Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa t-talba tal-koppja li d-dettalji qed jintbagħtu separatament biex isir peer review tal-każ ta' binthom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx oqbra projeta tal-Gvern fiċ-Ċimiterju Ta' Braxia? Jekk fl-affermativ, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmżx il-ħsieb li dawn l-oqbra jiġu mibjugħa? Jekk fl-affermativ, meta huwa maħsub li dan issir?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li preżentament fiċ-Ċimiterju Ta' Braxia m'hemmx oqbra proprjeta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa matul din is-sena skolastika fl-iskejjel tal-istat, tal-knisja u dawk indipendenti biex l-istudenti isiru aktar konxji mill-periklu tat-tipjip? Fl-liema skejjel saru? X'hemm ipproġettat għax-xhur li ġejjin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa jiġi mistieden fuq bażi regolari mill-kapijiet ta` l-iskejjel biex jitkellem mat-tfal ta` kull eta` dwar il-ħsara kkaġunata mit-tipjip.
Dan it-tagħlim għandu jingħata ukoll mill-għalliema nfushom billi dawn ikunu iżjed f'kuntatt regolari mat-tfal. Ir-riċerka xjentifika turi li t-tagħlim fuq suġġetti bħal l-edukazzjoni fuq is-saħħa għandha tifforma parti mill-curriculum nazzjonali bħala health education. B'hekk suġġetti bħal ikel, tipjip, xorb, drogi u HIV/AIDS jiġu mgħallma fost it-tfal kollha minn eta` żgħira sa l-adolixxenza.
Minkejja it-twissijiet kontinwi mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għaliex it-tipjip passiv ġie ippruvat li qed jikkawża numru akbar ta' imwiet , għaliex il-Gvern għadu ma ħax il-passi urġenti li hemm bżonn biex f'postijiet pubbliċi bħall-restaurants, każini, bars eċċ jknu hemm postijiet riservati għall dawk li ma ipejjpux? Jista' jara ukoll li speċjalment fix-Xitwa jkun hemm ventilazzjoni adegwata ukoll f'dawn il-postijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
M'għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27984 f'seduta 598.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet matul din is-sena konsegwenza diretta tat-tipjip? Kemm kienu irġiel u kemm nisa? X'kien il-mand prinċipali li mietu bih?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena ġew irreġistrati li mietu 289 persuna li jistgħu jiġu kkunsidrati li mietu b'konsegwenża tat-tipjip. Minn dawn 198 kienu rġiel u 91 kienu nisa.
Il-mard prinċipali li biħ mietu kien il-kanċer tal-pulmun, bronkite kronika u mard tal-qalb.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa mad-Dipartiment tas-Saħħa biex iwassal il-messaġġ tiegħu fl-iskejjel sekondarji u sixth form dwar safe sex? F'liema skejjel saru taħdidiet matul din is-sena skolastika? Kien hemm xi oggezzjoni minn xi skejjel biex dawn it-taħdidiet isiru? Minn liema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li:
1. Uffiċjal mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa iżur dawk l-iskejjel fejn jiġi mistieden sabiex imexxi diskussjonijiet dwar is-saħħa sesswali.
2. Għall-okkażżjoni tal-Jum Dinji ta' l-AIDS, id-dipartiment għamel posters u qassamhom ma' l-iskejjel kollha sabiex jitwassal il-messaġġ "Jum Nagħti Kaz... U int?" li huwa l-messaġġ dinji sabiex aktar żgħażagħ ikunu responsabbli mill-imġieba sesswali tagħhom u jevitaw it-tixrid tal-mard trasmess sesswalment, inkluż l-HIV.
Dan l-intervent issir kull sena biex titfakkar il-jum dinji ta' l-HIV/AIDS.
3. Id-Dipartiment għamel ukoll video bil-Malti ta' nofs siegħa li jitratta s-sesswalita u s-saħħa immirata lejn iz-zgħazagħ li jattendu skola sekondarja u dik post-sekondarja. Dan il-video, l-ewwel wieħed ta' din ix-xorta, qed jingħata lill-għalliema tal-PSE u Guidance Units li jċemplu u jistaqsu għalih id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa. Barra minn hekk id-dipartiment ippubblika gwida informativa li titqassam fost ġenituri, youth workers u għalliema kif ukoll żgħażagħ maturi. Din il-gwida titratta dwar is-sesswalita u mard relatat.
Minn żmien għal żmien id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa jiġi mitlub jagħmel taħdidiet fl-iskejjel sekondarji u sixth form dwar safe sex. Qabel it-taħdidiet, l-uffiċjali tad-Dipartimemt jiltaqgħu ma' l-għalliema tal-PSE jew mal-Guidance Teachers biex jiddiskutu flimkien il-kontenut ta' dawn it-taħdidiet. F'din is-sena skolastika saru taħdidiet fuq talba speċifika ta' dawn l-iskejjel:
De La Salle College - 6th Form Students
St. Aloysius College, B'Kara - 6th Form Students
St. Joseph School Blata l-Bajda - Form 4 and Form 5
Immaculate Conception School - Tarxien - Form 4 and 5
MCAST - Corradino Hill Paola - Post Secondary School
Sir Temi Zammit School - Mtarfa Secondary School
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk persuna li tbati minn kundizzjoni kronika ta' ulcerative colitis u li qiedgħa fuq dieta partikolari (li tinkludi tip ta' ħalib partikolari) tingħatax xi għajnuna mid-diviżjoni tas-saħħa billi dawn il-prodotti tad-dieta huma ħafna għolja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29757 u cioe jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema fir-Rodent Section illum?
Kif inhuma mqassma u xi programm ta' kontroll jikkordinaw f'Malta u Għawdex separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed nirrispondi l-Mistoqsija Parlamentari Numru 29757 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-ambjent u ġiet riferuta lili. Ninsab infurmat li s-Sezzjoni tal-Pest Control ġewwa Malta, tħaddan fiha 28 impjegat mqassma kif indikat hawn taħt:
Team 'A'
Team 'B'
Team 'Ċ
'
1 Supervisor
1 Supervisor
1 General Hand
4 General Hand
5 General Hand
1 Operative
2 Operative
1 Handyman
1 Operational Support Worker
1 Operative
Il-programm attwat minn dawn it-tlitt timijiet bħalissa huwa kif ġej:
Team 'A' u 'B' jagħmlu xogħol ta` tqegħid ta` velenu regolari fis-sistema tad-drenaġġ u f'postijiet fil-miftuħ (għelieqi), fl-irħula li jinsabu fin-naħa ċentrali w n-naħa t'isfel ta` Malta, kif indikat lilhom mis-Supervisor.
Team 'Ċ' jagħmel l-istess xogħol fin-naħa ta` fuq ta` Malta. Fir-rigward tal-Mellieħa w l-madwar, dan jintlaħaq mit-tlitt timijiet kollha f'daqqa.
Jeżisti team ieħor responsabbli mit-taħlit u t-tqassim ta` velenu, stazzjonati Ħal-Luqa. Minn hawnhekk ukoll joħorġu ħaddiema biex jattendu għall-ilmenti rrapurtati mill-pubbliku 'n ġenerali. Dan it-team huwa mqassam hekk:
1 Supervisor
4 General Hand
1 Messenger
2 Labourer (impressed)
Dan kollu jiġi kkordinat minn Envionmental Officer u l-ajjutant tieghu.
Ġewwa Għawdex, is-sezzjoni tal-Pest Control, tħaddan fiha 8 ħaddiema illi huma:
1 Supervisor
3 General Hands
3 HealthAttendants 'B'
1 Tradesman
Peress li tali sezzjoni taqa` taħt ir-responsabbilita` tal-Customer Services Department tal-Ministeru għal Għawdex nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija dwar xi proċess li qiegħed jiġi kkordinat, tiġi rreferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru angiograms fl-isptar San Luqa, sena b'sena, mill-1996 sa l-aħħar tas-sena 2000? Kemm minn dawn l-angiograms irriżultaw pożittivi? Kemm minn dawn l-angiograms wara kien jinħtieġ xi forma ta' intervent kijurġiku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jien infurmat li n-numru ta` Angiograms sena b'sena mill-1996 sa l-aħħar tas-sena 2000 kien kif ġej:
Sena
Total Angiograms
Positive Angiograms
Kellhom bż
onn intervent kirurġ
iku
1996
1447
1128
808
1997
1546
1211
752
1998
1573
1271
790
1999
1617
1259
814
2000
1742
1386
863
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fuq il-waiting list li qegħdin jistennew trapjant tal-organi?
Tista' tagħti breakdown ta' dawn il-każi kif ukoll ta' kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-lista ta` persuni li qed jistennew għal trapjant tal-organi li jsiru f’Malta hu kif ġej:
Trapjant
Persuni Jistennew
Sena li ilhom pendenti
Oftalmija
35
1999
Kilwa
86
1993
Qalb
3
2000
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu f'Malta u Għawdex separatament bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena? Matul l-istess perijodu kemm kien in-numru ta' tfal li ntbgħatu barra minn Malta għall-kura?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li għandha d-Diviżjoni tas-Saħħa hija kif ġej:-
Xhur
Tinkludi
Twelid
Jannar-Lulju 2001
Sptarijiet kollha pubbliċi u privati f'Malta
2107
Jannar-Lulju 2001
Sptar Ġenerali t'Għawdex
187
Awwissu-Ottubru 2001
Sptar San Luqa
836
Awwissu-Ottubru 2001
Sptar Ġenerali t'Għawdex
72
Jannar-Ottubru 2001
Total sa issa
3202
Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma jkollhiex informazzjoni dwar twelid fid-djar u għaldaqstant il-figura tar-Reġistru Pubbliku tista` tkun differenti.
Bejn Jannar u Ottubru 2001, intbagħtu 106 tfal (mit-twelid sa 14-il sena) għal kura barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fuq il-waiting list li qegħdin jistennew trapjant tal-organi?
Tista' tagħti breakdown ta' dawn il-każi kif ukoll ta' kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?
Jista' l-Ministru jinvestiga il-fatt li Pjazza Luiġi Preziosi kantuniera ma' Triq il-Miratur Floriana saret pocket li fiha infestazzjoni ta' ħamiem u ġrieden?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control' għamlu trattament intensiv fit-triq u l-pjazza indikata, fit-22 ta` Novembru 2001. F'Lulju ta` din is-sena, kien sar trattament fi t-Triq il-Miratur. Għaldaqstant il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni ta` ġrieden tiġi kkontrollata.
Dwar il-problema tal-ħamiem, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonerma li l-Ministeru tal-Finanzi ta struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-taxxi interni biex jiġbor Lm16M addizzjonali f'income tax sa tmiem is-sena minn fuq kontijiet pendenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi urġenti kollha meħtieġa għall-kura tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tinsab taħt il-kura tal-Professur li ismu qed jintbagħat separatament u li saħħitha qed tkompli tmur lura serjament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment serju li hemm dwar ġrieden ta' kull daqs fi Triq PP Bezzina, San Ġwann?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control' ta` l-istess Dipartiment, għamlu trattament intensiv fit-triq indikata, illum l-20 ta` Novembru 2001.
Infurmat ukoll illi matul din is-sena ma` ġie rrappurtat l-ebda ilment ieħor minn din l-istess triq.
Il-problema ser tibqa` tiġi segwita` regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni taħt il-35 sena u taħt il-45 li għamlu l-bypass tal-arterji tal-qalb matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm huwa n-numru globali tal-persuni li għamlu l-istess operazzjoni fl-istess perjodu msemmija? Liema kienet l-iżgħar eta tal-pazjenti u liema l-akbar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-informazzjoni ma tinġabarx eżattament fil-format mitlub mill-Onorevoli Interpellant fis-sens li:-
tinġabar f'perjodi ta` għaxar snin (0-9, 10-19, 20-29) eċċ.
tinkludi l-operazzjonijiet kollha tal-qalb inkluż valvi u tiswija ta` ASDs
ma jinżammux statistika għal Malta u Għawdex separament
1. Dwar operazzjonijiet fl-aħħar 5 snin-
Perjodu
Taħ
t id-39 sena
Bejn 40 u 49 sena
Total
April 95-Marzu 96
12
32
300
April 96 - Marzu 97
5
44
328
April 97 - Marzu 98
10
38
320
April 98 - Marzu 99
5
29
301
April 99 - Diċembru 99 (9 xhur)
2
37
263
2000
5
40
345
2. L-iżgħar pazjent operat kellu 11-il sena filwaqt li l-ikbar kellu 89 sena.