge impost biex jirrispondi għall-mistoqsijiet parlamentari 21645, 21644 u 21817?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar dwar ir-rapport li l-konsum ta' dawl u ilma fil-proprjeta' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hu esaġerat u t-talba għar-reviżjoni tal-kontijiet relattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara li ġie analizzat il-kont, l-Advisory Board tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma approva tnaqqis ta' Lm 144.60 fuq l-ilma.
Il-konsumatur ġie notifikat b'dan fil-15 ta' Novembru 2006.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise hijiex tikkonsidra b'mod pożittiv talbiet minn transport contractors u freight forwarders għall-art f'żoni industrijali bħalma seħħ fil-każ ta' kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li ngħata art fl-area industrijali ta' Ħal Far?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Malta Enterprise ma hijiex tikkonsidra b’mod pożittiv talbiet minn transport contractors u freight forwarders għal art f’żoni industrijali peress li din l-attivita’ m’hijiex waħda li tikkwalifika taħt il-Business Promotion Act.
Il-kumpannija li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma ġietx allokata art fl-area industrijali ta' Ħal Far.
Jista' il-Ministru jispjega u jagħti dettalji x'sar mill-ishma tal-Maltapost? Jikkonferma li dawn fil-maġġoranza tagħhom illum jappartjenu lil Lombard Bank? Jista' jgħid jekk l-azzjonisti oriġinali għadx għandhom interessi u jagħti dettalji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21522 u 21759 u jgħid jekk il-power station ta' Delimara hijiex konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-emmissjonijiet ta' trab u NO? X'inhi l-pożizzjoni tal-power station tal-Marsa f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li huma biss żewġ boilers f'Delimara li nbnew fl'1990 li m'humiex konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-emissjonijiet tat-trab u ta' l-NO. Il-bqija tal-impjant li hemm Delimara kif ukoll l-impjant kollu tal-Marsa Power Station huma konformi mar-regolamenti. L-Enemalta għamlet diversi tentattivi biex tnaqqas l-emissjonijiet iżda bla suċċess u għalhekk issa ħarġet "tender" għal servizz ta' konsulenza f'dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21630 u jgħid mingħand liema kuntrattur qegħdin jiġu mikrija l-jetting bowsers mid-dipartiment tad-drenaġġ? Kemm tħallas il-kuntrattur għal dan is-servizz matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhux qed tikri l-ebda 'jetting bowsers' għax il-kuntratt skada fl-aħħar ta' Awwissu 2006. Qabel din id-data il-kuntrattur kien Polisal u fl-aħħar tnax-il xahar tal-kuntratt tħallas Lm506,041.