Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34107 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jirriżultax li fl-estensjoni ta' l-Amazonia f'Bugibba ma tħallewx is-sitt metri shoreline għall-użu tal-pubbliku? X'passi ttieħdu dwar dan?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34103 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #34109 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess ta' l-applikazzjoni PA 3161/01 sottomessa to amend PA 6059/00 and to sanction items as built, restaurant and bar with loud music? X'passi ħadu l-pulizija u l-awtorita' ta' l-ippjanar wara li jirriżulta li dan il-kumpless qed jerġa' jopera mingħajr il-permessi meħtieġa u qed jirreklama fuq billboards kbar servizzi ta' ristorant li mhux kopert bil-permess?

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li jikkonċerna l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi din l-applikazzjoni ntbagħtet sabiex terġa` tiġi ppubblikata wara li ġew sottomessi xi emendi. Din l-applikazzjoni se terġa` tidher fil-Malta Independent nhar is-Sibt 22 ta` Ġunju 2002. Infurmat ukoll li minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kien inħareġ Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq b`referenza ECF 646/01 fl-1 ta` Lulju 2001 għal xogħol mhux skond il-pjanti approvati u ksur ta` kundizzjoni mposta fuq il-permess. Għal dak li jikkonċerna id-Dipartiment tal-Pulizija, ninsab infurmat illi l-Pulizija ħadet u ser tkompli tieħu passi skond il-liġi sabiex l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jopera skond il-liċenzji.
Leg 9 PQ #34136 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iżviluppi fl-inħawi u l-bini mill-ġdid ta' gabbana li qed isir fi Triq it-Torri mal-promenade quddiem il-Plaza Hotel u biswit it-taraġ li mill-promenade jagħti għall bajja fejn hemm il-Kamra tas-sajjieda fl-Exiles għandux il-permessi tal-awtorita' tal-ippjanar? Jista' l-Ministru jgħid meta saret din l-applikazzjoni, minn min, x'numru tal-file iġġib u meta ħareġ il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bini mill-ġdid tal-gabbana li qed issir riferenza għaliha, huwa kopert bil-permess PA 06105/00 maħruġ fil-21 ta' Lulju, 2001 f'isem is-Sur Silvio Zammit. L-applikazzjoni lill-Awtorita` kienet ġiet sottomessa fil-15 ta' Novembru, 2000. Irid jingħad ukoll illi kien inħareġ Avviż tat-Twaqqif u Twettieq fit-13 ta' Marzu 2002 (ECF161/02) kontra l-iżviluppatur kif ukoll kontra il-Kummissarju ta' l-Artijiet bħala sid l-art, u dan peress illi l-iskavar tal-'basement' kien estiż għal fuq art pubblika bir-riżultat illi l-istess 'basement' kien ser ikun ikbar minn kemm kien approvat fil-permess. Eventwalment l-iżviluppatur obda l-Avviż u reġġa' lura il-qies tal-'basement' għal skond il-permess u dan billi radam il-parti llegali. Pero` waqt spezzjoni li saret riċenti rriżultaw xi devjazzjonijiet żgħar mill-pjanti approvati. Saret notifika lill-Awtorita` ta` dawn il-varjazzjonijiet u dawn qegħdin jiġu kkunsidrati bħala minor amendment sabiex jiġu formalment approvati.
Leg 9 PQ #34165 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-korp tal-pulizija ingħatax taħriġ dwar customer care b'mod regolari? Liema sezzjoni ta' ranks ta' pulizija jingħata taħriġ ta' customer care? Kemm il-kors ingħata f'dawn l-aħħar sentejn? Fejn isiru dawn il-korsijiet u kemm-il pulizija attenda? Qatt ingħataw ċertifikati lill-pulizija għal min ikun ħa sehem f'kors ta' customer care?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi taħriġ fil-customer care huwa parti mis-sillabu tal-korsijiet tar-rekluti, kif ukoll dawk in service, li jattendu għalihom mir-rank ta` Spettur l-isfel. Infurmat ukoll illi matul dawn l-aħħar sentejn kien hemm 3 korsijiet tar-rekluti u 41 in service. Għal dawn il-korsijiet, li jsiru fl-Akkademja tal-Pulizija, attendew għalihom b`kollox 1,217 membru tal-Korp. Ċertifikati jingħataw lir-rekluti fit-tmiem tal-kors, filwaqt li ma jingħatawx ċertifikati għal in service courses.
Leg 9 PQ #34175 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ikklassifikati bħala major projects quddiem il-planning authority? Kemm ilha l-aktar applikazzjoni u kemm ilha l-aħħar applikazzjoni? Huwa sodisfatt bit-tul li tieħu applikazzjoni sa kemm tiġi approvata? Hemm mezzi biex applikazzjoni tiġi pproċessata f'qasir żmien? Kemm minn dawn il-proġetti huma għall-lukandi? Kemm minn dawn huma għal golf courses? Kemm minn dawn huma għal proġetti turistiċi? Kemm minn dawn huma għal proġetti industrijatli? Kemm hemm għall-proġetti oħra? Jeżisti makkinarju li jindaga għala applikazzjonijiet jieħdu fit-tul u jekk dan it-tul huwiex ġustifikat? Jaħsibx li għandu jkun hemm board ta' nies li jindagaw fuq iż-żmien li jieħdu applikazzjonijiet sakemm jiġu approvati, peress li dan huma proġetti li joħolqu ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Hemm 231 applikazzjonijiet għand il-MEPA li huma ikklassifikati bħala major projects. L-applikazzjoni li ilha l-aktar pendenti hija dik li ġiet ivvalidata fil-15/7/95, filwaqt li l-inqas li ilha pendenti hija dik li ġiet ivvalidata fit-30/5/02. Fil-każ ta` applikazzjonijiet maġġuri, jkun hemm ħafna diskussjonijiet u negozjati ma` l-applikanti sabiex isir titjib fl-iżvilupp propost, kif ukoll konsultazzjonijiet ma` diversi entitajiet li jtawwal il-proċess. Ma` dan kollhu qiegħed isir kull sforz biex dan il-proċess jitħaffef. Fil-każ fejn ikun meħtieġ li jsir studju dwar l-impatt ambjentali dan ukoll jitawwal il-proċess. Skond il-provvedimenti tal-liġi ta` l-ippjanar kif amendata, kull applikazzjoni li tiġi reġistrata bħala valida tingħata data. L-applikazzjoni tkun trid tiġi deċiża sa din id-data, sakemm ma jkunx hemm xi raġuni valida li biha jrid ikun infurmat l-applikant minn qabel u sakemm l-iżvilupp propost ikun f`skema ta` żvilupp u konformi ma` pjanijiet ta` żvilupp u planning policies. Jekk l-Awtorita` ma tieħux deċiżjoni sad-data stabbilita il-liġi tipprovdi mekkaniżmu sabiex l-applikazzjoni tiġi deċiża. Hemm 8 applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta` lukandi. Hemm 3 applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta` golf courses. Hemm 4 applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta` proġetti turistiċi. Hemm 37 applikazzjoni għall-iżvilupp ta` proġetti industrijali. Hemm 179 applikazzjoni għal xi tip ta` proġett ieħor li huma ikklassifikati bħala major project. Jeżisti makkinarju amministrattiv li jidentifika dawk l-applikazzjonijiet li jkunu ser jiskadu fi żmien sebat ijiem, u dan jitħaddem regolarment kull ġimgħa. L-Awtorita` minn żmien għal żmien issegwi l-andament ta` applikazzjonijiet ta` żvilupp sabiex dawn jiġu deċiżi fl-inqas żmien possibli. Fit-18 t`April twaqqfet it-tielet Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp li tip ta` applikazzjonijiet li tiddeċiedi dwarhom huma proprju dawk kunsidrati bħala 'major projects'.
Leg 9 PQ #34052 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu iservu fil-kariga ta' RSM tal-Pulizija bejn l-1980 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu jokkupaw il-kariga ta` R.S.M. kienu: 1/SM 576 George Cossai 1/SM 20 Tarcisio Vella 1/SM 114 Harold Harrison 1/SM 192 Edgar Theuma
Leg 9 PQ #34054 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex ma jitħalliex isir spillage ta' żjut tal-magni fil-parti ta' fuq ta' Triq Turu Rizzo, il-Gzira?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li għamlet il-Pulizija fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant, ma rriżultax illi hemm xi żjut la fit-triq u lanqas fuq il-bankina. Pero` irriżulta li hemm store li huwa rtirat 'il ġewwa mill-linja tal-bini u li jintuża bħala store għall spare parts ta' magni wżati. F'din il-parti deher li hemm tiċpis ta' żejt. Is-sid ġie mwissi mill-Pulizija sabiex inaddaf din il-parti u jżommha nadifa.
Leg 9 PQ #34061 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Highrise Building - Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-MEPA għal bini highrise? F'liema lokalitajiet huwa dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm erba' (4) applikazzjonijiet pendenti għall-iżvilupp ta' 'High Rise Building' (minn għoxrin [20] sular u aktar) quddiem il-MEPA. Dawn l-applikazzjonijiet saru għall-iżvilupp f'dawn il-lokalitajiet: Blata l-Bajda, Gżira, Qawra, u Mrieħel.
Leg 9 PQ #34070 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA/MEPA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm entitajiet/individwi applikaw lill-PA/MEPA biex ikunu kkonsidrati biex jagħmlu EIA (environment impact assessment) fl-iżviluppi marittimi matul dwan l-aħħar 10 snin? Kemm minn dawn ma kienux Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Il-proċess ta' l-EIA jitlob li l-konsulenti ta' l-EIA jiġu magħżula mill-applikant ta' żvilupp u mhux mill-PA/MEPA. L-applikanti jagħtu lista ta' nies li huma jkunu għażlu biex jaħdmu fuq l-EIA u wara ikunu l-PA u l-EPD (issa l-MEPA) li japprovaw jew le dawn il-konsulenti. Ninsab infurmat illi fl-aħħar għaxar snin ġew approvati 21 kumpanija differenti biex jaħdmu fuq EIAs għal proġetti marittimi. Erba' minn dawn kienu barranin.
Leg 9 PQ #34071 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

EIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru EIA (environment impact assessment) fl-iżviluppi marittimi matul dawn l-aħħar 10 snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1993 u din is-sena intalbu li jsiru EIAs fuq 19-il proġett għal żvilupp marittimu. Minn dawn 4 għadhom qed jitħejjew u tnejn ġew abbandunati u l-applikazzjonijiet irtirati.
Leg 9 PQ #34072 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA/MEPA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm entitajiet/individwi kienu magħżula mill-PA/MEPA biex iwettqu EIA (environment impact assessment) fl-iżviluppi marittimi matul dawn l-aħħar 10 snin? Kemm minn dawn l-individwi ġew mogħtija konsultazzjoni b'aktar minn entita' waħda?

Response (BORG, TONIO)

Il-MEPA ma tagħżilx min iwettaq EIA, iżda huwa l-applikant li jagħżel. It-tieni parti tal-mistoqsija mhijiex ċara.
Leg 9 PQ #34073 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Pembroke - Luna Park

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33927, jista' l-Ministru jgħid x'livell ta' mużika u storbju huwa l-massimu permess mil-luna park li joperaw fil-miftuħ f'pajjiżna? Jista' jagħti l-livell f'decibels?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-permess maħruġ mill-Pulizija sabiex titħaddem luna park ma jkunx hemm il-livell f`decibels tal-mużika li tista` tindaqq. Dan il-permess jingħata pero` bil- kundizzjoni li ma jkunx hemm inkonvenjent. Infurmat ukoll illi minn spezzjoni li saret mill-Occupational Health & Safety Officer nhar is-6 ta` Ġunju, irriżulta illi l-livell ta` mużika li kienet qed tindaqq fil-luna park f`Pembroke kien ivarja bejn 85dB u 90dB.
Leg 9 PQ #34075 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-korsijiet li dan l-aħħar organizzat l-awtorita' ta' l-ippjanar fil-proċeduri u preparazzjoni ta' l-EIA: a) Kemm kien hemm esperti involuti? b) Kemm minn dawn kienu lokali jew barranin? c) Fuq liema bażi dawn il-persuni ġew magħżula? d) Min ħallas għal dawn il-korsijiet li kienu rreklamati mill-PA, jekk hux il-PA innfisha jew xi aġenziji oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej:- a) Saru żewġ korsijiet fuq l-EIA: 1. Kors għal nies impjegati mad-Dipartimenti tal-Gvern u li jieħdu ħsieb li jaraw l-EIA. In-nies li ipparteċipaw għal dan il-kors irrappreżentaw lil dawn id-Dipartimenti jew entitajiet governattivi: Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent Dipartiment ta` l-Agrikoltura u Sajd L-Awtorita` ta` l-Ippjanar Malta Maritime Authority Dipartiment tas-Saħħa Pubblika Malta Resources Authority B`kollox kien hemm 18-il persuna li attendew dan il-kors. Il-kors ingħata minn espert mill-Institute of Environmental Management and Assessment. 2. It-tieni kors kien immirat għal konsulenti li jaħdmu fuq EIAs kif ukoll għal nies oħra li huma interessati li fil-futur jaħdmu fuq EIAs. Attendew 41 persuna għal dan il-kors. Il-kors ingħata minn żewġ esperti barranin mill-istess Institute. b) Il-parteċipanti kienu kollha Maltin (ħlief wieħed li huwa barrani imma jgħix Malta). It-'tutors' kienu żewġ barranin. c) Għall-ewwel kors il-parteċipanti ġew magħżula mid-Diaprtiment tagħhom. Il-parteċipanti għat-tieni kors intgħażlu wara li ntlaqgħu applikazzjonijiet u l-għażla saret fuq 'first come first served basis'. d) Il-parteċipanti kollha ħallsu miżata għall-parteċipazzjoni f`dawn il-korsijiet. Fil-każ tan-nies li jaħdmu mal-Gvern, id-Dipartimenti relevanti ħallsu għall-attendenza tagħhom.
Leg 9 PQ #34102 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kordin — Faċilita` Korrettiva

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li priġunier li ismu qiegħed jintbagħat separatament kien qiegħed jitlob li jiġi trasferit minn din id-diviżjoni minħabba s-sitwazzjoni allarmanti ta' abbuż ta' droga f'din id-division? Jista' l-Ministru jikkonferma li wara li dan il-priġunier safa msawwat minn xi priġunieri oħra ġie trasferit għal division oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ta` kuljum isiru diversi talbiet minn priġunieri biex jibdlu minn diviżjoni għal oħra. Ir-raġunijiet li jagħtu huma diversi. L-ex-priġunier imsemmi fil-mistoqsija qatt ma għamel talba biex ibiddel id-diviżjoni li kien fiha, jew għamel dawn l-allegazzjonijiet ma` xi uffiċjal dwar l-imsemmija droga. Wara l-inċident imsemmi, li kienu involuti fih il-priġunier imsemmi u żewġ priġunieri oħra, kienu iż-żewġ priġunieri ta` l-aħħar li inbidlitilhom id-diviżjoni.
Leg 9 PQ #34130 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-iskema mħabbra fid-diskors tal-budget għas-sena 2002 konnessa maċ-ċens sew dak perpetwu u jew temporarju? Meta huwa maħsub li din l-iskema ser tiġi implimentata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol neċessarju biex din l-iskema tiġi implimentata huwa lest. Kull applikazzjoni qed tiġi proċessata skond parametri stabbiliti u huwa ippjanat illi l-applilkanti li kien hemm s`issa jsir kuntatt magħhom fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #34133 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monument White Shadows li ġie inawgurat fil-promenade ta' Sliema għandux il-permessi tal-awtorita' tal-ippjanar? Jista' l-Ministru jgħid meta saret din l-applikazzjoni, minn min, x'numru tal-file iġġib u meta ħareġ il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-monument in kwistjoni huwa kopert bil-permess PA2602/02. L-applikazzjoni saret mid-Direttur tax-Xogħlijiiet fis-7 ta' Mejju, 2002 u l-permess inħareġ fl-4 ta' Ġunju, 2002.
Leg 9 PQ #34150 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm applikazzjonijiet approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar u mid-DCC u għadhom ma' ntbagħtux lill-applikanti? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet pendenti kien hemm fl-aħħar tax-xhur Novembru u Diċembru 2001 u minn Jannar sa Mejju 2002 xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34155 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jara li lmenti ta' residenti f'Row C Olaf Gollcher Street, Ta' Paris Birkirkara fuq ġuvintur li qed jaqbżu fil-btieħi tan-nies jiġu mistħarġa mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li l-Pulizija kellha rapporti kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu dan l-ilment ser ikun mistħarreġ.
Leg 9 PQ #34158 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm normalment u raġġonevolment jieħu żmien sabiex il-pulizija tagħti sketch ta' sempliċiment collision normali bejn żewġ vetturi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi normalment rapport u sketch ta' kolliżżjoni tat-traffiku jkun jista' jinġabar mingħand il-Pulizija fi ftit ġranet wara li jkun seħħ l-inċident. Pero` jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi informazzjoni dwar xi każ speċifiku, nitolbu jagħtina aktar dettalji sabiex inkun nista' nivverifika ulterjorment.
Leg 9 PQ #34164 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Marsaxlokk — Triq Salvu Gatt

Question

Jista' l-Ministru jara li l-open space fl-akwata ta' Triq Salvu Gatt Marsaxlokk jew aħjar l-estate jiġi kkurat peress li jinsab fi stat ta' abbandun?

Response (BORG, TONIO)

Peress li t-tiswija ta` bini residenzjali tal-Gvern, inkluż il-manutenzjoni ta` Housing Estates, taqa` taħt ir-responsabbilita` tad-Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta` Djar, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru għall-Politika Soċjali.