Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sussidju fuq ħlas ta' kera

Question

Jista' sid jirrifjuta li jikri post għax l-inkwilin ikun irid japplika lill-gvern għas-sussidju għall-kera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar m'għandiex dritt timponi fuq deċiżjoni meħuda minn sid ta' proprjeta' fil-każ indikat mill-Onor. Interpellant.

ServizzPubbliku — Reduced Hours

Question

Tista' l-Ministru tgħid min jikkwalifika għal miżura ta' reduced hours fis-servizz pubbliku, kif imħabbra mill-Prim Ministru bħala miżura favur il-familja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli għas-Servizz Pubbliku.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' l-Ministru tinvestiga każ ta' familja mill-Gżira li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fejn omm b'żewġt itfal qed joqogħdu fi flat żgħir b'bedroom waħda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.

Appartamenti tal-gvern — Istallar ta' lifts

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-politika tal-gvern fejn jidħol istallar ta' lifts fi blokki qodma tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-politika tal-Gvern fejn jirrigwarda stallar ta’ lifts fi blokki qodma tal-Gvern hi riflessa fl-iskema ta’ l-Awtorita’ tad-Djar dwar l-istess suġġett. Sakemm mhux l-appartamenti kollha fil-blokk ikunu nxtraw mill-inkwilini, f’liema każ il-blokk ikun ikkunsiddrat bħala proprjeta’ privata, applikazzjonijiet għal stallar ta’ lift jiġu kkunsidrati jekk ikun hemm persuna b’diżabilita’ ta’ mobilta’ tgħix fil-blokk. Il-ħtieġa li tkun tgħix fil-blokk persuna b’din it-tip ta’ diżabilita’ ma tapplikax għall-blokki fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana u l-Kottonera.

Appartamenti tal-gvern — Istallazzjoni ta' lifts

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm nefqet l-awtorita' tad-djar f'istallazzjoni ta' lifts fi blokki antiki tal-gvern, sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dokument mill-uffiċċju tal-politika u riċerka ta' l-Awtorita' tad-Djar li jiddeskrivi l-politika ta' l-Awtorita' tad-Djar li hi rrealizzata permezz ta' skemi varji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument dwar policies u kif implimentati permezz tad-diversi skemi u inizjattivi mħaddma mill-Awtorita' tad-Djar. Ta' min jgħid li dawn il-policies, skemi u inizjattivi jiġu riveduti minn żmien għal żmien, u aġġornati skond il-ħtieġa, mill-Bord ta' l-Awtorita' biex jirriflettu aħjar iċ-ċirkostanzi u l-bżonnijiet tal-mument.

Awtorita' tad-Djar — Sheltered Housing

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm sar żvilupp ġdid din is-sena fejn jidħol Category 1 Sheltered Housing? Kemm se jsiru s-sena d-dieħla? Kemm hemm appartamenti b'kollox?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, wara li ġie allokat b’suċċess l-ewwel blokk ta’ Sheltered Housing, Category 1, fi Triq il-Kapuċċini, l-Furjana, fil-preżent l-Awtorita’ tad-Djar qed tibni żewġ blokki oħra għall-istess skop, wieħed bi 8 appartamenti fi Triq il-Merkanti, l-Belt, u l-ieħor bi 13 l-appartament fi Triq l-Iljun, il-Furjana. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ fi ħsiebha tiżviluppa blokki oħra ta’ dan it-tip u għalhekk inkludiet numru ta’ blokki għal Sheltered Housing f’diversi proġetti li qed jiġu kkunsidrati mill-MEPA.

Awtorita' tad-Djar — Applikazzjonijiet għal bini ta' units ġodda

Question

Fil-preżent kemm għandha applikazzjonijiet l-awtorita' tad-djar quddiem il-MEPA biex jinbnew units ġodda? Meta saret l-applikazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Skemi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar? Kemm applikaw għal kull skema? Kemm eventwalment ibbenefikaw għal kull skema, u kemm kien it-total ta' flus, bejn wieħed u ieħor, li bbenefika/t minnhom kull applikant/a?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22720, f’Seduta Numru 478. Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fil-kumplament tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Jista' jiġi vverifikat jekk l-armla minn Pembroke li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex qed tieħu l-benefiċċji soċjali kollha li hi ntitolata għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Single mothers

Question

Tista' il-Ministru telenka u tikkwantifika l-għajnuniet li għalihom single mother taħt is-16-il sena u dik fuqhom hi eliġibbli mid-dipartiment? Kemm hu n-numru ta' persuni f'kull kategorija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20620 f'Seduta Numru 429. Irrid inżid li l-eliġibilita' u l-ammont dovut bħala benefiċċji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta Soċjali, lill-kategorija ta' persuni ndikata mill-Onor. Interpellant, jiddependu minn diversi fatturi, fosthom, it-test tal-mezzi, in-numru ta' persuni fil-familja, l-kundizzjoni medika, eċċ. Għalhekk mhux possibli li wieħed jikkwantifika l-ammont ta' benefiċċju dovut b'mod ġenerali.

Awtorita' tad-Djar — Skema Shared Ownership

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw biex jibbenefikaw mill-iskema shared ownership fl-ewwel u t-tieni sejħa? Minn liema lokalita' ġew l-applikanti? Kemm kien, bejn wieħed u ieħor, il-prezz kummerċjali, il-prezz sussidjat, it-terz prezz u ż-żewġ terzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Sussidju fuq il-Kera

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw biex jibbenefikaw mill-iskema ta' sussidju fuq il-kera tal-privat mill-awtorita' tad-djar, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' sussidju, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema ta' Shared Ownership

Question

Tista' il-Ministru tgħid kif se taħdem l-iskema shared ownership mas-settur privat? Meta mistennija tkun imnedija? Tista' tgħid jekk hux qed isiru laqgħat mal-banek fuq din l-iskema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar għadha fl-istadju li tfassal il-kundizzjonijiet ta’ l-iskema li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant u għalhekk mhux il-waqt li jingħataw aktar dettalji qabel ma jintemm dan il-proċess.

Xiri ta' Units mis-Settur Privat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw units mis-settur privat? Tista' tpoġġi fuq l-mejda tal-Kamra l-konvenji u l-kuntratti li saru s'issa? Tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanta tal-bini?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, s’issa, l-Awtorita’ tad-Djar iffirmat żewġ konvenji għal xiri ta’ proprjeta’ mill-privat. Wieħed dwar blokk ta’ għaxar appartamenti, bl-arja tiegħu, fi Triq Sir Temi Zammit, Raħal Ġdid u l-ieħor għall-postijiet bin-numri 5 u 6 Triq il-Karmelitani, Valletta. Ninsab infurmata wkoll li dawn il-postijiet ta’ l-aħħar huma fi stat delapidat u l-Awtorita’ fi ħsiebha twaqqagħhom u flokhom tibni blokk ta’ appartamenti ġodda. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taż-żewġ konvenji u l-pjanti tal-blokk f’Raħal Ġdid.

Appartamenti tal-gvern — Istallazzjoni ta' lifts

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew istallati lifts fi blokki qodma tal-gvern fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u 2006? Kemm ġie jiswa kull lift, bejn wieħed u ieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Kiri ta' Units

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inkrew units lill-awtorita' tad-djar mis-settur privat? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim li sar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma nkrewx postijiet privati oħra mill-Awtorita’ tad-Djar għajr il-blokk li dwaru diġa’ poġġejt il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21999 f’ Seduta Numru 461.

Awtorita' tad-Djar — St Andrews Housing Project

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li kien hemm diversi talbiet minn residenti ta' St Andrews housing project f'Pembroke biex jixtru d-dar tagħhom - li f'ċerti każi jmorru lura għas-sena 1998 - li għadhom kif ġew irrifjutati mill-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li kienet deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li d-djar u l-art tal-madwar, fil-lokalita’ ndikata mill-Onor. Interpellant, ma jinbigħux.

Nisa Separati

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri jistgħu jieħdu nisa separati biex ma jaqgħux lura fil-livell ta' l-għajxien tagħhom meta l-manteniment ikun ġie ffissat snin ilu u qatt mibdul minkejja ż-żidiet fl-għoti tal-ħajja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Persuni fis-sitwazzjoni msemmija mill-Onor. Interpellant li jissodisfaw il-kriterji relevanti stabbiliti fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jistgħu jibbenefikaw mill-Għajnuna Soċjali. L-ammont dovut jinħadem skond id-dħul tagħhom, inkluż l-ammont ta' manteniment. Inżid ngħid li mara separata li jkollha dritt għall-manteniment mir-raġel tista' tagħmel rikors il-Qorti li permezz tiegħu titlob biex tvarja l-ammont ta' manteniment minħabba tibdil fiċ-ċirkostanzi.

Benefiċċji Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġi vverifikat jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex qed tieħu l-benefiċċji soċjali kollha intitolata għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.