Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Messaġġiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il messaġġier ġie trasferit mill-qorti? Għal-liema dipartimenti ġew trasferiti? Kemm huwa l-full complement tal-messaġġiera fil-qorti? Kemm hemm messaġġiera jaħdmu l-qorti llum?

Response (GATT, AUSTIN)

B`referenza ghall-ewwel parti tal-mistqosija ta` l-Onorevoli Interpellant, kien hemm persuna waħda fil-grad ta` Messaggier tal-Qorti li ġiet ittrasferita mill-Qorti ghal Ministeru ta` l-Edukazzjoni. Dwar il-`full complement` tal-messaġġiera fil-Qorti, wieħed jassumi li l-Onor. Interpellant kien qed jirreferi ghan-numru ta` messaġġiera rikjesti f`kull Awla ma` kull ġudikant. Il-full complement ghandu jkun ta` wieħed u tletin Messaġġier tal-Qorti. Fil-prezent f`dan il-grad hemm tmienja u huwa previst li ghall-aħħar ta` dan ix-xahar jiġu appuntati ghaxar Messaġġiera tal-Qorti oħra. Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun infurmat li impjegati fi gradi oħra qeghdin jaghmlu wkoll xoghol ta` messaġġiera biex jaghmlu tajjeb ghan-nuqqas ta` impjegati fil-grad ta` Messaġġier tal-Qorti.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12314, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nerġa nirreferi l-Onor. Membru ghat-tweġiba li tajt ghall-mistoqsija Nru. 12314.
Leg 9 PQ #14755 Sitting 263 2000-03-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Oġġetti nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-1990, kemm kien hemm oġġetti relatati ma' reati importanti li nstabu nieqsa mill-kustodja tal-qorti? Tista' tagħti lista tagħhom bid-dati rilevanti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li fil-perjodu ndikat mill-Onorevoli membru, irrizultaw oġġetti nieqsa mill-kustodja tal-Qorti li kienu relatati ma` reati. L-oġġetti nieqsa jirrelataw ma` inkjesti jew proċeduri ġudizzjarji li ghadhom ghaddejjin. Il-liġi tipprekludi li tinghata nformazzjoni dwar ċerti oġġetti hekk relatati.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Kartolini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12303, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant ghat-tweġiba li nghatat ghall-Mistoqsija 12303.

Kunsilli lokali — Local wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm taw warnings u/jew ħarġu ċitazzjonijiet il-gwardjani lokali minn meta bdew jaħdmu sal-lum? F'liema lokalita' sar in-nuqqas u x'tip ta' nuqqas kien?

Response (GATT, AUSTIN)

Skond Avviz Legali 32 ta` l-2000 pubblikat fil-25 ta` Frar 2000 certu kontravvenzjonijet dwar dawk ir-reati li jinsabu elenkati fl-Att dwar il-Kummissarji ghall-Gustizzja gew delegati li kull Kunsill Lokali. Peress illi l-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji legalment indipendenti mill-Gvern, nissugerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsilli konċernati.

Kunsilli lokali — Local wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sens jagħmel għal local wardens li jieħdu passi kontra persuni li joħorġu l-iskart fil-boroż malli joħorġu għax-xogħol kmieni filgħodu u mhux tard filgħodu meta jgħaddi t-trakk tal-ġbir ta' l-iskart? X'jistgħu jagħmlu l-koppji li jaħdmu t-tnejn jekk ta' l-iskart jgħaddi wara li joħorġu għax-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gwardjani Lokali huma fid-dmir li jinfurzaw dawk ir-regolamenti kollha li ġew delegati lilhom permezz ta` l-Avviż Legali Nru. 32`2000, irrispettivament taċ-ċirkustanzi ta` kull individwu.
Leg 9 PQ #14531 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Rabat — April 1987

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx sar xi kumpens mill-gvern lil dawk il-persuni li weġġgħu waqt u/jew wara avveniment għall-familja li sar ġewwa r-Rabat f'April 1987 fejn waqt u wara dan l-avveniment politiku diversi nies iddaħħlu l-isptar isofru minn tiri ta' armi tan-nar? Jekk iva, kemm tħallsu dawn il-persuni u kemm kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni ghadha qed tinġabar u risposta tinghata f`xi seduta oħra.

Qorti — Nies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13931 dwar sigurta' fil-qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba ghall-mistoqsija Nru.l3931 li nghatat f`seduta Nru. 252 tad-29 ta` Frar 2000.
Leg 9 PQ #13528 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Elezzjoni Ġenerali — Kawżi dwar Corrupt Practice

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdiet il-kawża tal-Corrupt Practices li ġraw fl-elezzjoni ta' Mejju 1987 dwar partitarji Nazzjonalisti li ssawtu jew ma tħallewx jivvutaw minn partitarji Laburisti? Kemm-il seduta saret? Min kien l-imħallef jew il-maġistrat? Meta nqatgħet is-sentenza? Kemm kienu akkużati? Kemm instabu ħatja? Kemm issejjħu xhieda mid-difiża u mill-prosekuzzjoni separatament? Għal kemm-il darba d-difiża sejħet l-istess xhud jixhed?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kawza ta` `Corrupt practices` li ġraw fl-elezzjoni ta` Mejju 1987 bdiet b`kumpilazzjoni fl-10 ta` Ġunju 1987 quddiem il-Magistrat Michael Mallia u ġiet deċiza fl-24 ta` Gunju 1997. F`dan il-perjodu saru 139 seduta. L-akkuzati kienu ħdax (11) li minnhom 10 ġew misjuba ħatja u wieħed ġie lliberat. Issejħu 92 xhud mill-Prosekuzzjoni u 24 xhud mid-difiza. Mix-xhieda tad-difiza kien hemm żewġ (2) xhieda li xehdu fi tlett seduti differenti u żewġ (2) xhieda oħra li xehdu f` żewġ seduti differenti. Id-deċizjoni tal-Magistrat ġiet appellata minn tnejn mill-akkuzati li kellhom sentenza ta` prigunerija. L-appell (numru 214`97) ġie appuntat ghas-27 ta` Ottubru 1997 mill-Imħallef Victor Caruana Colombo li mbaghad ġie assenjat lill-Imħallef Patrick Vella wara li l-ewwel Imħallef irtira bl-eta`. B`kollox saru seba` (7) seduti fl-appell li ġie deċiż fit-3 ta` Settembru 1998. Il-Qorti ta` l-Appell biddlet id-deċizjoni ta` l-ewwel Qorti minn waħda karċerarja ghal waħda ta` multa.

Qrati — Salarji ta' imħallfin/maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar is-salarji ta' l-imħallfin, tal-maġistrati u ta' l-avukat ġenerali mill-1990 sa l-2000 sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi is-salarji ta` l-Imħallfin u tal-Maġistrati ghas-snin 1990-2000 huma kif jidhru hawn taħt: Sena Prim Imħallef Imħallef Maġistrat Jan` 90 5985 5107 4306 Jan` 91 7462 6451 5387 Jan` 92 8953 7750 6481 Jan` 93 10423 9023 7554 Jan` 94 10501 9101 7632 Jan` 95 10618 9218 7749 Jan` 96 10722 9322 7920 Jan` 97 10800 9400 7990 Mar` 97 10813 9413 8001 Jan` 98 10891 9491 8067 Jan` 99 10982 9582 8184 Jan` 2000 11034 9634 8236 Mill-1 ta` Jannar 1996 ma dan is-salarju hija mħallsa wkoll `expense allowance` ta` LM1000 u allowance oħra ekwivalenti ghal 15% tas-salarju flok bonus u benefiċċji oħra li huma gawduti minn uffiċċjali Publiċi li huma fuq performance agreement. Infurmat ukoll li s-salarju tal-Avukat Generali ghas-snin 1990-2000 huma kif jidhru hawn taħt: Sena Ammont (LM) 1990 4951 plus 156 salary increase 1991 6386 plus 65 salary increase 1992 7750 1993 9023 1994 9101 1995 9218 1996 9322 1997 9400 up to end of March 9413 as from 1st April 1998 9491 1999 9582 plus 156 per annum cash payment 2000 9634 plus 156 per annum cash payment

Qorti — Nies

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex mijiet ta' nies jitħallew jidħlu fil-qorti kuljum mingħajr ma jkun hemm sigurta' serja, minkejja li teżisti makna tas-sigurta' li kulħadd irid jgħaddi minnha fl-entratura tal-qorti? Japprezza l-Ministru li, għalkemm ikun hemm żewġ uffiċjali tas-sigurta' u anke pulizija preżenti, ħadd ma jitwaqqaf meta l-makna tas-sigurta' ddoqq l-alarm? Japprezza li b'hekk faċilment tista' tiddaħħal arma fil-qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li minn hin ghal hin isiru `spot checks` mill-Amministrazzjoni tal-Qorti f`sezzjonijiet differenti tad-dipartiment inkluz fejn is-security guards bl-iskop li tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni lamentata mill-Onorevoli Membru.
Leg 9 PQ #14037 Sitting 252 2000-02-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli lokali — Local wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jaħdmu l-local wardens mal-kunsilli lokali? Kemm ħarġu permessi ta' local wardens s'issa? Kemm-il applikazzjoni kellha l-ETC mingħand persuni li jirreġistraw għax-xogħol biex jibdew jieħdu taħriġ li jwassalhom għal-local wardens?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sal-lum, il-Kummissarju tal-Pulizija ħareġ ħamsa u disghin (95) liċenza lill-persuni biex ikunu jistghu jaħdmu bħala gwardjani lokali skond kif stipulat fl-Att Nru XIII ta` l-1996. L-ETC irċeviet tlett mija u ħmistax (315) applikazzjoni minghand persuni li jirreġistraw ghax xoghol biex jieħdu taħriġ li jwassalhom ghall-gwardjani lokali. Hu maħsub li l-ewwel gwardjani lokali jibdew fil-25 ta` Frar 2000.

Kunsilli Lokali — Qormi

Question

Peress li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi uża fondi pubbliċi biex alloka kuntratt ta' computing, u peress li jidher li l-ebda tender pubblika ma saret mill-istess kunsill, jista' l-Ministru jinvestiga biex jara jekk il-proċeduri finanzjarji u l-proċeduri normali ġewx esegwiti u jekk le, dan il-proċess jitwaqqaf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Qormi ikkunsidra tlett talbiet minghand ghalliema tal-computers u ghażel l-aktar waħda vantaġġuza, bl-irħas rati ghar-residenti. Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill ma użax fondi pubbliċi biex jorganizza korsijiet ta` computing.
Leg 9 PQ #14187 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ġustizzja u Gvern Lokali — Viżti minn tobba

Question

Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru u fid-Dipartimenti u l-Kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, għadu ma ddaħħal ebda servizz mediku dwar visti għand impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu bis-sick leave. Fil-Qrati tal-Gustizzja, inġabu quotations dwar il-providiment tal-istess servizz. Dawn qed jiġu kkunsidrati.
Leg 9 PQ #14298 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Annullamenti ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw annullamenti ċivili fil-qrati Maltin, kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm kien hemm żweġijiet, kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Minn dawk li ġabu annullament, kemm minnhom reġgħu żżewġu biċ-ċivil?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kawzi ta` annullamenti matul dawn l-aħħar ghaxar snin, sena b`sena, ġew reġistrati kif muri hawn taħt. Pero` mhux possibbli li jinghad jekk l-annullamenti inghatawx billi trid issir riċerka fuq kull kawza. Fl-1990: 49; fl-1991: 63; fl-1992 67; fl-1993: 78; fl-1994: 89; fl-1995 17; fl-1996: 6; fl-1997: 120; fl-1998 64 fl-1999: 75; fl-2000 14 (sal-lum) Il-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba ma tirrigwardax lill-Qorti u ghalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant li jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru konċernat.

Qrati — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li jiġi kkonsidrat is-suġġeriment li, bħalma hemm makni tal-kafe', ikun hemm ukoll makni tal-fotokopji ġewwa l-qrati li jitħaddmu mill-pubbliku bl-użu ta' credit cards jew flus?

Response (GATT, AUSTIN)

Nista ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġeriment tieghu jifforma parti mill-pjan ta` riforma amministrattiva tal-Qorti izda jkun jista` jiġi mplimentat biss darba jkunu seħħew b`suċċess numru oħra ta` riformi.

Arkivji tal-Qorti — Kotba

Question

B'riferenza għall-aħħar domanda parlamentari dwar numru ta' kotba illustrati u sbieħ li kienu ġew konfiskati matul il-gwerra u li kienu jinsabu għal numru ta' snin fl-arkivji tal-qorti, il-Belt, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba issa nstabux? Jista' jgħid jekk humiex miżmuma f'post tajjeb, u jekk iva, fejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat minn tfittxija li saret instabu numru ta` kotba ta` żmien il-gwerra. X`uhud minnhom qeghdin fil-Librerija tal-Qorti u hemm oħrajn li qeghdin fl-Arkivju. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirriferixxi ghal dawn il-kotba, ninfurmah li qed isiru arrangamenti sabiex dawn il-kotba jitpoġġew f`lok wieħed ghall-iskop li jinżammu mantnuti kif suppost.

Qrati — Sentenzi

Question

Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex minnu li hemm numru konsiderevoli ta' sentenzi li ma ġewx dattilografati jew korretti ta' ħafna mħallfin li ilhom biex isiru għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Hemm numru konsiderevoli ta` sentenzi ta` dawn l-aħħar ghaxar snin li jinsabu fir-Registru Superjuri li pero` ghadhom mhux dattilografati jew korretti. Jirrizulta li dawn is-sentenzi huma ta` erba` Mħallfin li tnejn minnhom illum huma rtirati.

Qrati — Makni fotokopjatriċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm makni fotokopjatriċi ġewwa r-reġistri tal-qorti f'Malta? Jista' jara jekk huwiex possibbli li dawn jiżdiedu?

Response (GATT, AUSTIN)

Fir-Registru tal-Qrati f`Malta hemm magna fotokopjatrika waħda f`kull Reġistru. Billi hu ttamat li fil-futur qarib ir-Registri flimkien ma sezzjonijiet oħra jkunu sitwati f`lok wieħed, is-suġġeriment ta` l-Onorevoli Interpellant li dawn il-magni jizdiedu, jiġi kkunsidrat wara li jsir dan it-trasferiment.

Qrati — Bord li jirregola l-kera

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm rikorsi pendenti quddiem il-bord li jirregola l-kera bejn it-30 ta' Ġunju, 1999 u l-31 ta' Diċembru, 1999 u kemm ġew deċiżi rikorsi f'dak iż-żmien mill-istess bord?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn it-30 ta` Gunju 1999 u l-31 ta` Dicembru 1999 kien hemm pendenti 115 rikorsi quddiem il-Bord Li Jirregola l-Kera. Fl-istess perjodu ġew deċizi 98.