Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data – investigazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’investigazzjonijiet ġew skattati minn Marzu 2013, kemm minnhom ġew investigati, x’kien ir-riżultat tal-investigazzjoni u kemm minnhom għadhom pendenti mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data? Liema awtoritajiet governattivi, inkluż Ministeri jew dipartimenti jew awtoritajiet, huma soġġetti għal xi investigazzjoni pendenti minn dan l-uffiċċju?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — żieda fil-fees of office

Question

In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, tista’ l-Ministru tgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtha diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit li kienu jaħdmu mal-entitajiet tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili sat-8 ta’ Marzu 2013? F’liema dipartimenti kienu jaħdmu dawn il-persuni?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li jaħdmu mal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, inkluż is-segretarjat tal-Ministru u eskluż l-entitajiet, sal-lum? F’liema dipartimenti qegħdin jaħdmu dawn il-persuni?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema full-time, part-time, b’contract for service, contract of service, jew b’kuntratt definit u indefinit, li ġew impjegati mal- Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, inkluż is-Segreatrjat, id-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’liema kariga u f’liema dipartimenti ġew impjegati?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' konsulenti li ġew impjegati mal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili mid-9 ta’ Marzu sal-lum? Min huma? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed u waħda minnhom? Kemm-il siegħa jaħdmu? X’ inhi r-rata ta’ ħlas għal kull siegħa? F’kull każ, x’perkaċċi oħra jingħataw?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — promozzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, inkluż fis-Segretajat, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Liema kienu dawn il-promozzjonijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Persuni li jservu fil-bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-persuni li jservu fil-bordijiet kollha tal-entitajiet kollha li jagħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid kull persuna xi kwalifiki u esperjenza relatata għandha max-xogħol li qed tagħmel? Tista’ tgħid x’onorarji, salarji u perkaċċi qed jittieħdu f’kull każ?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — organigramma

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra organigramma bl-organizzazjoni tal- Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, li tindika d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (DALLI, HELENA)

Qed npoġġi fuq il-Medja tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11302 li oriġinarjament saret fl-14 ta’ Ottubru 2014 u tgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u kemm hu stmat li tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MCCAA – Public warnings

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il public warning inħareġ mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum? Tista’ tgħid kontra min inħarġu u tgħid ukoll jekk dawn il-public warnings għadhomx fis-seħħ jew ġewx irtirati?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħarget numru ta’ avviżi pubbliċi fiż-żmien imsemmi. Dawn kienu kontra: Light Projects Limited Di Natura International Francis Camilleri (472061M) Marphil Gauci (584391M) Carmel Gauci (421770M) Inħargu wkoll avviżi pubbliċi dwar prodotti li jistgħu jkunu ta’ periklu u li jikkonċernaw travel chargers, inka tat-tattoo u aċċessorji, loom charms, Jacuzzi, ġugarelli (wooden hand drum), canopies tas-sodod tat-trabi u plakkek tal-elettriku. Dawn l-avviżi pubbliċi għadhom fis-seħħ.

MCCAA – spezzjonijiet ta’ lifts

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12210, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-ispezzjonijiet li saru fuq lifts mill-Awtorità ta Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sarux fuq talba tal-konsumaturi jew fuq inizjattiva tal-istess MCCAA? Kemm minn dawn l-20 spezzjoni li saru, kienu fuq talba tal-konsumaturi u kemm minn dawn saru fuq inizjattiva tal-MCCAA?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li n-numru ta’ lifts spezjonati fuq talba tal-konsumatur hija ta’ 11 filwaqt li l-kumplament saru fuq inizjattiva ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur jew ikunu ġew riferuti lill-Awtorita’ mill-ACABs (Accredited Conformity Assessment Body) kif mitlub mill-ligi.

Unjoni Ċivili – Għadd ta’ koppji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm koppji li daħlu f’unjoni ċivili minn mindu daħlet il-liġi sa meta titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li sal-lum, erbgħa u għoxrin (24) koppja daħlu f’unjoni ċivili. Tnejn u għoxrin (22) f’Malta u tnejn (2) f’Għawdex. Ma dawn wieħed irid iżid ħdax-il (11) koppja tal-istess sess li daħlet f’unjoni ċivili jew żwieġ barra minn Malta u issa irreġistraw l-unjoni jew żwieġ tagħhom f’pajjiżna skont il-proviżjonijiet tal-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili li jagħmlu dan possibbli. Ta’ min wieħed iżid li n-numru ta’ koppji tal-istess sess rikonoxxuti taħt dan l-Att jista’ jkun akbar mill-ħamsa u tletin (35) koppja li qed nirreferi għalihom għax żwieġ jew unjoni ċivili minn barra ma tirrikjedix reġistrazzjoni lokali sabiex tkun rikonoxxuta għall-finijiet ta’ din il-liġi. Qed nippreżenta il-figuri kif maqsumin f’Malta u Għawdex : Malta Għawdex A. Unjonijiet Ċivili Registrati f’Malta u Għawdex: (i) Koppji tal-istess sess 22 2 (ii) Koppji ta’ sess differenti 0 0 B. Unjonijiet Ċivili minn Barra Registrati f’Malta u Għawdex: (iii) Koppji tal-istess sess 5 0 (iv) Koppji ta’ sess differenti 0 0 C. Żwieġijiet ta’ Koppji tal-Istess Sess Reġistrati f’Malta 6 0

Unjoni Ċivili – koppji – applikazzjonijiet għal akkommodazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li koppji li daħlu f’unjoni ċivili ma jistgħux japplikaw għal housing u social housing għax il-liġi ma nbidlitx?

Response (DALLI, HELENA)

Kull dritt u kull obbligu li japplika għal koppja fi żwieġ japplika għal koppja f’unjoni ċivili sforż il-prinċipju tal-mutatis mutandis li jekwipara l-unjonijiet ċivili maż-żwieġijiet taħt Artiklu 4 tal-Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili. Dan il-prinċipju japplika wkoll meta l-liġi tirreferi għaż-żwieġ jew għar-raġel u l-mara (husband and wife), u għaldaqstant ukoll għall-housing u social housing. Nistieden lill-Onorevoli Interpellanta biex jekk taf b’xi każ fejn koppja f’unjoni ċivili ma kienitx trattata bl-istess mod li tkun trattata bih koppja miżżewġa tinfurmani sabiex nara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex dan jiġi rranġat.

Unjoni Ċivili – koppji – għajnuniet soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema minn dawn l-għajnuniet soċjali huma applikabbli għall-persuni f’unjoni ċivili: a. Pensjonijiet; b. Children’s allowance s ; u c. Pensjoni tar-romol?

Response (DALLI, HELENA)

Bħal każ tar-risposta parlamentari numru 12961, kull dritt u kull obbligu li japplika għal koppja fi żwieġ japplika għal koppja f’unjoni ċivili sforż il-prinċipju tal-mutatis mutandis li jekwipara l-unjonijiet ċivili maż-żwieġijiet taħt Artiklu 4 tal-Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili. Fir-rigward ta’ din il-mistoqsija in partikolari, dak ifissier li koppja f’unjoni ċivili għandha dritt kemm għall-pensjoni, għaċ-children’s allowance u għall-pensjoni tar-romol skont kif applikabbli.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Kosumatur u Libertajiet Ċivili — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Tista’ tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (DALLI, HELENA)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – rappreżentazzjoni minn persuna f’kariga pubblika

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11028 u tgħid f'liema okkażjonijiet u f'liema dati, f'Malta jew barra minn Malta, hija kienet irrappreżentata mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-persuna li qed tirreferi għaliha fil-mistoqsija parlamentari ssiefer fil-kapaċità tagħha bħala kummissarju u mhux biex tirrapprezenta lili.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Customer care – ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-aktar ħames ilmenti skond kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari kienu hekk : Impieg alternattiv Impiegi Servizzi Soċjali Housing Saħħa

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Customer Care

Question

Tista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11083 u tgħid id-Dipartiment tal-Customer Care tal-Ministeru tagħha kemm kellu każijiet differenti ta’ persuni li fittxew l-għajnuna ta’ dan id-dipartiment minn April 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li kien hemm 27 każ differenti ta’ persuni li fittxew l-għajnuna ta’ dan id-dipartiment. L-każijiet kienu jittrattaw impiegi, impieg alternattiv, servizzi soċjali, housing u saħħa.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Dipartiment tal-Customer Care — ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-aktar għaxar ilmenti komuni li waslu fid-Dipartiment tal-Customer Care tal-Ministeru tagħha minn April 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-aktar għaxar ilmenti li waslu f’dan id-dipartiment kienu jittrattaw : Impieg alternattiv Impiegi Servizzi Soċjali Housing Saħħa Awtorità tal-Ippjanar Pensjonijiet Edukazzjoni Transfers Manutenzjoni fid-djar