Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-Forzi Armati matul is-sena 2006? F'liema parti ta' Malta, u kemm saru f'kull parti u x'kien ir-riżultat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li matul 2006 il-Forzi Armati ta’ Malta għamlu 130 vehicle checkpoints jew roadblocks f’diversi partijiet ta’ Malta u Għawdex. Minn dawn iċ-checkpoints irriżultaw 38 sejba ta’ sustanza perikoluża, sejba ta’ 2 snieter b’numru ta’ skrataċ u sejba u ta’ air pistol u aerosol pepper spray. Iż-żewġt isnieter instabu miċ-checkpoints li saru f’Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif membru fl-Armata li kien ħa aktar minn 30 ġurnata sick leave u sa 15-il ġurnata qabel l-għoti tal-promozzjonijiet kien se jidher quddiem il-bord mediku biex jiġi boarded out, mhux talli ma deherx quddiem il-Bord Mediku, talli ngħata r-rank ta' Bumbardier? Għaliex ma deherx? X'kienu l-kriterji li fuqhom ingħata l-promozzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li ma jirriżultax li xi individwu fl-Armata li ħa l-promozzjoni ta’ Bumbardier, kien imsejjaħ biex jidher quddiem Bord Mediku sa ħmistax-il ġurnata qabel ingħataw l-promozzjonijiet ta’ dan l-aħħar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex mill-membri kollha ta' l-Armata li ħadu sehem fl-Infantary Course, membru wieħed biss ġie rikonoxxut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li fl-Armata jiġu organizzati numru sostanzjali ta’ korsijiet matul is-sena. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ġentilment tissottometti aktar dettalji dwar dan il-każ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-aħħar sena ingħatax xi direct order relatat ma' l-IT tal-Isptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv, liema kumpannija ngħatat dan id-direct order u liema parti tas-servizzi fl-isptar se jkunu moqdija b'dan id-direct order?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar sena ngħataw direct orders għall-konsulenzi relatati ma’ IT ta’ l-iSptar Mater Dei lil dawn il-kumpaniji:
Quantum Plus
Gartner Ireland Ltd
KPMG
Dawn id-direct orders huma relatati mal-kuntratt kollu ta’ l-IT għall-iSptar Mater Dei.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 24640, 24000 u 24278 cioe' rigward Dar Malta fi Brussels, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun? Tkun lest toħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż? Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali? Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema? Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta? Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir-rigward? Meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25627.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 24640, 24000 u 24278 cioe' rigward Dar Malta fi Brussels, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun? Tkun lest toħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż? Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali? Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema? Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta? Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir-rigward? Meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawk il-ftit ħaddiema li fadal li wara li ilhom jitħallsu mill-gvern mill-1973 ġew imċaħħda mir-riorganizzazzjoni ta' l-1979, bi ftit xhur ikunu ntitolati għas-somma/kumpens u dan wara li wieħed iqis li kien hemm grupp ħaddiema (summer workers) li daħlu wara l-pijunieri, qalbu mal-gvern u kienu ħadu s-somma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara d-domanda billi jispjega x’irid ifisser b’riorganizazzjoni tal-1979, jispeċifika għal liema kategorija ta’ ħaddiema tal-Gvern qiegħed jirreferi fil-mistoqsija li ġew imċaħħda mir-riorganizazzjoni ta’ l-1979, u jiċċara għal xiex qed jirreferi eżatt meta jsemmi somma/kumpens.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul ix-xhur ta’ Jannar u Marzu 2007 inxtara mobile phone wieħed għall-prezz ta’ Lm65 għall-użu uffiċjali tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, minflok ieħor li ma setax jissewwa.
Fir-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra li ċekkijiet ta’ rifużjoni mill-income tax dwar studenti li jattendu skejjel privati u li normalmaent jinħarġu fuq il-missier jibdew joħorġu kemm fuq il-missier kif ukoll fuq l-omm ħalli jkunu jistgħu jissarfu minn xi ħadd minnhom u mhux bilfors mill-missier biss u dan speċjalment fejn iż-żewġ persuni jkunu qed jaħdmu u allura jħallsu t-taxxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25827.
Jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra li ċekkijiet ta’ rifużjoni mill-income tax dwar studenti li jattendu skejjel privati u li normalmaent jinħarġu fuq il-missier jibdew joħorġu kemm fuq il-missier kif ukoll fuq l-omm ħalli jkunu jistgħu jissarfu minn xi ħadd minnhom u mhux bilfors mill-missier biss u dan speċjalment fejn iż-żewġ persuni jkunu qed jaħdmu u allura jħallsu t-taxxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid Malta kemm irċeviet għajnuna finanzjarja u għajnuna oħra mill-pajjiżi barranin kollha, kemm Ewropej u kemm m'humiex mill-1964 sal-lum u dan in forza ta' protokolli finanzjarji u kull ftehim ieħor bilaterali u kull inizjattiva oħra politika mill-gvernijiet rispettivi? Għal liema skop intużaw dawn il-fondi u ċioe' f'liema proġetti ġew applikati f'kull każ matul l-istess perijodu? Kemm irċevejna pre-accession funds mill-EU u kemm irċevejna fondi mill-2003 sa l-2006 mill-EU? Għal liema proġetti ntużaw l-istess fondi mill-EU?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Ħaddiema tas-settur pubbliku — Xogħol ta' segretarju eżekuttiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk impjegat fis-settur pubbliku jistax japplika ħalli jiġi seconded għal xogħol ta' segretarju eżekuttiv mill-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-vakanzi li jinħolqu ta’ Segretarju Eżekuttiv qedgħin jintlew wara sejħa t’applikazzjonijiet miftuħa għall-pubbliku.
Għaldaqstant, impjegati fis-settur pubbliku m’għadhomx jiġu sekondati ma’ Kunsilli Lokali sabiex iwettqu dmirijiet ta’ Segretarju Eżekuttiv.
Billi Villa Francija f'Ħal-Lija tħalliet lill-gvern ta' Malta biex isservi ta' residenza uffiċjali tal-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji hijiex se tintuża għal dan l-iskop? Jekk le, x'se jiġri mill-villa?
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24856 u jgħid jekk fl-aħħar sena ingħatax xi direct order relatat ma' l-IT tal-Isptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv, liema kumpannija ngħatat dan id-direct order u liema parti tas-servizzi fl-isptar se jkunu moqdija b'dan id-direct order?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24856.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi effetwat ħlas ieħor lid-depożitanti tal-Bical u kumpanniji oħra? B'mod partikolari, jista' jara għala persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadu qatt ma tħallas lura ċenteżmu meta l-ammont li kien iddepożita, u li allura jrid jitħallas lura, huwa wieħed żgħir ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Lista ta' aġenziji ta' reklamar
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex minkejja l-ftehim fl-Armata mal-Higher Authority tagħha, biex dawk il-membri fl-armata stess li ilhom anqas minn ħames snin ingaġġati ma' kellhomx jiġu rrakkomandati għall-promozzjoni, kif imbagħad fl-għoti tal-promozzjonijiet kien hemm min attwalment kien ilu anqas minn erba' snin ingaġġat u kkwalifika għall-promozzjoni? Fuq liema kriterji inbidel dan il-ftehim? Għaliex inbidel dan il-ftehim?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li fl-eżerċizzju ta’ promozzjonijiet li saru dan l-aħħar, iż-żmien fis-Servizz li wieħed kien mistenni li jkollu qabel ma kellu jiġi kkunsidrat għall-promozzjoni kien ta’ mhux inqas minn sentejn u mhux ħames snin kif l-Onorevoli Interpellant iddikjarat fil-mistoqsija parlamentari. Istruzzjonijiet f’dan ir-rigward kienu nħarġu lil uffiċjali kollha li kienu obbligati jimlew l-Promotion Assessment Report li abbażi tiegħu isiru l-promozzjonijiet fl-Armata.