Jista' il-Ministru jgħid jekk hux maħsub li jkun hemm servizz ta' ambulanza u first aid f'Għajn Tuffieħa, liema servizz jista' ikopri t-tliet bajjiet, jiġifieri dik tal-Ġnejna u dawk ta' Għajn Tuffieħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta tingħata f'xi Seduta oħra ladarba tkun lesta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17018 u jgħid kemm kien hemm każi ta' suwiċidju sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? Din l-istatistika kif tipparaguna mad-data ta' numru ta' suwiċidji f'pajjiżi oħra fl-Ewropa (Eurostat)? Kemm minn dawn il-każi kienu taħt kura psikjatra u kemm kienu pazjenti fl-isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra ladarba tkun lesta.
Jista' il-Ministru jispjega għaliex qed ikun hemm ħafna queue fil-poliklinika tal-Gżira f'dawn l-aħħar ġimgħat u x'qed isir biex il-problema tittaffa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li hemm ħafna queue f'ebda parti taċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira, ħlief filgħodu quddiem l-ispiżerija. Dawn il-queues żdiedu dan l-aħħar għaliex żdiedet il-varjeta' ta' mediċina li issa qed tiġi mqassma mill-ispiżeriji fil-komunita'. F'dak ir-reġjun, żdied ukoll in-numru tal-anzjani li huma intitolati għal mediċini b'xejn. Kien għalhekk li nhar ta' Tlieta u Ħamis il-ħin tal-ftuħ tal-ispiżerija ttawwal sat-tlieta ta' wara nofs inhar biex tittaffa l-problema.
Jista' il-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilta' li jinġabar l-ammont kbir ta' ħamiem mejjet li qed ikun hemm fil-Floriana, b'mod partikolari f'Sir Luigi Preziosi Square?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li r-risponsabbilita' li jitnaddfu t-toroq meta dawn m'humiex prinċipali hija tal-Kunsill Lokali ta' dak il-lokal indikat. F'dan il-każ, il-Kunsill Lokali tal-Floriana.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ocular prosthesis hux se tibqa' issir Malta jew le? In oltre, jista' jgħid x'għajnuna tingħata mill-gvern lill-pazjenti li jagħmlu l-prosthesis u re-fitting konsegwenzjali barra minn Malta? Tista' tgħid ukoll kemm hemm persuni li jingħataw din it-tip ta' għajnuna mill-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-servizz ta' Occular Prosthesis ser jibqa' jingħata f'Malta. Il-proċeduri biex jintagħżel xi ħadd biex imexxi dan is-servizz waslu biex jiġu finaliżżati. Qed ukoll isiru arranġamenti sabiex din il-persuna tiġi mħarġa.
Fil-preżent hemm ħamest itfal li jintbagħtu l-Ingilterra u l-Gvern jgħinhom kif jgħin lil kull persuna oħra li jkollha bżonn ta' kura barra minn Malta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tiswa lill-gvern fis-sena l-berġa ta' Wied il-Għajn? Kemm-il darba fil-ġimgħa tiftaħ? X'inhi l-funzjoni tagħha? Kemm nies fis-sena jagħmlu użu minn din il-berġa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż tas-servizzi li jingħataw mill-berġa jifformaw parti mill-budget globali tad-Dipartiment tal-Kura Primarja tas-Saħħa u s-sistema tal-kotba tal-accounts tal-gvern ma jinqasmux sal-livell ta' berġa individwali, ħlief il-kiri tagħhom. Il-Berġa ta' Wied il-Għajn hija mikrija għand il-Gvern għal Lm10 fis-sena mingħand terzi persuni.
Mill-berġa jingħata servizz bażiku ta' tabib u ta' nurse, inkluż il-kitba ta' riċetti, tliet darbiet fil-ġimgħa. Fis-sena 2005, kien hemm 2967 pazjenti li użaw dan is-servizz.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' infermiera impjegati mal-gvern fl-1987 u kemm hu fil-preżent? Jista' jgħid ukoll x'kien l-ammont globali ta' pagi/salarji, kif ukoll ta' sahra mħallsa lill-infermiera fl-1987 u fl-2005 rispettivament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-2005 sal-lum, id-Diviżjoni tas-Saħħa kriet żewġt propjetajiet mis-Settur Privat.
1. Intalbu quotations għall-kiri ta' stores li kellhom jintużaw sabiex jintrefgħu records tad-Diviżjoni. Is-Sur Tancred Borġ tefa' l-irħas offerta u sar agreement miegħu għall-kirja ta' erba' snin għal żewġ garages/stores f'G'Mangia. Kopja ta' dan l-agreement qed inpoġġieħ fuq il-Mejda tal-Kamra.
2. Wara li nħarġet tender, inkrew ukoll għal erba' snin uffiċini u garage fl-Msida għad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa. Il-bini li dan id-dipartiment kien fih kien dikjarat perikoluż. Il-kuntratt sar mad-ditta F.X.B. Holdings Ltd. Kopja ta' dan il-kuntratt qed inpoġġieħ fuq il-Mejda tal-Kamra.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile Phones
Question
Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-infiq totali mobile phones fil-Ministeru tiegħi u fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu matul is-sena 2005 kien ta' Lm10,398.03.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' residenti f'Dar Arkati u Villa Messina li qed jirċievu għajnuna mingħand il-gvern bħala sussidju? Jista' jgħid ukoll fuq liema kriterju dawn qed jirċievu din l-għajnuna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Casa Arkati hemm 23 li qegħdin b'din l-Iskema waqt li f'Villa Messina hemm 56. Il-kriterji ta' dawn l-applikazzjonijiet huma l-istess bħal tad-Djar Residenzjali tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16428, 17109 u 17529 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġejja hawn taħt:
Dipartiment
Numru ta' Pazjenti
L-iktar Stennija
Kirurġija Ġenerali
1595
Sentejn u nofs
Uroloġija
420
Ħdax-il xahar
Newrokirurġija
19
Xahrejn
Kirurġija Plastika
136
Sena u nofs
Kirurġija tat-tfal
246
Tmien xhur
ENT
296
Ħames xhur
Ġinekoloġija
369
Tliet xhur
Oftalmoloġija
3570
Sentejn u nofs
Ortopedija
6650
Erba' snin
Kirurġija tal-Qalb
25
Sitt ġimgħat
Dentistrija
52
Tliet xhur
Nixtieq inżid li l-emerġenzi jsiru minnufih u l-urġenti f'qasir żmien. L-operazzjonijiet iż-żgħar u mhux urġenti jsiru meta jkun hemm ħin għalihom.
Għalkemm l-iktar żmien ta' stennija huwa ndikat, dan jiddependi skond id-domanda għall-Konsulenti partikolari.
Nixtieq ngħid ukoll li fix-xhur tax-xitwa l-operazzjonijiet mhux urġenti jitnaqsu minħabba s-sitwazzjoni tas-sodod fl-Isptar San Luqa.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif aġġornat dwar kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern? Kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 18314.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li regolarment għadd ta' mediċini qed ikunu out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jixtri, bejn wieħed u ieħor madwar għaxart elef mediċina u tagħmir mediku. Ix-xiri permezz ta' sejħiet pubbliċi għall-offerti, aġġudikar u twassil ta' provvisti mingħand il-kuntratturi huwa proċess ongoing u jinvolvi deliveries kontinwi ta' mijiet kbar ta' konsenji.
Ir-raġunijiet prinċipali li jikkawżaw li xi prodotti jaqgħu out of stock huma kif ġej:
A) Kuntratturi ma jilħqux iwasslu l-provvisti skond id-delivery period miftiehem, bil-konsegwenza li jiġu ppenaliżżati skond il-klawsoli tal-kuntratt
B) Kuntratturi jiddeċiedu li ma japplikawx għaċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni, bil-konsegwenza li ma jitfgħu l-ebda tender wara l-proċess twil sabiex tkun tista' toħroġ is-sejħa għall-offerti. Dan ikun ifisser li sabiex ikun jista' jinqeda' l-pazjent il-Gvern ma jkollux triq oħra ħlief li jerġa' jibda proċeduri oħra ġodda sabiex ikun jista' jimporta direttament hu minn barra
C) Żidiet qawwija fuq il-konsum ta' ċerti mediċini li ġeneralment ikunu kkawżati minn seasonal epidemics
D) Jista' jkun ukoll li metodi ġodda ta' trattament mill-konsulenti permezz ta' ċertu tip ta' mediċini flok oħrajn, jagħtu riżultati tajbin u li għalhekk ukoll jistgħu iwasslu għal żieda sostanzjali fil-konsum - ipparagunati ma' stock holding li normalment ikun ibbażat fuq l-annual cosumption kif kien qabel bdiet tiġi żviluppata l-mod ġdid ta' kura.
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent liema huma l-mediċini out of stock li hemm fuq il-karta s-safra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 18091. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda distinzjoni bejn il-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża. Ninforma ukoll li l-pazjenti eleġibli għal kartuna s-safra huma dawk li ibgħatu minn kundizzjoni kronika u l-kartuna r-roża tinħareġ b'means test.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li xi sala fl-isptar il-ġdid Mater Dei tissemma għal Sister Aldegonda Farrugia li kienet pijuniera fit-taħriġ tan-nurses u għal snin twal tat kontribut kbir fl-iskola tan-nurses ġewwa l-isptar San Luqa, apparti li kienet ukoll ward sister tant li s-sehem tagħha diġa' ġie rikonnoxxut mill-Gvern Malti billi ngħatat Ġih ir-Repubblika u anke mill-Universita' ta' Malta illi ngħatat MA Honoris Causa?
Jaħseb il-Ministru li apparti jissemmew swali għal tobba jew speċjalisti għandu jsir sforz li jissemmew xi swali għal xi nurses li jkunu iddistingwew ruħhom u taw servizz twil (bħal Sr Aldegonda Farrugia) u dan bħala ġest li anke s-sehem u l-kontribut tan-nurses qed jiġi rikonoxxut?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta tiegħu ser tiġi kkunsidrata. Infakkar li diġa' hemm swali ġewwa l-Isptar San Luqa imsemmija wara nurses.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 17663 u 18093 u jgħid liema huma l-mediċini out of stock ġewwa San Vincenz de Paule?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħa tat-3 ta' April in-numru ta mediċini out of stock ġewwa San Vinċenz de Paul kien kif ġej:
Gentamicin 1mg/Calcium Alginate rope dressing
Awaiting delivery
Hydrocolloid extra thin dressing
Awaiting delivery
Framycetin/Dexamethasone/Gramicidin Ointment
Awaiting delivery
Mesalazine 500mg suppositories
To be delivered on 10th April
Verapamil 2mg/5ml injections
Awaiting delivery
Jista' il-Ministru jgħid taħt liema regolamenti nxtara permess ta' spiżerija li kienet f'Main Street, Birkirkara u li dan l-istess permess qed jintuża fl-ispiżerija St Anne's clinic li tinsab fil-Bypass ta' Birkirkara ħdejn il-Vodafone?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-awtoriżżazzjoni għat-trasferiment tal-permess tal-ispiżerija imsemmija ġiet ipproċessata u mogħtija skond ir-regolamenti stipulati f'artikolu 71 tal-Att Dwar il-Mediċini 2003.